Legislature:
Category:
Reset
Active:

Birkirkara — Triq Kanonku Karmenu Pirotta - Toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li t-Triq Kanonku Karmenu Pirotta f'Birkirkara tingħata t-tarmac peress li bħalissa tinsab fi stat diżastruż bil-konsegwenza li qed tkun ta' inkonvenjent kbir għar-residenti ta' din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li parti minn Triq il-Kanonku Karmenu Pirotta hija diġa mogħtija t-tarmak. Parti sostanzjali fi Triq Pirotta għad trid tiżviluppa billi jitwaqqa l-bini biex tinfetaħ it-triq. Ghalhekk il-parti tat-triq li żviluppat wara dan il-bini ma tistax tiġi asfaltata.
Leg 9 PQ #4964 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Finanzi

Pensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jibda jirċievi l-pensjoni li hu suppost dovut?

Response (DALLI, JOHN)

Billi din mhix materjata` natura nazzjonali, darba l-Onorevoli Interpellant ikollu awtorizazzjoni mill-persuna konċernata, l-informazzjoni mitluba ngħaddihielu privatament.
Leg 9 PQ #5056 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Xagħra - Asfaltar ta' toroq

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4809, tista' l-Ministru tgħid lil liema kuntrattur ingħata d-direct order? Kemm swew ix-xogħlijiet fiż-żewġ toroq imsemmija? Tista' l-Ministru tgħid jekk dan il-kuntrattur ingħatax iżjed xogħol mill-Ministeru tagħha? Kemm swew ix-xogħlijiet kollha li ngħataw? Min huma d-diretturi tal-kumpannija ta' dan il-kuntrattur?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-direct order ingħatat lil Joymar Co Ltd. Ix-xogħol fuq dawn iż-żewġ toroq sewa s-somma ta' Lm2,318.48,0. Ma ngħata l-ebda xogħol ieħor b'direct order lil dan il-kuntrattur mill-Ministeru għal Għawdex. Għar-rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nitlob lill-onorevoli interpellant jirreferiha lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #4809 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Xagħra - Asfaltar ta' toroq

Question

Tista' l-Ministru tgħid fuq liema kriterji ingħataw it-tarmac Triq Ġużeppi Bajada u Triq Ġnien Imrik fix-Xagħra, Għawdex u abbażi ta' liema tender?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ix-xogħol tat-tarmak fi Triq Gużeppi Bajada u parti minn Triq Ġnien Imrik kantuniera ma' Triq Gużeppi Bajada, sar b'direct order minħabba l-istat ħażin tat-toroq imsemmija.
Leg 9 PQ #4854 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Birkirkara — Ħas-Sajjied - Bozza

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza quddiem Nru.7, Alley 1, Ħas-Sajjied, B'Kara?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.

Pensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament mhijiex qed tirċievi l-pensjoni kollha kif suppost?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lil Onor. Interpellant li tlabt lid-Dipartiment sabiex jinvestiga l-każ tal-persuna kkonċernata. Hekk kif jitlestew dawn l-investigazzjonijiet il-persuna ndikata ser tiġi nfurmata dwar il-pensjoni tagħha. 15.2.99

Persuna b'diżabilita' — Reserved parking

Question

B'riferenza għall-mistoqsija u tweġiba parlamentari numru 1048, kif ukoll għall-korrispondenza bejn il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' u l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jaħsibx il-Ministru li peress li l-applikant għandu biss sieq waħda għandu jikkwalifika bħala persuna bi "problemi severi ta' immobilita'" u għaldaqstant il-bord għall-kontroll tat-traffiku għandu jiġi jeżamina l-applikazzjoni ta' l-imsemmi applikant?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Is-servizz ta' Reserved Parking Area jingħata lill-persuni li għandhom problemi severi ta' mobilita' mit-Traffic Control Board fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' jekk jissodisfaw ċerti kriterji maqbula bejn il-Kummissjoni u l-Bord tat-Traffiku. Għal dan il-għan il-Kummissjoni waqqfet bord biex jeżamina dawn it-talbiet u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet meħtieġa. Dan il-bord għandu l-assistenza ta' casual welfare officer li jagħmel rapport wara li jkun mar iżur l-applikant id-dar tiegħu. Xogħol il-bord hu li wara li jevalwa l-applikazzjoni jiddeċiedi jekk ir-rakkomandazzjoni ssirx jew le. Il-bord hu magħmul minn tlett persuni b' diżabilita u tabib. Il-Kummissjoni timxi skrupolożament fuq ir-rakkomandazzjonijiet ta' dan il-bord u ma tħossx li għandha tindaħal fid-deċiżjonijiet tiegħu. Fil-futur qarib, il-Kummissjoni ser tikkonsidra jekk hemmx bżonn li l-applikanti jkollom id-dritt t'appell, u jekk iva, x'hemm bżonn biex il-kummissjoni tkun tista' timplimenta din id-deċiżjoni (l-aktar f'termini ta' personnel). L-applikazzjoni li għaliha qed isir referenza f'din il-mistoqsija, ġiet eżaminiata minn dan il-bord li ddeċieda li ma tikwalifikax. Jista jkun li ċ-cirkustanzi ta' dan l-applikant jinbidlu u għalhekk ikun jista' jerġa japplika. 1.2.99
Leg 9 PQ #4001 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Airmalta — Pilot trainees

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex reġgħu ħarġu l-applikazzjonijiet għal post ta' pilot trainees ma' l-Airmalta wara biss ħames ġimgħat li għalqet l-applikazzjoni preċedenti? Jista' l-Ministru jgħid ukoll għaliex tneħħa s-suġġett tal-Malti minn suġġett obbligatorju u għaliex l-Advanced Level m'għadux irid ikun suġġett tax-xjenza? Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma ġewx pproċessati l-ewwel applikazzjonijiet li saru f'Diċembru ta' l-1998?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tibdil li ġie introdott fil-kwalifiki meħtieġa, skond l-aħħar sejħa għall-applikazzjoni għal Pilot Trainees, kien kawżat mill-fatt li, a bażi tal-kwalifiki li kienu mitluba qabel, kien jidher li xi applikanti li kien jidhru li għandhom il-kwalifiki tekniċi setgħu jonqsu milli jikkwalifikaw minħabba l-istrettezza tal-kwalifiki akkademiċi mitluba u li l-Kumpanija tħoss li huma anqas relevanti fil-qasam tax-xogħol ta' membru tal-Cockpit Crew. F'dan ir-rigward nista ngħid li n-numru ta' applikanti skond is-sejħa għall-applikazzjonijiet ta' Diċembru 1998 u li kienu jidhru li jikkwalifikaw ma kienx ser ikun biżżejjed biex jaqdi l-ħtiġijiet tal-Kumpanija u għalhekk ħarġet it-tieni sejħa li għaliha qed jirreferi l-Onor. Interpellant. It-tieni sejħa għal applikazzjonijiet kellha fiha l-istess kwalifiki tekniċi li l-kumpanija kienet qed titlob qabel.

Benefiċċji soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament huwiex intitolat għall-benefiċċju tal-mard?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-persuna ndikata qed titħallas l-Għajnuna Medika regolarment. L-istess persuna nfurmat lid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li hi m'għandha l-ebda problema dwar Għajnuna tal-Mard. 1.2.99

Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa Ħal Balzan, Birkirkara u Ħal-Lija li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra. 1.2.99
Leg 9 PQ #3861 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuni li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament jingħataw l-arretrati dovuti lilhom mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni?

Response (DALLI, JOHN)

Il-proċess tal-ħlas tar-refunds qiegħed jiġi mħaffef kemm jista jkun għat-taxpayers kollha.
Leg 9 PQ #3966 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Kanen ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Water Services Corporation għandha l-ħsieb li tbiddel xi kanen antiki li hemm fejn Cuschieri Street, B'Kara peress li l-kondizzjoni tal-kanen preżenti qed joħolqu inkonvenjent kbir għar-residenti tat-triq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #3967 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — B'Kara

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid taħt liema titolu legali l-Kunsill Lokali ta' Birkirkara se jidħol fiċ-Ċentru Ċiviku?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali Birkirkara qiegħed f'diskussjoni mad-Dipartiment ta' l-Artijiet fuq kif dan iċ- ċentru ser jiġi amministrat. Għaldaqstant għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar it- titolu legali.
Leg 9 PQ #3354 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalaxlokk — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema preżentement jaħdmu ma' Kalaxlokk? Kemm hemm ħaddiema li qegħdin jirċievu l-paga d-dar iżda ma jmorrux għax-xogħol? X'inhuma l-pjanijiet tal-gvern għall-ħaddiema kollha ta'Kalaxlokk?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #2159 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Kuntratti

Question

Jista' l-Prim Ministru, għall-perijodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-1 ta' Diċembru, 1998, jagħti lista tal-kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt: (a) jindika x'kien il-kuntratt; (b) min għamel l-ispecifications; (ċ) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (d) lil min intalbu l-quotations; (e) kemm kienet kull quote; (f) min rebaħ il-kuntratt; (g) ingħataw extensions fuq il-kuntratt oriġinali; u (h) kemm kien il-valur totali tagħhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għall-perjodu mill-11 ta' Novembru 1998 sal-1 ta' Diċembru 1998. Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1260 għall-perjodu 5 ta' Settembru 1998 sal-10 ta' Novembru 1998.
Leg 9 PQ #2160 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Kuntratti

Question

Jista' l-Ministru, għall-perijodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-1 ta' Diċembru, 1998, jagħti lista ta' kuntratti li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt: (a) jindika x'kien il-kuntratt; (b) min għamel l-ispecifications; (ċ) min kienu l-persuni li għamlu l-award; (d) lil min intalbu l-quotations; (e) kemm kienet kull quote; (f) min rebaħ il-kuntratt; (g) ingħataw extensions fuq il-kuntratt oriġinali; u (h) kemm kien il-valur totali tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għall-perjodu 5 ta' Settembru 1998 sa l-10 ta' Novembru 1998 ngħatat permezz tar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1268. Għall-perjodu mill-10 ta' Novembru 1998 sal-1 ta' Diċembru 1998 ma ngħata l-ebda kuntratt b'direct order.
Leg 9 PQ #2843 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Ċentri tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex iċ-Ċentru Ċiviku ta' Birkirkara se jiftaħ biss bħala Ċentru tas-Saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Din il-mistoqsija għandha ssir lill-Ministru kkonċernat minn dawn is-servizzi.
Leg 9 PQ #2956 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Kuntratti

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 2159?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta li ngħatat aktar qabel fis-seduta ta' llum.
Leg 9 PQ #2957 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

UE — Importazzjoni lejn Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 1231?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li l-Onorevoli Interpellant ma' indikax perjodu speċifiku, ser nillimita ruħi għall-perjodu bejn Jannar u Novembru 1998. L-importazzjoni minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea kienet tammonta għal Lm294.0 miljuni minn total ta' Lm951.7 miljuni. Dan jammonta għal 31% ta' l-importazzjoni totali. L-importazzjoni totali għall-istess perjodu kienet maqsuma f'dawn is-setturi prinċipali:- Lm miljun 0. Ikel 89.3 1. Xorb u Tabakk 14.8 2. Materji naturali 13.0 3. Żjut u Minerali 36.6 4. Xaħmijiet u Żjut 2.7 5. Kimika 74.05 6. Materja għall-manifattura 131.8 7. Makkinarju u apparat tat-trasport 476.0 8. Oġġetti maħduma 105.9 9. Affarijiet oħra ta' kummerċ 7.6 Total 951.7 Minn dan it-total l-ammont ta' Lm15.7 miljuni kienet mediċina.