Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni mpjegati fis-segretarjat privat tiegħu? X'inhuma l-karigi, kwalifiki, esperjenza u x'inhu r-rwol ta' kull wieħed minnhom fis-Segretarjat Privat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Nru. 3451
Minn dak iż-żmien 'hawn, kien hemm żewġ persuni oħra li ġew ingaġġati b' kuntratt fis-Segretarjat Privat tiegħi. Dawn huma:
(i) Is-Sur Alan Camilleri, li kien "Counselor" ma' l-Aġenzija SEDQA u li nħatar fil-pożizzjoni ta' "Communications Co-ordinator";
(ii) Is-Sur Ugo Callus li kien uffiċċjal pubbliku fil-grad ta' "Assistant Principal u li nħatar fil-pożizzjoni ta' "Office Co-ordinator".
L-Onor. Interpellant jista' jsib aktar dettalji dwar r-rwol ta' dawn il-pożizzjonijiet kif ukoll ta' pożizzjonijiet oħra fis-Segretarjati Privati fid-dokument dwar 'l-ngaġġ ta' Mpjegati fis-Segretarjati Privati' li kien tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
22.3.99
Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw direct orders mill-ministeru tagħha? Għal-liema xogħlijiet ingħataw dawn id-direct orders? Kemm kienu jammontaw kull direct order u lil min ingħataw? Fuq liema kriterju ingħataw dawn id-direct orders?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija numru 5116.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala pensjonanti ġewwa Ħal Balzan, Birkirkara u Ħal-Lija li jirċievu xi forma ta' pensjoni? Jista' jgħid kemm minnhom jirċievu pensjoni u kemm hemm f'kull kategorija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli, waħda dwar Pensjonijiet Kontributorji u oħra dwar Pensjonijiet Mhux Kontributorji bl-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant.
16.3.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta kienet inxtrat il-karozza uffiċjali (I MLT) tal-Kummissarju Għoli Malti f'Londra qabel dik preżenti li ħarġet f'Ottubru, 1997? Kemm kienet swiet? X'kienu l-ispejjeż għal tiswija u manutenzjoni, sena b'sena, mindu nxtrat sakemm inbiegħet? Kemm-il darba nsterqet? X'kienu l-konsegwenzi fuq il-karozza u fuq il-Kummissjoni Għolja wara s-serq?
Response (MARCO, GUIDO DE)
L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il residenza uffiċjali kellu l-Kummissarju Għoli ta' Malta f'Londra mill-1987 sa l-1997? Fejn kienu? B'liema dati? X'kien il-ħlas kull ġimgħa fir-rigward ta' kull waħda? Għaliex sar it-tibdil u ċaqlieq? Jeżistu nventarji tad-diversi residenzi uffiċjali? Għaliex jekk jeżistu l-inventarji bid-dati, snin u referenza għal kull każ m'għandhomx jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra peress illi dawn jirrigwardaw direttament l-amministrazzjoni ta' flus il-poplu?
Response (MARCO, GUIDO DE)
L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk is-segretarji permanenti li għandhom mobile phone? X'inhi l-ħtieġa li jkollhom dan is-servizz?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li s-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju
tiegħi m'għandux mobile phone, pero is-Segretarju
Permanenti fit-Taqsima tal-Ġustizzja għandu din il-
faċilita peress li jinqalgħu każi meta jkun hemm il-bżonn
ta' konsultazzjoni urġenti miegħi jew mas-Segretarju
Parlamentari fl-Uffiċċju tiegħi barra l-ħin ta' l-uffiċċju.
Dawn il-konsultazzjonijiet jistgħu jkunu wkoll minn naħa
tal-Qorti, l-Avukat Ġenerali u, naturalment anke l-
Ministri.
Rigward is-Segretarji Permanenti f'Ministeri oħra, nitlob
lil Onorevoli Interpellant jiġbor l-informazzjoni mill-
Ministri individwalment.
Jista' l-Ministru jgħid, għall-kumplament ta' din is-sena skolastika, xi pjani hemm biex fost l-istudenti isir xogħol ta' prevenzjoni minn droga u alkaħol?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-iskejjel ifasslu programmi ta' prevenzjoni minn droga u alkoħol skond il-ħtiġijiet ta'-istudenti tagħhom u jsiru matul is-sena kollha. Il-programmi jsiru fl-iskejjel b'kollaborazzjoni ma' l-amministrazzjoni ta' l-iskola. Dawn huma parti mix-xogħol tal-Guidance Teacher u l-Counsellor flimkien ma' għalliema oħra.
L-istudenti ta' 15-il sena jattendu Seminar ta' tliet ijiem bl-isem "Irrid Nagħżel Tajjeb" li jsir f'Portziuncola House, Baħar iċ-Ċagħaq. F'dan is-Seminar isir emfasi fuq skills importanti bħall-Valuri, Kif tieħu deċiżjoni, Relazzjonijiet, eċċ., li jgħin fil-prevenzjoni minn droga u alkoħol. Il-laqgħat isiru fi gruppi żgħar u l-istudenti jingħataw il-faċilita' li jiddiskutu ma' għalliema professjonali. Fl-aħħar ġurnata tas-Seminar, l-istudenti jkunu jistgħu jitolbu l-għajnuna ta' tabib li jkun preżenti fis-seminar.
Dan huwa suġġett li jingħata attenzjoni speċjali fis-suġġetti tal-Kurrikulu bħall ma huma l-Personal and Social Education, Home Exonomics, Studju Soċjali u l-Bijoloġija.
Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni taħdem id f'id ma' għaqdiet bħall ma huma l-Caritas, Oasi u s-Sedqa biex fost l-istudenti jsir xogħol ta' prevenzjoni minn droga u alkoħol. Nies professjonali minn dawn l-għaqdiet sejrin ikunu fl-iskejjel, anki fi skejjel primarji, għal kumplament ta' din is-sena skolastika. L-Oasi u s-Sedqa sejrin jorganizzaw korsijiet għal għalliema biex dawn jaħdmu aħjar fost l-istudenti fl-iskejjel Maltin.
Servizzi Soċjali — Korriment fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għall-benefiċċju minħabba korrimenti fuq il-post tax-xogħol lid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali matul is-sena 1998?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' talbiet għall-benefiċċju dwar korriment fuq il-post tax-xogħol, li rċieva d-Dipartiment matul is-sena 1998, kien ta' 5,430.
10.3.99
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm jiswa kuljum kull detenut fil-ħabs?
Response (BORG, TONIO)
Jekk jingħaddu s-salarji ta' l-impjegati tal-Ħabs, l-ispiża ta' l-ikel, il-ħlas lill-ħabsin li jaħdmu, l-ispejjeż għal programmi ta' riabilitazzjoni, l-ispiża tas-servizzi tas-saħħa u spejjeż oħra rikorrenti u jiġi diviż it-total bin-numru tal-medja ta' priġunieri f'kull ġurnata matul is-sena, l-ispiża tiġi madwar Lm18.72c kuljum.
10.03.99
Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' persuni li ngħataw kura għad-dipendenza fuq l-eroina, kokaina, ecstasy u drogi oħra separatament? Kemm kien hemm persuni li marru għall-kura li l-eta' tagħhom hi (a) taħt il-15-il sena; (b) taħt it-18-il sena u mhux anqas minn 16-il sena; (c) bejn id-19 u l-40 sena; (d) 'il fuq minn 40 sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Aġenzija Sedqa toffri żewġ tipi ta' kura għad-dipendenza mid-droga:
(a) kura medika li ġeneralment tingħata miċ-Ċentru tad-Detox Out-Patient kif ukoll ġewwa Dar l-Impenn, fejn fost l-oħrajn issir ditossifikazzjoni mid-droga;
(b) kif ukoll interventi psiko-soċjali aktar intensivi f'Units oħra.
F'dik li tirrigwarda kura medika, l-biċċa l-kbira tan-nies li jattendu huma dipendenti fuq id-droga eroina, għalkemm il-biċċa l-kbira minnhom jieħdu aktar minn droga waħda.
In-numru ta' individwi li ngħataw kura medika għad-dipendenza mid-drogi matul l-1998, kien 753.
L-etajiet tagħhom huwa kif ġej:
ETA NUMRU
<15 1
16-18 38
19-40 679
40+ 35
TOTAL 753
9.3.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu flus lill-għaqdiet volontarji u filantropiċi mid-dħul tas-Super Five fl-aħħar sentejn? Kemm ingħatat kull għaqda f'kull okkażjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Mistoqsija għandha ssir lill-Ministeru tal-Finanzi.
Jista' l-Ministru jgħid minn Settembru 1998 x'kien in-numru ta' pulizija li telqu mill-Korp, xahar b'xahar? F'liema ranks kienu l-pulizija li telqu? Kemm minnhom kellhom diġa' 25 sena servizz?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li minn Settembru 1998 sa Frar 1999, in-numru ta' membri li telqu mill-Korp, xahar b'xahar, u l-grad tagħhom kien kif ġej : -
1998 1999
Grad Settembru Ottubru Novembru Diċembru Jannar Frar
Spettur - - - - - 1
Surġent 1 - - - - 2
Kuntistabbli 2 3 3 - 2 -
Ninsab infurmat ukoll li n-numru ta' membri minn dawn, li kellhom diġa' 25 sena servizz kien ta' 5 (3 Surġenti u 2 Kuntistabbli).
09.03.99
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni dwar bejgħ ta' prodotti ta' ikel u xorb mit-tuck shops ta' l-iskejjel? Isiru spezzjonijiet biex jiġi żgurat li qed isir bejgħ ta' prodotti li jipproteġu s-saħħa tat-tfal? Kemm saru spezzjonijiet fl-ewwel term ta' l-iskola? Instabu xi rregolaritajiet?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid matul l-1998 kemm kien hemm nies li marru jfittxu l-kura għad-dipendenza mid-droga fiċ-Ċentru tad-Detox ta' Malta u Għawdex separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħaddi din id-domanda lill-Onor. Ministru tal-Politika Soċjali u l-Onor. Ministru għal-Għawdex rispettivament.
Peress li Ħal-Lija, li bħala parroċċa tinkludi wkoll lill-Iklin, m'għandhiex għassa tal-pulizija, jista' l-Ministru jistudja l-possibbilta' li jinstab post biex tinfetah għassa? Jaf il-Ministru li l-eqreb għassa hi dik ta' Ħal Balzan u li ma tkunx miftuha fuq bażi regolari?
Response (BORG, TONIO)
Is-suġġeriment tal-Onor. Interpellant ser jiġi kkunsidrat. Infurmat ukoll illi l-għassa tal-Pulizija ta' Ħal Balzan tkun miftuħa regolarment.
09.03.99
Qrati — Ksur ta' copyright ta' software tal-computers
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet s'issa fil-Qorti dwar ksur ta' copyright ta' software tal-computers mindu ġiet emendata l-liġi fl-1997? X'kienet is-sentenza li ngħatat f'kull każ?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li persuni akkużati b'dawn ir-reati
jitressqu l-Qorti mill-Pulizija ta' l-Administrative Law
Enforcement. Għaldaqstant l-informazzjoni mitluba fl-ewwel
parti tal-mistoqsija għandha tintalab lill-Ministru ta' l-
Intern.
Ir-risposta għat-tieni parti tal-mistoqsija tkun tista
tingħata meta jiġu stabbiliti l-każi individwali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il għalliem/a mill-iskejjel statali kollha bdew jaħdmu f'segretarjati jew uffiċċji ta' Ministri jew Segretarji Parlamentari minn Settembru, 1998? Jista' l-Ministru jagħti lista, persuna b'persuna, fejn qed jaħdmu llum u f'liema skola kienu jaħdmu qabel Settembru, 1998? Jista' l-Ministru jgħid min issostitwixxa lil kull persuna f'kull każ?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali — Allokazzjoni ta' djar
Question
Jista' l-Ministru jindika kemm ġew allokati postijiet mid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali bejn Settembru, 1998 u Jannar, 1999?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni li qed tintalab mill-Onor. Membru, kif ukoll informazzjoni aktar dettaljata, ser tingħata fis-Seduta Nru. 74 bi tweġiba għall-Mistoqsija Nru. 5104.
8.3.99
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra min huma l-konsulenti ġodda li mill-elezzjoni 'il hawn, bi ħlas jew mingħajru, qed jaħdmu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi mill-elezzjoni 'l hawn ma ġie ffirmat l-
ebda kuntratt ta' ħatra ta' konsulent fid-dipartimenti li
jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.