B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 30353, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tas-saħħa f'termini perċentwali meta kkomparata mal-Prodott Gross Domestiku tal-pajjiż għas-sena 2016?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn x’inżid mat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 30353.
L-ispiża fuq is-saħħa bħala persentaġġ tal-Prodott Gross Domestiku għas-sena 2016 miġbura skont il-metodoloġija COFOG (Classification of Functions of Government) għadha qed tinħadem. Statistika skont din il-metodoloġija tinġabar u tinħadem b’intervall ta’ sena mill-perjodu ta’ referenza.
Skola MA Refalo Sixth Form College — xogħlijiet ta' ristrutturar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa mistenni li se jqum ix-xogħol ta' ristrutturar tal-iskola Sir MA Refalo Sixth Form College Għawdex sabiex parti minn din l-iskola tkun tista' tintuża minn Barts Medical School? Jista' jgħid jekk dawn l-ispejjeż humiex se jitħallsu mill-Gvern jew inkella minn Vitals Global Healthcare? Kemm studenti huwa mahsub li se jagħmlu użu minn din l-iskola fl-ewwel sena tagħha?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett mhux qiegħed jiġi implimentat mill-Fondazzjoni għall-iSkejjel ta' Għada u għaldaqstant il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol mhuwiex f'pożizzjoni li jagħti d-dettalji dwar l-ispejjeż involuti.
Sptar Mater Dei – rapporti konnessi mal-Qasam tas-Saħħa
Question
B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 31452, jista' l-Ministru jgħid x'rapport jew rapporti konnessi mal-Qasam tas-Saħħa ġew mqabda jagħmlu NexiaBT u jista' jpoġġi kopja tiegħu jew tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kuntratt tal-kumpanija msemmija minnu kien għal advisory services.
B'referenza għar-risposta jew aħjar in-nuqqas ta' risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 31453, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn huma flus pubbliċi li tħallsu lill-kliniċi privati kif din l-informazzjoni ma tistax tingħata fil-Parlament? Jista' jagħti s-somma totali kemm ħallas il-gvern lill-isptarijiet u l-kliniċi privati għal xogħol li dawn għamlu lill-Gvern bħala ammont totali għal kull sena fis-snin 2013, 2014, 2015 u fis-sena 2016?
B'referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 31406, jista' l-Ministru jgħid fil-preżent, kemm-il persuni hemm jaħdmu fil-Qasam tal-Gaming mal-265 kumpanija indikati minnu? Kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin?
Response (MALLIA, EMANUEL)
B’ referenza għal mistoqsija numru 31889 nirreferu l-Onor. Interpellant għall-istatistika maħruġa regolarment mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika, kif ukoll għall-Interim Performance Report maħruġ mill-Awtorità li jinsab fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità (http://www.mga.org.mt/consultations-publications).
Kopja tal-Interim Performance Report qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Ministeru għal Għawdex – rapport dwar allegazzjonijiet ta’ serq
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm, il-Ministeru għal Għawdex inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, irċevew rapporti u informazzjoni dwar allegazzjonijiet ta’ serq mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x’kienu jikkonċernaw dawn ir-rapporti u allegazzjonijiet u x’azzjoni ttieħdet f’kull każ? Jista’ jagħti din l-informazzjoni separatament dipartiment b’dipartiment?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Copy of Mist Parl 31726 (Final) - Rapport Dwar Allegazzjonijiet ta' Serq.pdf
Awtorità dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur – ilmenti formali fl-Uffiċċju tal-Konsumatur f’Għawdex
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk fl-aħħar ġimgħat itteħdietx deċiżjoni mill-Awtorità dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) li ma jistgħux isiru iżjed ilmenti formali fl-Uffiċċju tal-Konsumatur f'Għawdex u li min irid jagħmel ilment ta’ dan it-tip, irid imur fl-uffiċċju f'Malta anke jekk jirrisjedi f'Għawdex? Tista' tgħid għaliex meta jkun ser isir proċess ta' medjazzjoni, dan issa ma jistax isir aktar f'Għawdex u konsumatur jew negozjant Għawdxi jrid bilfors imur Malta?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li ma ttieħdet l-ebda deċizjoni mill-Awtorità sabiex ma jsirux aktar ilmenti fl-Ufficju tal-Konsumatur f’Għawdex. Konsumaturi Għawdxin jisgħtu jirreġistraw l-ilmenti tagħhom billi jċemplu jew iżuru l-Ufficju tal-Konsumatur f’Għawdex. Hija prassi normali li tul il-proċess tar-rikonċiljazzjoni la l-konsumatur u lanqas in-negozjant ma jkun preżenti. Dan il-proċess isir permezz tat-telefon u tal-emails. Rigward il-medjazzjoni li ssir taħt ir-Regolamenti dwar is-Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim (ADR) tal-Konsumatur (ADR Residwa), fejn huwa mistenni li kemm il-konsumatur kif ukoll in-negozjant ikun preżenti, din tista ssir kemm fl-Uffiċju tal-Konsumatur f’Għawdex kif ukoll f’dak ta’ Malta skont il-preferenza tal-partijiet u skont iċ-cirkustanzi pertenenti għall-każ partikolari.
Jista' l-Ministru jgħid min kien il-perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tiegħu fuq Triq tal-Għajn, Fontana Għawdex? Jista' jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din it-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista' jgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq din it-triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Jista' jgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f'liema laboratorju saru? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet jista' jagħti r-raġuni għaliex ma sarux?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ix-Xewkija Għawdex – Triq San Leonardu — xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid min kien il-perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tiegħu fuq Triq San Leonardu, fix-Xewkija, Għawdex? Jista' jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din it-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista' jgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq din it-triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Jista' jgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f'liema laboratorju saru? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet jista' jagħti r-raġuni għaliex ma sarux?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – Dipartiment tad-Dermatoloġija — pazjenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm attendew pazjenti fid-Dipartiment tad-Dermatoloġija tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex fis-sena 2016?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ pazjenti li żaru d-Dipartiment tad-Dermatoloġija fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex fl-2016 kien 1,526.
Jista' l-Ministru jgħid minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi li ntroduċiet id-divorzju f'pajjiżna kemm kien hemm deċiżjonijiet mill-Qrati tagħna li fihom ingħata d-divorzju sena b'sena sal-aħħar tas-sena 2016? Kemm minn dawn kienu mill-Qrati ta' Għawdex sena b'sena sal-aħħar tas-sena 2016? Fl-istess snin kemm kien hemm deċiżjonijiet tal-Qrati li taw separazzjoni sena b'sena sal-aħħar tas-sena 2016? Kemm minn dawn id-deċiżjonijiet ta' separazzjoni kienu mill-Qrati f'Għawdex sena b'sena sal-aħħar tal-2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-każijiet ta’ divorzju approvati b’deċiżjoni tal-Qrati ta’ Malta u Għawdex minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi li introduċiet id-divorzju f’pajjiżna sal-aħħar tal-2016 huma kif muri fit-tabella hawn taħt:
Sena
Talba għal Divorzju milqugħa
Malta
Talba għal Divorzju milqugħa
Għawdex
Minn Ottubru sa Diċembru 2011
42
2
2012
432
18
2013
349
11
2014
320
7
2015
354
22
2016
367
12
Total
1864
72
Id-deċizjonijiet milqugħa mill-Qrati ta’ Malta u Għawdex li taw separazzjoni fil-perjodu hawn fuq indikat huma kif muri fit-tabella hawn taħt:
Sena
Talbiet għal Separazzjoni Personali
Malta
Talbiet għal Separazzjoni Personali
Għawdex
Minn Ottubru sa Diċembru 2011
42
21
2012
713
57
2013
790
56
2014
833
60
2015
911
64
2016
885
62
Total
4174
320
Dawn il-figuri jirreferu kumplessivament għal kawżi deċiżi kif ukoll għal digrieti li bihom il-partijiet ġew awtorizzati jersqu fuq kuntratt ta’ separazzjoni personali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm żwiġijiet mill-2010 sal-aħħar tas-sena 2016 sena b' sena? Kemm minn dawn iż-żwiġijiet kienu bil-knisja u kemm minnhom kienu biċ-ċivil? Kemm minn dawn iż-żwiġijiet li saru mis-sena 2010 sas-sena 2016 saru f'Għawdex sena b' sena? Fil-każ ta' żwiġijiet f'Għawdex kemm minnhom kienu bil-knisja u kemm minnhom kienu ċivili?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni – konferenzi barra minn Malta
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 31253, jista’ l-Ministru jwieġeb il-partijiet mhux imwieġba ta' dik il-mistoqsija u ċjoè għal kull konferenza indikata minnu, jista’ jgħid fejn saret dik il-konferenza u min attenda min-naħa tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt:
Konferenza
Post fejn saret il-konferenza
Attendenza
1. L-Awtoritajiet Kompetenti tal-UE dwar Sustanzi ta’ Oriġini Umana, Laqgħa tal-esperti
Belġju
Direttur Eżekuttiv
2. Konferenza Annwali tal-ESHRE
Finlandja
Deputat Kap
3. Konferenza u Taħriġ tal-ESHRE
Awstrija
Direttur Eżekuttiv
4. Konferenza u Taħriġ tal-ESHRE
Bulgaria
Direttur Eżekuttiv u Deputat Kap
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – pazjenti miġjuba Malta bil-helicopter — ħlas
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31255, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien iħallas id-Dipartiment tas-Saħħa għal tali servizz bil-helicopter tal-Forzi Armati ta’ Malta bejn Malta u Għawdex għal kull titjira biex iġorr il-pazjenti?
Ministeru għal Għawdex – Segretarjat Privat — karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm qegħdin jintużaw karozzi mis-Segretarjat Privat tiegħu u jagħti wkoll in-numru tar-reġistrazzjoni u l-mudell ta' kull karozza li qed tintuża mill-membri tas-Segretarjat Privat tiegħu? Jista' wkoll jgħid, fejn hu l-każ, min qed juża l-istess karozzi?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li fil-preżent is-Segretarjat Privat hawn dawn l-karozzi:
· Mercedes (CQZ892),
· Renault Megane (KBJ586),
· Ford Focus (GVN989) u
· electric car Renault (IBS906).
Dawn il-karozzi jintużaw mid-drivers tas-Segretarjat skont l-esiġenzi.
Għawdex – toroq – xogħlijiet b’kofinanzjament tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'toroq hemm ippjanati li jsiru f'Għawdex bil-kofinanzjament tal-Unjoni Ewropea minn issa sas-sena 2020? Jista' jgħid meta hu mistenni li jibda x-xogħol fuq kull triq li se ssir b'kofinanzjament tal-Unjoni Ewropea u meta hu mistenni li jispiċċa l-istess xogħol fuq kull triq?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li aktar informazzjoni se tingħata fix-xhur li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpaniji tal-Gaming li kellhom liċenzja biex jaħdmu f’Malta sal-aħħar tal-2012? Jista’ jgħid kemm kienu jħaddmu nies dawn il-kumpaniji?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Sal-aħħar tal-2012 kien haw 275 kumpanija tal-Gaming liċenzjati ġewwa Malta b’ total ta’ 410 liċenzja. Sal-aħħar ta’ Jannar 2017 in-numru ta’ kumpaniji tal-Gaming kien ilaħħaq 265 b’ total ta’ 522 liċenzja. Is-settur illum il-ġurnata huwa wieħed aktar matur u konsolidat li wassal għal żieda fl-ammont ta’ liċenzji u tnaqqis fin-numru ta’ kumpaniji.
Għawdex — Skola Sir M. A. Refalo Sixth Form College - xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa mistenni li se jqum ix-xogħol fuq ir-ristrutturar tal-Iskola Sir M. A. Refalo Sixth Form College Għawdex sabiex parti minn din l-iskola tkun tista' tintuża minn Barts School? Jista' jgħid jekk dawn l-ispejjeż humiex ser jitħallsu mill-Gvern jew inkella minn Vitals Global Healthcare? Kemm studenti huwa maħsub li ser jagħmlu użu minn din l-iskola fl-ewwel sena tagħha?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Sptar Mater Dei – hospital waiting lists — kuntratt
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ngħata lil Nexia BT fl-2015 jew fis-snin ta' qabel biex jagħmlu rapport dwar il-hospital waiting lists f’Mater Dei, liema kuntratt ingħata taħt negotiated procedure?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi waqt li l-kumpanija msemmija minnu kellha kuntratt mal-Ministeru tal-Enerġija u Saħħa, din il-kumpanija ma kinitx imqabbda tagħmel rapport dwar il-hospital waiting lists. Il-kuntratt twaqqaf f’Ġunju tal-2016.