Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #30969 Sitting 483 2017-02-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – operazzjoni ta’ knee replacement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru knee replacement fl-Isptar Mater Dei fis-sena 2013? Kemm minn dawn il-pazjenti kienu ilhom jistennew aktar minn sena? Kemm minnhom kienu ilhom jistennew aktar minn sitt xhur? Kemm minn dawn il-pazjenti kien ilhom jistennew anqas minn sitt xhur? Kemm minnhom kienu ilhom jistennew anqas minn tliet xhur?

Response (FEARNE, CHRIS)

Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’Marzu tal-2013, kien hemm total ta’ 1733 persuni jistennew għal knee replacement, preżentament din il-figura niżlet għal 770. Fl-2013 saru 311 knee replacement fuq pazjenti li kien ilhom jistennew aktar minn sena.
Leg 12 PQ #30972 Sitting 483 2017-02-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Rabat Għawdex – Triq Ninu Cremona — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien il-Perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tiegħu fuq Triq Ninu Cremona fir-Rabat Għawdex? Jista' jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din it-triq u li ġie rilaxxat mill-Perit inkarigat? Jista' jgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq din it-triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Jista' jgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f’liema laboratorju saru? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet, jista' jagħti r-raġuni għaliex ma sarux?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #30973 Sitting 483 2017-02-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija Għawdex – Triq il-Mitħna — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien il-Perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tiegħu fuq Triq il-Mitħna fix-Xewkija? Jista' jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din it-triq u li ġie rilaxxat mill-Perit inkarigat? Jista' jgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq din it-triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Jista' jgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f’liema laboratorju saru? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet, jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex ma sarux?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #30974 Sitting 483 2017-02-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Marsalforn Għawdex – Triq is-Salina — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien il-Perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tiegħu fuq Triq is-Salina f'Marsalforn? Jista' jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din it-triq u li ġie rilaxxat mill-Perit inkarigat? Jista' jgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq din it-triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Jista' jgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f’liema laboratorju saru? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet, jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex ma sarux?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #30975 Sitting 483 2017-02-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – operazzjonijiet ta’ knee replcements

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru knee replacements f’Mater Dei fis-sena 2014? Kemm minn dawn kien ilhom jistennew aktar minn sena? Kemm minn dawn kien ilhom jistennew aktar minn sitt xhur? Kemm minn dawn kien ilhom jistennew anqas minn sitt xhur? Kemm minn dawn kien ilhom jistennew anqas minn tliet xhur?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-2014 saru 553 knee replacements fosthom 223 fuq pazjenti li kienu ilhom jistennew aktar minn sena.
Leg 12 PQ #30930 Sitting 482 2017-02-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur — Triq tal-Ħanaq - xogħlijiet - perit

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien il-Perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tiegħu fuq Triq tal-Ħanaq fin-Nadur? Jista' jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din it-triq u li ġie rilaxxat mill-Perit inkarigat? Jista' jgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq din it-triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Jista' jgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f'liema laboratorju saru? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet, jista' jagħti r-raġuni għaliex ma sarux?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra
Leg 12 PQ #30931 Sitting 482 2017-02-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Marsalforn — Triq il-Qbajjar - xogħlijiet - perit

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien il-Perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tiegħu fuq Triq il-Qbajjar, f'Marsalforn? Jista' jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din it-triq u li ġie rilaxxat mill-Perit inkarigat? Jista' jgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq din it-triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Jista' jgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f'liema laboratorju saru? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet, jista' jagħti r-raġuni għaliex ma sarux?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #30951 Sitting 482 2017-02-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni – rappreżentanza f’konferenza f’Sofia fil-Bulgaria

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni kenitx rappreżentata f'konferenza li saret f'Sofia fil-Bulgaria? Jekk iva, min kienu r-rappreżentanti tal-Awtorità li attendew għal din il-konferenza?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema konferenza qed jirreferi.
Leg 12 PQ #30965 Sitting 482 2017-02-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – pazjenti miġjuba Malta bil-helicopter

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent ġie trasportat bil-helicopter mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal Malta u viċi versa fis-snin 2013, 2014, 2015, u 2016 sena b’sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta' pazjenti li ġew trasportati bil-helicopter mill-isptar Ġenerali t’Għawdex għal-Malta, bejn l-2011 u s-sena l-oħra kien ta’ 190.
Leg 12 PQ #30966 Sitting 482 2017-02-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – pazjenti ta’ nazzjonalità barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-pazjenti li għamlu użu mill-Isptar Mater Dei fl-2013, 2014, 2015 u 2016 kienu ta’ nazzjonalità barranija? Kemm minn dawn welldu f’kull sena? Kemm minn dawn għamlu operazzjonijiet? Kemm minn dawn għamlu użu mill-outpatients? Kemm minn dawn għamlu użu mill-Emerġenza?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt: Medja ta’ barranin li, fl-isptar Mater Dei: bejn l-2013 u l-2015 Welldu : 585 Għamlu Operazzjonijiet: 2,748 Għamlu użu mill- Outpatients : 24,040 Għamlu użu mill-Emerġenza: 17,078
Leg 12 PQ #30967 Sitting 482 2017-02-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Dipartiment tad-Dermatoloġija – pazjenti li marru l-outpatients

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm pazjenti żaru l-outpatients tad-Dipartiment tad-Dermatoloġija f’Malta fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2016, sena b’sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-medja fis-sena ta’ kemm pazjenti żaru d-Dipartiment tad-Dermatoloġija f’Malta bejn l-2014 u l-2016 kienet ta’ 36,253.
Leg 12 PQ #30920 Sitting 481 2017-02-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Użu ta’ Vetturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min qed jintużaw il-vetturi li n-numru tar-reġistrazzjoni tagħhom qed jingħataw separatament?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-vetturi bin-numru tar-reġistrazzjoni kif indikat fil-mistoqsija qed jiġu ntużati kif ġej: - L’ewwel karozza msemmija qed tintuża bħala general use car mis-Segretarjat Privat; - It-tieni karozza msemmija qed tintuża miċ- Chief Information Officer; - It-tielet karozza qed tintuża mis-Segretarjat Privat skont il-provedimenti taċ-Ċirculari Numru OPM 4008/2003; - Ir-raba karozza qed tintuża bħala sostitut meta waħda mill-karozzi tad-diretturi li għandhom fully expensed car ikollha xi ħsara.
Leg 12 PQ #30921 Sitting 481 2017-02-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – rimbors għall-użu ta’ karozzi privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm uffiċjali fil-Ministeru għal Għawdex, inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, qegħdin jiġi rimborsati għall-użu tal-karozza privata tagħhom fuq xogħol uffiċjali? Jista’ jgħid x’inhuma l-grad tagħhom u l-pożizzjoni li qegħdin jokkupaw, kif ukoll l-ammont ta’ flus li rċevew matul is-sena 2016 għal dan il-għan? Jista’ jgħid ukoll min ta l-approvazzjoni tiegħu għal tali rimbors f’kull każ?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #30926 Sitting 481 2017-02-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Karin Grech u Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — ħaddiema

Question

B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 30350 fejn ta l-medja tal-għadd ta' ħaddiema minflok l-ammont sena b' sena, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta' ħaddiema fl-aħħar ta' kull waħda mis-snin 2011, 2012, 2013, 2014, 2015, 2016, f’kull wieħed mill-isptarijiet li ġejjin: (a) Sptar Karin Grech; u (b) Sptar Ġenerali ta' Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-medja fis-sena tat-total tal-ħaddiema li jaħdmu fis-settur pubbliku, bejn l-2011 u l-2016 fl-isptar Ġenerali t’ Għawdex kienet 745 u l-isptar Karen Grech kienet 487.
Leg 12 PQ #30927 Sitting 481 2017-02-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Oqsma tal-obstetrija u pedjatrija – assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw it-tobba u li ħadu sehem fid-diskussjonijiet dwar il-protokoll imħejji mill-awtorità dwar il-protezzjoni tal-embrijuni

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 30375, jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-assoċjazzjonijiet rikonoxxuti bil-liġi li jirrappreżentaw lit-tobba fl-oqsma tal-obstetrija u tal-pedjatrija? Liema minn dawn l-assoċjazzjonijiet ħadu sehem fid-diskussjonijiet biex ġie stabbilit il-protokoll imħejji mill-Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni? Liema kienu l-istakeholders l-oħra indikati mill-Ministru fir-risposta tiegħu li pparteċipaw fid-diskussjonijiet biex ġie stabbilit dan il-Protokoll?

Response (FEARNE, CHRIS)

B’referenza għal-aħħar parti tat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30375, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni, ltaqgħet u ddiskutiet mal-Malta College for Obstetrics and Gynaecology kif ukoll mal-Association of Maltese Paediatricians. Stakeholders oħra nvoluti fid-diskussjonijiet / korrispondenza kienu ż-żewg kliniki li kienu diġa joperaw fis-settur qabel daħlet il-liġi, is-Superintendent of Public Health ta’ dak iż-żmien Dr. Ray Busuttil, Special Accreditation Committee (SAC) kif ukoll id-direttur tad-Dipartiment tal- Obs & Gynae ġewwa Mater Dei.
Leg 12 PQ #30928 Sitting 481 2017-02-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegat tal-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30440 u jgħid x'inhi l-funzjoni jew kariga li għandu mal-Gvern l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Ma’ liema ministeru jew dipartiment/entità qed jokkupa din il-funzjoni jew kariga? X'remunerazzjoni u/jew perks qed jingħata għall-funzjoni jew kariga?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li li individwu li qed jirreferi għalih ma għamel l-ebda xogħol u ma ha l-ebda remunerazzjoni u/jew perks minn taht l-ebda dipartiment/entita fid-dekasteru tiegħi.
Leg 12 PQ #30929 Sitting 481 2017-02-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Is-Sannat — Triq ta' Ċenċ - xogħlijiet - perit

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien il-Perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tiegħu fuq Triq ta' Ċenċ fis-Sannat? Jista' jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din it-triq u li ġie rilaxxat mill-Perit inkarigat? Jista' jgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq din it-triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Jista' jgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f'liema laboratorju saru? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet, jista' jagħti r-raġuni għaliex ma sarux?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #30777 Sitting 479 2017-02-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Karin Grech –pagi ta’ Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa totali fuq pagi tal-ħaddiema u spejjeż oħra relatati mal-pagi (allowances, overtime, National Insurance Contribution) fl-Isptar Karin Grech għas-sena 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-medja fis-sena tan-nefqa totali fuq pagi tal-ħaddiema u spejjeż oħra relatati mal-pagi fl-Isptar ta’ Karen Grech bejn l-2013 u l-2016 kienet €8,825,610.50.
Leg 12 PQ #30778 Sitting 479 2017-02-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

ART Clinic – ammont minfuq

Question

B’referenza għar-risposti tiegħu għall-mistoqsijiet parlamentari 30380 u 28883, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li tammonta l-ispiża tal-laboratorju għat-testijiet tad-demm, il-ħlas lill-ispeċjalisti li jieħdu sehem fil-proċess u spejjeż relatati ma’ outpatient visits għall-proċeduri li jsiru fl-ART Clinic fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-2016 l-istima tal-ispejjeż tat-testijiet relatati li jsiru fil-laboratorju tal-isptar Mater Dei b’konnessjoni mal-proċess tal-IVF kienet ta €36,324,41, l-istima ta’ ħlas għal konsulenti u speċjalisti li jieħdu sehem f’dan il-proċess kienet €42,030.70 u l-istima ta’ spejjeż oħrajn li jinkludu dawk tal-outpatient visits kienet ta’ €274,886.90.
Leg 12 PQ #30779 Sitting 479 2017-02-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sptar Mater Dei – waiting lists – studju u suġġerimenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jghid min hu l-Ministru konċernat indikat fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 30378 u jgħid lil min ingħata l-inkarigu li jagħmel studju u suġġerimenti dwar il-waiting lists fl-Isptar Mater Dei? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport li sar dwar il-waiting lists f'Mater Dei? Jista’ jagħti l-ammont li tħallas għal dan ir-rapport?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru tas-Saħħa.