B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 30928 u 30440, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-persuna indikata fil-mistoqsija oriġinali għandux xi funzjoni mal-Gvern, kemm bħala konsulent, person of trust u/jew impjegat?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ma għandi xejn x’nżid mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30928.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – pazjenti miġjuba Malta bil-helicopter — ħlas
Question
B’referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 30965 jista’ l-Ministru jgħid kemm ħallas b'kollox id-Dipartiment tas-Saħħa biex bejn l-2011 u l-2016 madwar 190 pazjent ġew trasportati bil-helicopter mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal Malta? Lil min sar dan il-ħlas?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fiż-żmien imsemmi minnu kien fis-seħħ ftehim bejn il-Ministeru għas-Saħħa u l-Forzi Armati ta’ Malta biex is-servizz jingħata skont il-ħtieġa tal-pazjenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi f’Malta u kemm twieldu trabi f'Għawdex separatament fl-aħħar 10 snin, sena b’sena? Kemm minn dawn it-trabi twieldu lil ġenituri ta’ nazzjonalità barranija?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nies attendew l-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei fis-snin 2012, 2013, 2014, 2015 u 2016? Kemm minn dawn kienu ta’ nazzjonalità barranija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-medja fis-sena, ta’ kemm persuni attendew l-Emerġenza fl-isptar ta’ Mater Dei bejn l-2013 u l-2015 kienet 121,465 fosthom 17,078 fis-sena ta’ nazzjonalita’ barranija.
Għawdex – L-Għarb – Triq ta’ Sdieri/Triq ta’ Pinu — xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid min kien il-perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tiegħu fuq Triq ta’ Sdieri/Triq ta’ Pinu fl-Għarb, Għawdex? Jista' jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din it-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista' jgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq din it-triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Jista' jgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f'liema laboratorju saru? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet, jista' jagħti r-raġuni għaliex ma sarux?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx sejħa biex jimtela' l-post ta' Prinċipal għall-Kulleġġ il-ġdid li twaqqaf u li jinkorpora fih skejjel għal studenti minn sittax-il sena l' fuq? Jekk saret din is-sejħa meta saret u kemm applikaw? Jekk ma saritx sejħa speċifika x'kienet ir-raġuni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li bħalma ġara dejjem, is-sejħa inħarġet għal Prinċipal tal-Kulleġġi. Is-sejħa ħarġet fid-29 ta' Lulju 2016 fil-Gazzetta tal-Gvern 19,615. Għal din is-sejħa kien hemm 13-il applikazzjoni. Id-deployment isir wara skont l-esiġenzi tas-servizz.
Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk l-Istate Aid Monitoring Board li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu huwiex qed jinvestiga jew investigax il-każ fejn apparat li nxtara bl-għajnuna tal-fondi tal-UE għall-Isptar ta’ Għawdex, dan l-apparat qed jintuża llum minn kumpanija privata li qed titħallas il-miljuni biex tagħti dan is-servizz? Jista' jikkonferma jekk dan jistax isir skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-istess kuntratt dwar il-fondi tal-UE li ngħataw għal dan l-iskop? X’arranġamenti saru mal-kumpanija privata lil lilha ngħata l-Isptar ta’ Għawdex sabiex ma tiġix ikkawżata kompetizzjoni nġusta u nuqqas ta’ level playing field peress li apparat li l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex inxtara permezz ta’ fondi tal-UE huwa simili għal dak li jintuża wkoll fi sptarijiet u kliniċi privati oħra f’Malta?
Response (GRECH, LOUIS)
Jiena nfurmat li l-Istate Aid Monitoring Board ma għamel l-ebda investigazzjoni formali dwar dan is-suġġett. Nitlob lil-Onorevoli Interpellant jirreferi ukoll għar-risposta li jien tajt għal-Mistoqsija Parlamentari no. 31126.
Skejjel Primarji u Sekondarji tal-Gvern – impressed funds
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' studenti f'kull skola primarja u sekondarja tal-Gvern fil-bidu tas-sena skolastika 2016/2017? Jista' jgħid kemm kull skola ngħatat impressed funds għal din is-sena skolastika u kif inħadem l-ammont li ngħata lil kull skola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub hu kif muri fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infurmat li n-numru ta' studenti f'kull skola primarja u sekondarja tal-Gvern fil-bidu tas-sena skolastika 2016/2017 hu skont l-istatistika tat-13 ta' Ottubru 2016. Infurmat ukoll li l-mod ta’ kemm jingħata imprest funds lill-iskejjel tal-istat f'Malta inħadem bħas-snin preċedenti. Dwar l-iskejjel tal-istat f’Għawdex, dawn ġew meqjusa ugwali f’kollox mal-iskejjel tal-istat ta’ Malta.
Santa Luċija Kerċem Għawdex – Triq Għajn Abdul — xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid min kien il-perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tiegħu fuq Triq Għajn Abdul f'Santa Luċija, Kerċem, Għawdex? Jista' jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din it-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista' jgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq din it-triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Jista' jgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f'liema laboratorju saru? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet jista' jagħti r-raġuni għaliex ma sarux?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid min kien il-perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tiegħu fuq Triq il-Kapuċċini fir-Rabat, Għawdex? Jista' jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din it-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista' jgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq din it-triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Jista' jgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f'liema laboratorju saru? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet jista' jagħti r-raġuni għaliex ma sarux?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nies attendew il-G.U. Clinic fl-aħħar sitt snin, kull sena, sena b’sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt fejn qed tindika n-numru ta’ persuni li attendew l-GU Clinic għall-ittestjar.
Sena
Numru ta' attendenza
2010
1,871
2011
1,902
2012
1,965
2013
2,134
2014
1,746
2015
3,970
2016
5,420
Total tas-snin kollha
19,008
Ministeru għal Għawdex – Irranġar ta’ post fil-Belt Valletta
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu hux qed jirranġa xi post fil-Belt Valletta? Jekk iva, fejn jinsab dan il-post? Kif ġie akkwistat? X’inhu l-iskop li se jservi dan il-post?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-post li jinsab fi Triq Melita l-Belt Valletta huwa mikri mid-Dipartiment tal-Propjeta tal-Gvern u peress li kien fi stat delapidat qed jiġi rranġat minn naħa tal-Ministeru. Din il-propjeta ser tkun għad-dispozzizjoni tal-Ministeru għal Għawdex għal-laqgħat uffiċjali u ser jkun hemm wkoll faċilitajiet f’każ li l-Ministru jinqabad Malta fil-Maltemp jew meta jkollu laqgħat fit-tard.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru interventi ta’ knee replacement fl-Isptar Mater Dei fis-sena 2015? Kemm minn dawn kien ilhom jistennew aktar minn sena? Kemm minn dawn kien ilhom jistennew aktar minn sitt xhur? Kemm minn dawn kien ilhom jistennew anqas minn sitt xhur? Kemm minn dawn kien ilhom jistennew anqas minn tliet xhur?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-2015 saru 587 knee replacements fosthom 373 fuq pazjenti li kienu ilhom jistennew aktar minn sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru interventi ta’ knee replacement fl-Isptar Mater Dei fis-sena 2016? Kemm minn dawn kien ilhom jistennew aktar minn sena? Kemm minn dawn kien ilhom jistennew aktar minn sitt xhur? Kemm minn dawn kien ilhom jistennew anqas minn sitt xhur? Kemm minn dawn kien ilhom jistennew anqas minn tliet xhur?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-2016 in-numru ta’ operazzjonijiet ta’ knee replacements kompla jzid. Apparti li komplew isiru knee replacements f’Mater Dei, dan il-gvern għamel arrangament ma’ sptarijiet privati sabiex minn April tal-istess sena, pazjenti tagħna tkun tista’ issirilhom l-operazzjoni f’dawn l-isptarijiet. B’kollox matul is-sena li għaddiet saru 821 knee replacements fosthom 403 pazjenti li kien ilhom jistennew aktar minn sena.
Sptar ta’ Għawdex – apparat mixtri b’fondi tal-Unjoni Ewropea
Question
Invista tal-fatt li l-Isptar ta’ Għawdex għandu diversi apparat mixtri b’fondi tal-Unjoni Ewropea, issa li l-isptar ġie pprivatizzat, jista' d-Deputat Prim Ministru, jgħid jekk humiex qed jitħarrsu l-obbligi u l-kundizzjonijiet imposti mill-Unjoni Ewropea għall-imsemmija fondi li ngħataw biex seta’ jinxtara dan l-apparat? Jista' jgħid jekk tali apparat mixtri b' kofinanzjament ta' fondi tal-Unjoni Ewropea jistax jintuża minn kumpaniji privati u taħt liema kundizzjonijiet jista' jintuża?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-privatizzazjoni ta' l-isptar t'Għawdex ma kellha ebda impatt fuq l-użu tal-apparat kif propost oriġinarjament.
Nitlob l-Onorevoli Interpellant jirreferi t-tieni parti tal-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Sptar t’Għawdex – ħlas għall-pazjenti Maltin mill-Isptar Mater Dei
Question
Jista' l-Ministru jgħid min qed iħallas għall-pazjenti Maltin li qed jintbagħtu mill-Isptar Mater Dei fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex biex jagħmlu użu mill-apparat tar-radjoloġija li nġab b' kofinanzjament Ewropew fil-leġiżlatura l-oħra, issa li l-Isptar ta' Għawdex għadda għand il-privat? Dawn qed jitħallsu mill-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid x'arranġamenti hemm bejn il-Gvern u l-Vitals Global Healthcare dwar il-ħlas ta' tali investigazzjonijiet?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizz imsemmi minnu huwa inkluż fil- Health Services Delivery Agreement bejn il-Gvern u l-VGH.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-fond tal-NGOs fil-Ministeru tiegħu fis-snin 2014, 2015 u 2016? Jista' jgħid kemm ser ikun fis-sena kurrenti (2017)? Jista' jgħid fis-snin 2014, 2015 u 2016 liema NGO's ibbenefikaw minn dan il-fond, kemm kien l-ammont li ngħata kull NGO u għal liema skop? Kif tqassmu l-fondi f'kull każ - wara sejħa jew b' diskrezzjoni ta' uffiċċjali tal-Ministeru?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Sptarijiet tal-Gvern – mediċini li jintużaw fil-kura tal-kanċer
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-mediċini li qed jintużaw fil-kura tal-kanċer fl-Isptarijiet tal-Gvern? F’liema sena ġiet introdotta kull mediċina?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-formularju tal-gvern hemm għexieren ta’ mediċini li jintużaw għal-kura tal-kanċer. Tajjeb li nghid illi fl-2012 taħt gvern preċidenti ma ddaħħlet l-ebda mediċina tal-kanċer ġdida fil-formularju tal-gvern, filwaqt li mil-2013 sal-lum iddaħħlu 7 mediċini b’dożi ġodda biex jittrattaw diversi tipi ta’ kanċer.
Sptar Mater Dei –studju u suġġerimenti fir-rigward tal-waiting lists
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30779 u 30378 li oriġinarjament saru lill-Prim Ministru u li issa qed isiru lilu, u jgħid lil min ingħata l-inkarigu li jagħmel studju u suġġerimenti dwar il-waiting lists fl-Isptar Mater Dei? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport li sar dwar il-waiting lists f'Mater Dei? Jista’ jagħti l-ammont li tħallas għal dan ir-rapport?
Jista’ l-Ministru jgħid għal kemm-il sena ġie ffirmat il-ftehim mal-Vitals Global Healthcare? Minn meta beda jseħħ dan il-ftehim? Jista' jgħid jekk hemmx klawsola fil-kuntratt li dan jista’ jiġi mġedded u jekk iva, għal kemm żmien jista' jiġi mġedded u taħt liema kundizzjonijiet?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-konċessjoni bdiet fid-19 ta’ Mejju 2016 kif indikat fis-Services Concession Agreement li kien imqiegħed fuq il-mejda tal-kamra fis-seduta 429 ta’ din il-legiżlatura. L-konċessjoni hija għal 30 sena.