Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #31453 Sitting 491 2017-03-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptarijiet u kliniċi privati – ħlas għal xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallas il-gvern lill-isptarijiet u l-kliniċi privati għal xogħol li dawn għamlu lill-Gvern bħala ammont total għal kull sena fis-snin 2013, 2014, 2015 u fis-sena 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din l-informazzjoni hija ta’ natura kummerċjali.
Leg 12 PQ #31351 Sitting 490 2017-03-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Learning Support Assistant Għawdxin – video conferencing

Question

B’referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 29862, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Learning Support Assistants Għawdxin li qed jattendu kors organizzat mill-Università ta’ Malta ngħatawx l-opportunità li fit-tieni semestru jsegwu l-lectures permezz ta' video conferencing miċ-Ċentru tal-Università f'Għawdex? Jekk iva, meta bdew u jekk le x'kienet ir-raġuni li għadhom ma ngħatawx din l-opportunità?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mit-2 ta’ Frar 2017 l-istudenti Għawdxin bdew isegwu l-lectures permezz tal-video conferencing jew skype. L-uniċi drabi li ġew, jew se jkollhom jiġu, Malta huma fil-21 ta’ Frar u fl-4 t’April minħabba sessjonijiet ta’ prattika fid-drama. Biex setgħu jsiru dawn is-sessjonijiet l-Università qed tagħmel użu ta’ Teaching Assistant impjegata apposta, li tikkoordina s-sessjonijiet u tgħin lill-istudenti li jkunu qed isegwu l-lectures fiċ-ċentru tal-Università ta’ Għawdex.

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali – single parents

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru reġistrat mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ta' single parents f'Malta u f’Għawdex? Kemm minn dawn huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Kemm minn dawn jirrisjedu f'Għawdex? Kemm huwa n-numru totali ta' tfal li qed jittrabbew minn dawn is-single parents?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ Single Parents f’Malta u f’Għawdex reġistrati mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huwa skont kif qiegħed jidher fit-tabella t’hawn taħt. Malta Ghawdex Total Malta u Ghawdex Single Parents Numru ta' Tfal Single Parents Numru ta' Tfal Single Parents Numru ta' Tfal Nisa 9,140 13,061 396 574 9,536 13,635 Irġiel 2,797 3,970 139 203 2,936 4,173 Total 11,937 17,031 535 777 12,472 17,808

Każijiet ta’ suwiċidji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru stabbilit ta' suwiċidji li seħħew f'Malta u f’Għawdex fis-snin 2012, 2013, 2014, 2015 u 2016 sena b'sena? Kemm minn dawn seħħew f'Għawdex f’kull sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li n-numru ta’ suwiċidji rrapurtati huwa kif ġej; Sena Malta Għawdex Total 2012 24 2 26 2013 21 1 22 2014 30 1 31 2015 34 2 36 2016 20 1 21 Total 129 7 136

Awtorità dwar l-Ambjent – uffiċċju f’Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità dwar l-Ambjent għandhiex uffiċċju tagħha f'Għawdex li huwa separat minn dak tal-Awtorità għall-Ippjanar? Jekk iva, fejn jinsab dan l-uffiċċju? L-istess Awtorità dwar l-Ambjent għandha numri tat-telephone speċifiċi tagħha għall-Uffiċċju ta' Għawdex?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-uffiċċju tal-Awtorita’ għall-Ambjent u Riżorsi qiegħed f’binja komuni ma' l-Awtorita’ tal-Ippjanar, iżda ż-żewg Awtoritajiet jużaw uffiċini separati. L-uffiċċji ta’ l-Awtorita’ għall-Ambjent u Riżorsi għandhom linji tat-telefon diretti u ddedikati għalih.
Leg 12 PQ #31355 Sitting 490 2017-03-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bdiewa Għawdxin – second class water — proġett

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tas-second class water għall-bdiewa f'Għawdex? Kemm hemm bdiewa Għawdxin li s’issa qed jibbenefikaw minn dan il-proġett? Kemm qed iħallsu għall-użu ta' dan l-ilma?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-impjant ta’ Għawdex, li huwa wieħed minn tlett proġetti tan-new water fil-gżejjer Maltin, jinsab fi stat avvanzat fejn l-impjant huwa diġa’ nstallat u se jiġi kkummissjonat.
Leg 12 PQ #31356 Sitting 490 2017-03-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – contracts for service

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29882 u jgħid kemm ingħataw contracts for service mill-Ministeru inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2013 sal-lum, sena b’sena? Jista’ jagħti wkoll dettalji dwar it-tul ta’ żmien ta’ kull kuntratt, is-servizzi li ngħataw, kif ukoll il-pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra fir-rigward ta’ kull tali kuntratt?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – priġunieri miżmuma fuq traffikar tad-droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni miżmuma fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fuq traffikar ta' droga kull sena fis-snin 2012, 2013, 2014, 2015 u 2016? Kemm hemm persuni fil-Faċilità bħalissa kkundannati fuq traffikar ta' droga u kemm minnhom huma ta' nazzjonalità barranija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li daħlu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin kemm fuq arrest kif ukoll b’sentenza huwa kif ġej; 2012 95 2013 79 2014 79 2015 92 2016 86 Fil-preżent hemm 150 priġunier illi qed jiskontaw sentenza relatata ma’ traffikar ta’ droga li 76 minnhom huma ta’ nazzjonalita` barranija.

MCCAA – ħatra ta’ Chairperson

Question

Tista' l-Ministru tgħid għalfejn il-ħatra taċ-Chairperson attwali tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) saret biss għal sena? Ma taħsibx li terminu daqstant qasir jista’ jimpinġi fuq l-awtonomija taċ-Chairperson liema persuna għandha r-responsabilità tad-direzzjoni tal-MCCAA?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-ħatra tac-Chairperson tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) kienet tkun għal sena anke fil-każ tac-Chairperson preċedenti.
Leg 12 PQ #31347 Sitting 489 2017-03-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Ix-Xagħra – Vjal it-Tmienja ta’ Settembru – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kien il-perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tiegħu fuq Vjal it-Tmienja ta’ Settembru fix-Xagħra, Għawdex? Jista' jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din it-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista' jgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq din it-triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Jista' jgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f'liema laboratorju saru? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet jista' jagħti r-raġuni għaliex ma sarux?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #31348 Sitting 489 2017-03-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — persuni f'position of trust

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 29335, jista’ l-Ministru jgħid min kienu t-13-il persuna f’position of trust li ġew maħtura fil-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013? Jista’ jgħid min huma s-sebgħa persuni li fadal f’din il-pożizzjoni llum? Jista’ jgħid kemm minn dawk il-persuni ingaġġati f’position of trust illum, huma impjegati taċ-Ċivil u f’liema grad huma impjegati llum?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li huwa mistieden jiġi l-Ministeru sabiex nelenkalu min huma l-persuni in kwistjoni.

Xagħra – Triq Marsalforn – xogħol

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 29539, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq Triq Marsalforn fix-Xagħra, Għawdex tkompliex mill-kunsill lokali? Jekk le, jista' jgħid jekk it-tender għal dan ix-xogħol inħariġx u jgħid kemm se jiġi jiswa x-xogħol fuq l-istess triq? Jista' jgħid jekk sakemm isir ix-xogħol, il-kunsill hux beħsiebu jara li jissewwew il-ħofor perikolużi li fiha din it-triq?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra li x-xogħol fuq Triq Marsalforn għadu ma tkompliex. It-tender ħareġ it-Tlieta 21 ta’ Frar bix-xogħol mistenni jiġi jiswa madwar € 300,000. Infurmat ukoll mill-Kunsill Lokali li sakemm isir ix-xogħol, il-kunsill beħsiebu jsewwi il-ħofor perikolużi li fiha.

Awtorità għall-Ippjanar – applikazzjonijiet għat-twaqqigħ ta’ binja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru tal-applikazzjoni li saret mal-Awtorità tal-Ippjanar biex titwaqqa’ l-Freedom Press u l-bini tal-madwar? Jista' jgħid min għamel ix-xogħol ta' twaqqigħ, taħmil u ġarr ta' materjal? Jista' l-Ministru jgħid jekk dan ingħatax b'tender jew b'direct order? Kemm sewa b'kollox dan ix-xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #31259 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Ir-Rabat – Triq il-Vajringa — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien il-perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tiegħu fuq Triq il-Vajringa fir-Rabat t’Għawdex? Jista' jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din it-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista' jgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq din it-triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Jista' jgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f'liema laboratorju saru? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet jista' jagħti r-raġuni għaliex ma sarux?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #31260 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Vitals Global Healthcare – ħlas għal xogħlijiet fl-Isptar Karin Grech u l-Isptar Ġenerali t’Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali li tħallset il-Vitals Global Healthcare għal xogħol li għamlet fl-Isptar Karin Grech fis-snin 2015 u 2016, sena b’sena? Kemm kien l-ammont totali li tħallset il-Vitals Global Healthcare għax-xogħol li għamlet fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fis-snin 2015 u 2016, sena b’sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29182.
Leg 12 PQ #31261 Sitting 488 2017-02-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Karin Grech u Sptar Ġenerali t’Għawdex — sodod

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm sodod fl-Isptar Karin Grech fis-snin 2015 u 2016, sena b’sena? Kemm kien hemm sodod fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fis-snin 2015 u 2016, sena b’sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2016 kien hemm 130 sodda għall-kura akuta, 54 sodda għall-kura psikjatrika u 121 sodda LTC fl-isptar Ġenerali t’Għawdex filwaqt li fl-isptar Karen Grech kien hemm 270 sodda.

Pensjonanti f’Malta u f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ pensjonanti f’Malta u f’Għawdex? Jista’ jgħid liema tip ta’ pensjoni qed jieħdu dawn il-pensjonanti? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-pensjonanti jirrisjedu f’Għawdex?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ pensjonanti f’Malta u f’Għawdex skont it-tip ta’ pensjoni li jirċievu huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Pensjonanti - Frar 2017 Malta Għawdex Total Pensjoni tal-Età mhux kontributorja 3,534 491 4,025 Pensjoni kontributorja tal-Irtirar 53,669 4,282 57,951 Pensjoni tar-Romol 14,415 1,125 15,540 Pensjoni tal-Invalidita' 2,970 617 3,587 Total ta' Pensjonanti 74,588 6,515 81,103

Tfal li jirrisjedu fi Djar tal-Knisja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru totali ta' tfal li qed jirrisjedu fi Djar tal-Knisja? Jista' jgħid liema huma dawn id-djar, minn min huma mmexxija u kemm hemm tfal f'kull dar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa hemm total ta’ 154 tifel u tifla, żgħażugħ u żgħażugħa li qed jirrisjedu fi Djar tal-Knisja. Il-lista ta’ hawn taħt tindika liema huma dawn id-djar, minn min huma mmexxija u t-total ta’ tfal f’kull dar. Isem tad-Dar tal-Knisja Min Imexxi d-Dar tal-Knisja Numru ta’ tfal Dar Sagra Familja, Zabbar Uffiċċju Ejjew Għandi 11 Fra Diegu Home, Hamrun Uffiċċju Ejjew Għandi 14 St Joseph Home, Zabbar Uffiċċju Ejjew Għandi 5 St Joseph Home,Sta Venera Assistant Director 14 Dar Don Bosc, Balzan Salesians 5 St Patrick’s Home, Sliema Salesians 27 Dar Arka, Għajnsielem, Għawdex 5 Dar Osanna Pia, Sliema Salesians 2 Dar tal-Providenza, Siggiewi Service Co-ordinator 1 Angela House, Gwardamangia Ursuline Sisters 25 Fatima Home, Sliema Ursuline Sisters 4 St Rita Home, Tarxien Ursuline Sisters 15 Ursuline Creche, Sliema Ursuline Sisters 21

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-medja ta' persuni miżmuma fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin kull sena fis-snin 2012, 2013, 2014, 2015 u 2016? Kemm kienet il-medja ta' persuni miżmuma li kienu ta' nazzjonalità barranija u kemm ta' nazzjonalità Maltija kull sena? Kemm hemm persuni fil-Faċilità bħalissa u kemm minnhom huma ta' nazzjonalità barranija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li din hija l-medja ta’ persuni miżmuma fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin kull sena fis-snin 2012, 2013, 2014, 2015 u 2016. Sena Medja Nazzjonalita Barranija Medja Nazzjonalita Maltija Total 2012 203 368 571 2013 209 372 580 2014 207 368 575 2015 202 363 565 2016 224 335 559
Leg 12 PQ #31253 Sitting 487 2017-02-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni – konferenzi barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn kemm ilha mwaqqfa l-Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni sal-lum, kemm-il konferenza barra minn Malta attendew impjegati jew membri tagħha? X'kien is-suġġett ta' kull konferenza, fejn saret il-konferenza u min attenda min-naħa tal-Awtorità Maltija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn kemm ilha mwaqqfa l-Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni sal-lum attendew għall- 4 konferenzi / laqgħat barra minn Malta. Dawn kienu: 1. L-Awtoritajiet Kompetenti tal-UE dwar Sustanzi ta’ Oriġini Umana, Laqgħa tal-esperti 2. Konferenza Annwali tal-ESHRE 3. Konferenza u Taħriġ tal-ESHRE 4. Konferenza u Taħriġ tal-ESHRE