Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #278 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' transfers li saru fid-dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħtu mis-6/9/98 sa l-24/10/98?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Trasferimenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' transfers li saru fid-dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħtu mis-6/9/98 sa l-24/10/98?

Response (MARCO, GUIDO DE)

Bejn is-6 ta' Settembru 1998 u l-24 ta' Ottubru 1998, erbgħa uffiċċjali ingħataw il-permess biex jiġu trasferiti mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin għal Dipartimenti oħra fejn huma stess talbu li jmorru. Dawn l-uffiċċjali kienu kollha jaħdmu fis-Segretarjat Privat tal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent ta' qabel.
Leg 9 PQ #280 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Trasferimenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' transfers li saru fid-dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħtu mis-6/9/98 sa l-24/10/98?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li n-numru ta' transfers li saru fid- dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi u li ġew maħruġa bl-approvazzjoni tal-MPO bejn id-dati msemmija kien ta' 21. Dan in-numru jinkludi ċaqliq intern u transfers minn u għal dan id-dekasteru. Erbgħa minn dawn it-transfers seħħew qabel is-sitta ta' Settembru 1998 imma ma laħqux dehru fi transfer list qabel l-Elezzjoni. Tlieta oħra seħħew ukoll qabel is-sitta ta' Settembru 1998 u kienu jagħmlu parti mill-eżerċizzju tat- trasferiment għal Għawdex tas-Short Term Benefits Section tad-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali.

Ministeru għal Politika Soċjali — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' transfers li saru fid-dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħtu mis-6/9/98 sa l-24/10/98?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nippresumi li l-Onorevoli Membru mhux qed jirreferi għal trasferimenti ta' mpjegati minn jew għal Segretarjati Privati ta' Ministri jew Segretarji Parlamentari wara l-bidla fl-Amministrazzjoni. Rigward trasferimenti oħra, ninforma lill-Onorevoli Membru: (i) li taħt id-dekasteru tiegħi jaqgħu erbatax il-Dipartiment tal-Gvern jew organiżżazzjoni pubblika; (ii) fil-każ ta' tnax minn dawn id-Dipartimenti/Organizzazzjonijiet ma saru l-ebda trasferimenti fil-perjodu ndikat; (iii) fil-każ tad-Dipartiment tas-'Social Housing', ġew trasferiti żewġ impjegati li qabel kienu jaħdmu fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tal-'Housing', wara li dan ġie maħtur Segretarju tal-Kabinett. Waħda minn dawn l-impjegati ġiet trasferita ma' l-istess Segretarju tal-Kabinett u l-oħra mas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħi; (iv) fil-każ tad-Dipartiment għall-Kura ta' l-Anzjani ġew trasferiti sittax il-impjegat. Dan in-numru ma jinkludix xi trasferimenti ta' 'Casual Social Assistants' li m'humiex meqjusa bħala uffiċjali pubbliċi, iżda jinkludi xi trasferimenti ta' mpjegati bejn taqsimiet differenti ta' l-istess Dipartiment. Irid jingħad li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali għad irid jittrasferixxi numru ta' ħaddiema b'riżultat tat-Trasferiment tax-'Short Term Benefits Section' għal Għawdex, skond kif kien miftiehem meta beda dan il-proċess fiż-żmien l-Amministrazzjoni preċedenti. 3.11.98
Leg 9 PQ #282 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' transfers li saru fid-dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħtu mis-6/9/98 sa l-24/10/98?

Response (DALLI, JOHN)

It-transfers li saru fid-dikasteru mis-6 ta` Settembru, 1998 sal-24 ta` Ottubru, 1998 huma kif ġej: Dipartiment Lejn id- Mid- Dipartiment Dipartament Segretarjat Privat tal-Ministeru 6 17 (1) It-Teżor 3 8 (2) Taxxi Interni 6 3 Dwana 4 3 Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa 1 2 (1) Dawn it-transfers kienu organiżżati mill-amministrazzjoni l-oħra ftit qabel l-aħħar elezzjoni. (2) 2 minn dawn it-transfers seħħew qabel is-6 ta` Settembru 1998 u kienu jagħmlu parti mill-eżerċizzju tat-trasferiment għal Għawdex tas-Short Term Benefits Section tad-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali. Il-bqija telqu jew fuq talba tagħhom jew għax intagħżlu biex iservu f`xi Ministeru.
Leg 9 PQ #283 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' transfers li saru fid-dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħtu mis-6/9/98 sa l-24/10/98?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi ma saru ebda transfers fid-dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tiegħi ħlief għal dawk li kienu maħsuba skond direttiva tal-Kabinett imħabbra f`ittra li ġġib id-data tal-25 ta` Awissu 1998 u li kopja tagħha qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Mellieħa — Triq il-Fortizza - Plot 171

Question

Jista' l-Ministru jara li jitneħħħa l-wire tat-telephone li hu għaddej minn ġo gallerija tal-familja li tabita fi Plot Nru. 171, Triq il-Fortizza, Mellieħa, peress li qed ikun ta' inkonvenjent għalihom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Hu mistenni li l-imsemmija 'cable' jiġi ddevjat fi żmien qasir skond pjanijiet eżistenti.
Leg 9 PQ #273 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien n-numru ta' transfers li saru fid-dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħtu mis-6/9/98 sa l-24/10/98?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' transfers li saru fid-Diviżjoni tas-saħħa mis-6 ta' Settembru 1998 sal-24 ta' Ottubru 1998 huwa tmienja u tletin (38) li minnhom wieħed u għoxrin (21) saru fuq talba ta' l-impjegati stess.
Leg 9 PQ #274 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' transfers li saru fid-dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħtu mis-6/9/98 sa l-24/10/98?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' transfers li saru fid-dekasteru u entitajiet tiegħi mis-6/9/98 sa l-24/10/98 huwa ta' 23.
Leg 9 PQ #275 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Trasferimenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' transfers li saru fid-dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħtha mis-6/9/98 sa l-24/10/98?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li bejn is­6 ta' Settembru 1998 u l­24 ta' Ottubru 1998 sar trasferiment wieħed bejn id­dipartimenti li jaqgħu taħt il­Ministeru għal Għawdex.
Leg 9 PQ #276 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' transfers li saru fid-dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħtu mis-6/9/98 sa l-24/10/98?

Response (BORG, TONIO)

Bejn is-6 ta' Settembru, 1998, u l-24 ta' Ottubru, 1998, in-numru ta' 'transfers' li saru fid-dekasteru tal-Ministru ta' l-Intern u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu kien ta' 18. 02.11.98

Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' transfers li saru fid-dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħtu mis-6/9/98 sa l-24/10/98?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li sitt persuni li talbu li jigu trasferiti, kellhom it-talba tagħhom milqugha