Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – pagi lill-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet is-somma totali li tħallset f'pagi u spejjeż relatati ma’ pagi (National Insurance, allowances, overtime etc) lill-impjegati kollha tal-Gvern fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex għas-sena 2016? Għall-istess sena kemm kienet is-somma totali li tħallset lill-kuntratturi privati talli pprovdew ħaddiema fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħaddiema u professjonisti li jaħdmu fl-isptar Ġenerali t' Għawdex huma fuq il-payroll tal-Gvern.

Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali fuq każ

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 968, jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) jistax jieħu passi regolatorji jekk ikun hemm ksur tal-Att dwar il-Kompetizzjoni? Jekk ma jistax jieħu passi, x’qed isir biex din is-sitwazzjoni titranġa?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lil Onor. Interpellant li kif diġa ntqal fit-tweġiba li qed jirreferi għaliha, l-Uffiċċju ma jistax jipprovdi l-informazzjoni mitluba fid-dawl tal-każ pendenti li hemm quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili (Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali).

Ir-Rabat Għawdex – bini ta’ skola primarja ġdida

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex tinbena skola primarja ġdida fir-Rabat, Għawdex? Jista' jgħid fejn se tinbena u meta hu mistenni li jibda x-xogħol fuq l-istess skola? Meta hu mistenni li din l-iskola tilqa' l-ewwel studenti fiha?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qiegħed isir ix-xogħol preparatorju fuq il-proġett ta' Skola Primarja ġdida fir-Rabat, Għawdex. Qed jiġu evalwati diversi siti għal din l-iskola primarja, possibbilment fil-kumpless ta’ skejjel fir-Rabat stess. Id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin, iżda l-iskola mistennija tiftaħ f'Settembru 2019.
Leg 13 PQ #1639 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat (Għawdex) — Xogħlijiet fuq taraġ mill-Bus Terminus sa Pjazza San Franġisk

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm sewa s’issa x-xogħol fuq it-taraġ, li mill-Bus Terminus iwassal sa Pjazza San Franġisk? Tista' tinkludi f’din l-ispiża l-prezz li tħallas biex inxtrat l-art fejn sar dan it-taraġ? Tista' tgħid jekk l-offerti biex isir ix-xogħol li fadal, inħarġux u jekk iva ngħatawx? Jekk le, x’inhi r-raġuni? Kemm hu stmat li fadal spejjeż biex dan il-proġett ikun lest u meta hu mistenni li jitlesta?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li l-valur li tħallas għall-art fejn sar il-proġett huwa ta’ €717,500, filwaqt li l-ispiża għax-xogħol ta’ kostruzzjoni tammonta għal €326,770.12 Is-sejħa għall-offerti għax-xogħol ta’ Inġinerija Elettrika u Mekkanika nħarġet u ġiet mogħtija għal valur ta’ €202,111.02. Bħal ma diġa tennejt fir-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1496, l-offerta tal- finishes ser terġa tinħareġ minħabba li l-uniku kuntrattur li kellu l-offerta within budget ġie skwalifikat. Il-perjodu tat-tkomplija jiddependi mill-eżitu tas-sejħa għal offerti għal xogħol ta’ finishes li ser tinħareġ mill-ġdid.
Leg 13 PQ #1640 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Triq li twassal minn San Lawrenz sad-Dwejra — tarmak

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta hu mistenni li t-triq li twassal minn San Lawrenz sad-Dwejra titlesta billi tingħata l-wiċċ ta' tarmak li fadal jingħata? Kemm sewa x-xogħol fuq din it-triq sal-lum u kemm hu mistenni li jiswa x-xogħol li fadal?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li x-xogħol fuq it-triq imsemmija mistenni li jitkompla dalwaqt u mistenni li jkun lest fl-ewwel kwart tas-sena 2018. Sa issa l-pagamenti li saru in konnessjoni ma’ din l-istess triq ammontaw għal €207,794.08

Gozo Museum

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-Gozo Museum? Kemm-il tender inħareġ sa issa? Liema kienu? Kemm kien hemm offerenti u min intgħażel? X'kienet l-ispiża s'issa fuq dan il-Mużew min-naħa ta' Heritage Malta? Meta hu mistenni li jinfetaħ dan il-Gozo Museum?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li s’issa intefqu madwar €200,000 fuq xogħlijiet ta’ preparazzjoni għal-dan il-mużew, li mistenni jkun lest matul din il-legizlatura. Rigward tenders, kif diġà weġibt fil-mistoqsija parlamentari 1493 qegħdin fil-proċess li jinkitbu mill-integrated design team.
Leg 13 PQ #1643 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Bini ta’ Qorti ġdid

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proġett ta' bini ta’ Qorti ġdid f'Għawdex? Tista' tgħid kemm inħarġu tenders sa issa għal dan il-proġett u kemm minnhom ġew awarded? F'kull każ kemm hu l-valur tender li ġie awarded? Meta hu mistenni li jitlesta dan il-proġett u jibda jintuża?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li ġie kkumissjonat rapport ġeo-tekniku dwar is-sit, bħalissa għaddejja diskussjoni interna dwar l-e¿itu tal-istess rapport. Informazzjoni ulterjuri tingħata fl-istadju opportun.
Leg 13 PQ #1644 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – impjegati

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 363 u ċjoè: Tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna ġiet impjegata mal-Ministeru għal Għawdex jew xi wieħed mid-direttorati u d-dipartimenti li jaqgħu taħt dan il-Ministeru minn Marzu 2013 sa' Ġunju 2017? F’liema kariga u skala ġew impjegati dawn il-ħaddiema? F’kull każ tista’ tgħid jekk is-sejħa nħarġitx wara l-approvazzjoni tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku u jekk le, x'kienet ir-raġuni?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali fuq każ

Question

Fid-dawl tad-deċizjoni tal-Qorti Kostituzzjonali tat-3 ta’ Mejju 2016 fl-ismijiet Federation of Estate Agents v. Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) et, jista’ l-Ministru jgħid x’passi regolatorji u ta’ sanzjoni jista’ jieħu d-Direttur Ġenerali jekk ikun hemm ksur tal-artikoli 5 jew 9 tal-Kap. 379 tal-Liġijiet ta’ Malta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li minnħabba l-fatt li hemm il-każ pendenti quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili (Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali) (vide Falzon Group Holdings Limited Et vs Direttur Generali (Kompetizzjoni) Et), il-parir li għandi hu li d-Direttur Generali (Kompetizzjoni) ma jistax jagħti l-informazzjoni mitluba.
Leg 13 PQ #363 Sitting 8 2017-07-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna ġiet impjegata mal-Ministeru għal Għawdex jew xi wieħed mid-direttorati u d-dipartimenti li jaqgħu taħt dan il-Ministeru minn Marzu 2013 sa' Ġunju 2017? F’liema kariga u skala ġew impjegati dawn il-ħaddiema? F’kull każ tista’ tgħid jekk is-sejħa nħarġitx wara l-approvazzjoni tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku u jekk le, x'kienet ir-raġuni?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #364 Sitting 8 2017-07-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – skemi ta’ xogħol — ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni jaħdmu fl-iskemi ta’ xogħol operati mill-Ministeru għal Għawdex? Kemm-il skema hemm u kemm hu l-ammont ta’ ħaddiema f’kull skema? Fejn huma assenjati dawn il-ħaddiema? X’inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema li jaħdmu taħt dawn l-iskemi? F’kull każ meta jispiċċa l-perjodu tal-iskema?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Għawdex — Skema Xogħol fil-Komunità – ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f’Għawdex fl-iskema ta’ Xogħol fil-Komunità? Fejn huma assenjati dawn il-ħaddiema u x’inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-istess ħaddiema? Jista’ jgħid għal kull każ ta’ kull ħaddiem, meta beda jaħdem f’din l-iskema?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat minn Jobsplus li tweġiba għal din il-mistoqsija tkun tista' tingħata iktar tard din il-ġimgħa. Għaldaqstant, ninforma l-Onor. interpellant li t-tagħrif mitlub ikun jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif tingħatali din l-informazzjoni. (Informazzjoni Addizjonali - Ara dokument PL 146 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 15, nhar it-Tnejn, 10 ta' Lulju 2017)
Leg 13 PQ #366 Sitting 8 2017-07-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — ingaġġ ta' impjegati ġodda

Question

Tista' l-Ministru tgħid minn Marzu 2013 sa Ġunju 2017 kemm ġew impjegati nies ġodda mal-Gozo Channel jew kumpanija sussidjarji tagħha? F'liema gradi ġew impjegati dawn il-ħaddiema? Tista' tgħid jekk dawn ġewx impjegati wara sejħa pubblika u f'kull każ tpoġġi kopja tas-sejħa fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #367 Sitting 8 2017-07-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — kuntratti ta' servizzi ma' kuntratturi privata

Question

Tista' l-Ministru tgħid il-kumpanija Gozo Channel jew sussidjarji tagħha kemm għandha kuntratti ta' servizzi ma' kuntratturi privati? Tista' telenka dawn il-kuntratti wieħed wieħed u tgħid x'servizzi qed jiġu provduti minn dawn il-kumpaniji u liema huma l-kumpaniji? F'kull każ kif intgħażlu u kemm qed jitħallsu dawn il-kumpaniji kull xahar għas-servizzi offruti minnhom? F'kull każ kemm-il ħaddiem qed tipprovdi kull kumpanija lil Gozo Channel u f'liema oqsma?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #32443 Sitting 507 2017-04-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Child and Youth Development Centre

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq iċ-Child and Youth Development Centre li nbena mill-Ministeru għal Għawdex ħdejn l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex hux lest? Jista’ jagħti l-ispiża totali kemm sewa dan iċ-ċentru u jgħid din l-ispiża kif kienet maqsuna? Jista’ jgħid għal kull nefqa jew servizzi sarux wara tender, kwotazzjoni jew direct order u min għamel l-istess xogħol u kemm tħallas? Jista’ jgħid illum din il-binja għalxiex qed tintuża?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq iċ-Child and Youth Development Centre li nbena ħdejn l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex tlesta. L-ispiża totali minfuqa fuq dan il-proġett kienet ta’ €1,333,384.82 u l-breakdown ta’ din l-ispiża hija kif tidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #32554 Sitting 507 2017-04-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Għawdex – akkomodazzjoni turistika – Eco Contribution

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 32056, jista’ l-Ministru jgħid fuq liema proġetti jew inizjattivi ser jintużaw il-flus miġbura mill-Eco-contribution fuq l-akkomodazzjoni turistika f’Għawdex?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi l-flus miġbura mill-Eco-Contribution fuq akkomodazzjoni turistika f’Għawdex, jidħlu ġewwa fond wieħed li huwa ring-fenced u li japplika għall-gzejjer Maltin. Proġetti u inizjattivi jiġu deċiżi minn Bord apposta bl-involviment tal-Assoċjazzjoni tal-Lukandiera u Ristoranti (MHRA).
Leg 12 PQ #32555 Sitting 507 2017-04-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Vitals Global Healthcare – kera tal-art li fuqha ser tinbena l-iskola ta’ Barts

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-kera li Vitals Global Healthcare bdew iħallsu jew ser iħallsu tal-art li fuqha ser tinbena l-iskola ta’ Barts? Minn meta bdiet jew ser tibda titħallas din il-kera?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-għotja ta’ ċens fuq il-propjetà in kwistjoni, flimkien mal-kundizzjonijiet relattivi, huma regolati permezz ta’ att pubbliku fl-atti tan-Nutar Thomas Vella tat-22 ta’ Marzu 2016.
Leg 12 PQ #32556 Sitting 507 2017-04-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Għotja fi flus lil Vitals Global Healthcare

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex marbut li jagħti għotja fi flus lil Vitals Global Healthcare biex jinbena l-kumpless mediku ġewwa Għawdex? Jekk fl-affermattiv, kemm hija din l-għotja u jekk din l-għotja ngħatatx jew għadx trid tingħata?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol infrastrutturali huwa parti mill-investiment li qed jagħmel il-privat, u ma hi prevista ebda għotja għal dan il-għan taħt il-ftehim ta’ konċessjoni.
Leg 12 PQ #32557 Sitting 507 2017-04-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Università ta’ Malta – studenti li segwew il-kors tal-mediċina

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm studenti segwew il-kors tal-mediċina fl-Università ta' Malta fis-snin 2011, 2012, 2013, 2014, 2015 u 2016? Kemm minn dawn l-istudenti (għal kull sena) kienu ta' nazzjonalità barranija? Kemm hemm studenti jsegwu l-kors tal-mediċina preżentament? Kemm minn dawn l-istudenti li qed isegwu l-kors bħalissa huma ta' nazzjonalità barranija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti li segwew/qed isegwu l-kors tal-mediċina fl-Università ta’ Malta u kemm minnhom kienu/huma ta’ nazzjonalità barranija, sena b’sena mis-sena akkademika 2010/11 sal-preżent, huwa kif muri fit-tabella hawn taħt: Nazzjonalità2010/12011/22012/32013/42014/52015/62016/7 EU/EEA (Total)254264125156162154 Maltin (Total)419440388500513521568 Barra l-EU/EEA (Total)44596468798486 Total488541516693748767808
Leg 12 PQ #32558 Sitting 507 2017-04-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – somma totali tal-ħlas tal-pagi lill-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet is-somma totali li tħallset f'pagi u spejjeż relatati ma’ pagi (National Insurance, allowances, overtime etc) lill-impjegati kollha tal-Gvern fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex għas-sena 2016? Għall-istess sena kemm kienet is-somma totali li tħallset lill-kuntratturi privati talli pprovdew ħaddiema fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.