Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #7011 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Xogħlijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6227 u għat-tweġiba li ngħatat mill-Ministru, jista' l-Ministru jgħid minn min isir dan ix-xogħol ta' trenching works u laying of pipes, jekk ix-xogħol isirx minn kuntratturi privati u jekk fl-affermattiv, isirx permezz ta' tenders jew direct orders?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ix-xogħol ta` tħaffir ta` trinek u tqegħid ta` pajpijiet isir minn kuntratturi privati wara l-ħruġ ta` sejħa għall-offerti. Meta l-Gvern Ċentrali u l-Kunsilli Lokali jagħmlu xogħolijiet ta` upgrading ta` toroq jew bankini, dan ix-xogħol isir mill-istess kuntratturi mqabbda minn dawn l-entitajiet iżda mhux qabel ma` tingħata l-approvazzjoni tal-Maltacom wara li din tkun ingħatat stima tax-xogħol.
Leg 9 PQ #7012 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Londra — Kummissarju Għoli Malti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 5479 li saret fit-8 ta' Marzu, 1999?

Response (BORG, JOE)

Fil-25 ta` Awissu 1987, il-Kummissarju Għoli Malti f`Londra ta` dak iż-żmien, is-Sur John Manduca, kien qed jokkupa r-residenza uffiċċjali ġewwa Twickenham. Din ir-residenza kienet propjeta` tal-Gvern Malti, u għalhekk ma kenitx tithallas kera minn min kien jirrisjedi hemmhekk. Fl-1991, meta nħatar Kummissarju Għoli s-Sur Victor Camilleri, kien baqa` joqgħod fl-istess post. Fl-1 ta` Awissu 1991, is-Sur Salvu Stellini nħatar Kummissarju Għoli Malti għall-Ingilterra u huwa wkoll għamel xi xhur joqgħod fi Twickenham. F`Novembru ta` dik is-sena, il-Ministeru ta kien aċċetta proposta li kienet saritlu qabel biex il-Kummissarju jmur joqgħod f`post aktar ċentrali peress illi r-residenza kienet tinsab bosta mili `il barra minn Londra. Fl-istess waqt, kellu jinbeda l-proċess sabiex tinbiegħ il-propjeta fi Twickenham. Sakemm tinbiegħ din id-dar, mar joqgħod fiha d-Deputat Kummissarju Għoli ta` Malta ta` dak iż-żmien, is-Sur Victor Sant, u kien jikkontribwixxi, skond ir-regolamenti, persentaġġ mill-emolumenti netti tiegħu (madwar Lm4,500 fis-sena) għall-facilita` li ngħata. F`Jannar 1992, is-Sur Stellini mar joqgħod fil-fond numru 28 Montpelier Place, Londra, b`kera ta` LStg 450 fil-ġimgħa. F`Novembru 1993, wara li s-sid infurmat lis-Sur Stellini li riedet tbiegħ il-fond, mar joqgħod f`numru 27 Montpelier Walk, fejn kienet titħallas kera ta` LStg 470 fil-ġimgħa fl-ewwel sena tal-kirja, LStg 493.50 fil-ġimgħa bejn Novembru 1994 sa Ottubru 1995, u kera ta` LStg 544.08 fil-ġimgħa minn Novembru 1995 `il quddiem. Is-Sur Victor Camilleri kien inħatar Kummissarju Għoli Malti f`Londra mill-ġdid fis-16 ta` Settembru 1996, u mar joqgħod fil-post ta` Montpelier Walk, fejn kien jirrisjedi qablu s-Sur Stellini. F`Jannar 1997, is-Sur Camilleri ntbagħat bħala Ambaxxatur fi Brussell, u laħaq Kummissarju Għoli Malti għall-Ingilterra minfloku, fit-3 ta` Frar 1997 is-Sur Richard A Matrenza. Il-Ministeru ġie nfurmat li s-Sur Matrenza kien ra numru ta` appartamenti, u sab appartament addattat f`Onslow Square, li kien iżda disponibbli aktar tard. Wara li qagħad għal xi ġimgħat f`Montpelier Walk, fil-21 ta` Frar 1997 is-Sur Matrenza ġarr provviżorjament għal appartament fl-indirizz 40/42 numru 2 Eaton Place, fejn kien iħallas LStg 750 fil-ġimgħa kera. Ftit wara, reġa ġarr għall-appartament f`numru 21/3 Onslow Gardens, fejn baqa` jħallas l-istess ammont ta` kera. F`nofs Awissu 1997, huwa ġarr għar-residenza uffiċċjali f`numru 16 Kensington Square. Din hija propjeta` tal-Gvern Malti, u għalhekk ma titħallas ebda kera għall okkupazzjoni tal-fond. L-inventarji tal-kontenut tar-residenzi uffiċċjali li huma propjeta` tal-Gvern Malti kienu u baqgħu jinżammu aġġornati sal-lum. Naturalment, ma hemmx inventarji ta` propjeta` li hija privata. Għalkemm l-inventarji ta` propjeta` pubblika jirrigwardaw flus il-poplu u huma suġġetti għall-iskrutinju ta` l-Awditur Ġenerali, fost oħrajn, dawn mhux normali li jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra. Ma jidhirlix li hemm skop għaliex m`għandix nżomm mal-proċedura stabilita.
Leg 9 PQ #7013 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Londra — Kummissarju Għoli Malti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 5478 li saret iżjed minn xahrejn ilu?

Response (BORG, JOE)

Il-karozza uffiċċjali, tat-tip Mercedes tal-Kummissarju Għoli Malti f`Londra, ta` qabel dik korrenti, kienet inxtrat fid-29 ta` April 1991 għas-somma ta` DM 44,707 (LStg 15,456). Id-dokumentazzjoni tal-kontijiet mħallsa fl-1991 u fl-1992 f`Londra tinsab arkivjata. Mhuwiex la prattikabbli u lanqas ekonomikament vijabbli li wieħed idur il-karti kollha biex jislet l-informazjoni f`dawn is-sentejn tal-bidu ta` ħajjet il-karrozza, speċjalment meta aktarx li l-ispejjez ewlenin kienu nfieq ta` rutina. Sadattant, l-ispejjez li sarulha l-karozza mill-1993 sakemm inbiegħet fl-1997 kienu dawn: Sena Manutenzjoni ta` Tiswija ta` Total rutina ħsarat 1993 LStg 715 LStg 246 LStg 961 1994 LStg 791 LStg 255 LStg 1,046 1995 LStg 923 LStg 1,479 LStg 2,402 1996 LStg 1,017 LStg 308 LStg 1,325 1997 LStg 0 LStg 881 LStg 881 Biex wieħed jipparaguna l-ispejjez għal manutenzjoni ta` rutina, nista ngħid ukoll li l-ispiża ta` rutina lill-karozza uffiċċjali, mixtrija ġdida lejn l-aħħar ta` l-1997 għas-somma ta` DM 54,474, jiġifieri LStg 19,083, kienet ta` LStg 779 għal perjodu bejn Gunju 1998 u Jannar 1999. Ma kienx hemm spejjeż mill-aħħar tal-1997 sa Mejju tal-1998 peress li dawn kienu l-ewwel xhur ta` użu tal-karozza. Il-karozza uffiċċjali mixtrija fl-1991 kienet insterqet fil-lejl ta` bejn it-12 u t-13 ta` Mejju 1996. Nstabet xi ġranet wara, u kellha ħsara fil-lock tal-bieba tal-passiġġier u fl-ignition switch. Wara li ġie konfermat mill-garaxx tal-Mercedes stess li ma kienx hemm ħsarat oħrajn, il-vettura issewwiet u l-ispejjeż ġew irkuprati mill-kumpanija ta` assikurazzjoni. Ma kien ebda riperkussjoni, la finanzjarja u lanqas xort`oħra, lill-Kummissjoni Għolja Maltija f`Londra minħabba s-serqa tal-karozza ufiċċjali.
Leg 9 PQ #7098 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ambaxxati Maltin — Infieq ta' flus

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kemm intnefqu flus f'ospitalita', ikliet, riċevimenti u entertainment mill-Ambaxxati Maltin kollha bejn l-1.1.99 u l-15.5.99? Jista' l-Ministru jipprovdi wkoll il-lista tal-mistednin li ħadu sehem fl-attivitajiet imsemmija hawn fuq?

Response (BORG, JOE)

L-informazzjoni għada qed tinġabar u għalhekk risposta tingħata f`seduta ohra.
Leg 9 PQ #7099 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ambaxxati Maltin — Locally engaged staff

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tibdiliet saru fil-complement tal-locally engaged staff u f'residenzi uffiċjali mill-Ambaxxati Maltin barra minn Malta u kemm swew lill-gvern Malti dawn il-bidliet f'termini ta' terminal benefits, żieda fil-kera, ġarr ta' għamara u spejjeż oħra?

Response (BORG, JOE)

L-informazzjoni għada qed tinġabar u għalhekk risposta tingħata f`seduta oħra.
Leg 9 PQ #7100 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ambaxxati Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'karigi oħra jokkupaw f'għaqdiet, istituzzjonijiet u azjendi Maltin u barranin l-Ambaxxati Maltin li nħatru minn Settembru, 1998 sal-lum? X'tip ta' ħlas jew benefiċċji finanzjarji hemm marbuta ma' dawn il-ħatriet u jekk dawn il-benefiċċji humiex konformi mal-Conditions of Service for Officers Serving Abroad (Sec 1.212)? Kemm-il darba u meta dawn l-Ambaxxaturi ħallew il-belt fejn huma residenti fuq xogħol konness mal-ħatriet li jokkupaw minbarra dik ta' Ambaxxatur?

Response (BORG, JOE)

L-informazzjoni għada qed tinġabar u għalhekk risposta tingħata f`seduta oħra.
Leg 9 PQ #6780 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Banek — Mid-Med - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'valutazzjoni saret tal-patrimonju ta' xogħlijiet ta' l-arti li għandu l-Mid-Med Bank?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li ma saritx valutazzjoni tal-patrimonju kollu ta' xogħolijiet ta' l-arti li għandu l-Mid-Med Bank.
Leg 9 PQ #6600 Sitting 87 1999-05-03 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Bighi - Skola Abram Gatt

Question

Fid-dawl ta' ċertu rapporti fuq il-mezzi tax-Xandir, jista' l-Ministru jgħid kif, meta u fejn se tiġi riallokata l-iskola tas-Snajja' Abram Gatt ta' Bighi fil-Kalkara? Jista' l-Ministru jagħti dettalji tal-ftehim li se jintlaħaq jew li diġa' intlaħaq u ma' min sabiex l-iskola Abram Gatt se jkollha tiċċaqlaq? Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux diskussjonijiet mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, mal-Kunsill Skolastiku Abram Gatt jew ma' l-amministrazzjoni ta' l-iskola, fejn, kif u meta se tiġi riallokata l-iskola tas-Snajja' Abram Gatt?

Response (GALEA, LOUIS)

Minn nhar it-Tlieta 4 ta Mejju ser nibda proċess wiesgħa ta' konsultazzjoni u djalogu dwar ir-riformi meħtieġa fil-qasam ta' l-edukazzjoni teknika u teknoloġija. Dawk konċernati fl-iskola tas-snajja' Abram Gatt qed ikunu jieħdu sehem attiv f'dan il-proċess. Tagħrif dettaljat ikun jista' jingħata meta dan il-proċess ikun komplut. Dwar il-proġett ta' Bighi wkoll ser ikun hemm il-konsultazzjoni kollha meħtieġa.
Leg 9 PQ #6106 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

La Valette SICAV — Statut/Articles of Association

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Istatut jew Articles of Association tal-La Valette SICAV? Jista' jgħid min huma l-membri tal-Bord tad-Diretturi? Kemm huwa l-ħlas lil kull membru? X'salarju/drittijiet/introjtu ieħor għandu ċ-Chairman tal-La Valette SICAV?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li l-kumpanija li għaliha qed jirreferi l-onorevoli Interpellant hija waħda privata kwotata fil-Borża ta' Malta, mhuwiex il-kompitu ta' dan il-Ministeru li jagħti l-informazzjoni mitluba.

CIHEAM — Stati membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-istati membri tas-CIHEAM? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatut ta' dan iċ-ċentru? Kemm ħallset Malta f'kontribuzzjonijiet u membership fees għal dan iċ-ċentru għal kull sena minn meta daħlet membru? Kemm jimpjega nies is-CIHEAM u kemm minnhom huma full time? Min kienu s-segretarji ġenerali tas-CIHEAM mill-1990 'il hawn? Minn meta u għal liema tul ta' żmien, l-Ambaxxatur Salvino Busuttil inħatar Segretarju Ġenerali tas-CIHEAM? Jista' l-Ministru jgħid jekk il-post ta' Segretarju Ġenerali huwiex full time jew le u jekk le, kemm jieħu ġranet jew ġimgħat fis-sena? Jista' l-Ministru jgħid jekk il-post ta' Segretarju Ġenerali iġibx miegħu l-immunita' diplomatika, jekk il-post huwiex pensjonabbli, x'inhu s-salarju tas-Segretarju Ġenarali u huwiex taxxabbli f'Malta jew fi Franza? X'vantaġġi oħra għandu s-Segretarju Ġenerali? Jista' l-Ministru jgħid jekk il-post ta' Segretarju Ġenerali tas-CIHEAM iġibx miegħu l-provvediment ta' finished accomodation jew il-ħlas tal-kera, iġibx miegħu coverage għal spejjeż mediċi, karozza bix-xufier, ħlas ta' seftura? Jista' fl-aħħarnett jgħid jekk il-post ta' Segretarju Ġenerali tas-CIHEAM huwiex kompatibbli mal-post ta' Ambaxxatur?

Response (BORG, JOE)

(i) L-istati membri taċ-CIHEAM huma Malta, l-Italja, Franza, il-Portugall, Spanja, l-Albanija, it-Tuniżija, il-Marokk, l-Alġerija, l-Eġittu, il-Greċja u l-Libanu, waqt li l-Unjoni Ewropea, l-OECD u l-Kunsill ta` L-Ewropa huma osservaturi. (ii) L-Istatut taċ-CIHEAM, li hija entita` internazzjonali inter-governattiva, qed jitqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra. (iii) Minn mindu daħlet fiċ-CIHEAM fid-29 ta` Marzu, 1989, Malta ħallset kull sena medja ta` 110,000 FFR. Iċ-CIHEAM għandu Ċentru Amministrattiv f`Pariġi b`aktar minn 25 impjegat full-time. L-erba` Istituti internazzjonali (li jiddependu miċ-Ċentru u li jinsabu fi Spanja, fl-Italja, fil-Greċja u fi Franza) jimpjegaw bejniethom aktar minn mitt ruħ. Malta dejjem irċeviet għajnuna importanti minn dan iċ-Ċentru u l-Istituti tiegħu permezz ta` scholarships, bursaries u għajnuna teknika. (iv) Mill-1990 `l hawn, iċ-CIHEAM kellu żewġ Segretarji Ġenerali, Mr. M. LASRAM, Tuneżin, illum irtirat; u l-attwali Mr. ENZO CHIOCCIOLI, Taljan. (v) Fir-rigward tal-Ambaxxatur Salvinu Busuttil, L-Onorevoli Interpellant huwa żbaljat għaliex, kif għadni kemm għidt, is-Segretarju Ġenerali huwa persuna oħra. L-Ambaxxatur ġie elett President tal-Kunsill Eżekuttiv taċ-Ċentru, kariga li tagħmel unur kbir lil pajjiżna, imma li hi għal kollox onorarja. Il-Kunsill hu kompost minn rappreżentanti diplomatiċi u tekniċi ta` l-Istati membri u jiltaqa` darbtejn fis-sena. Peress li l-kumplament tal-mistoqsija tidher marbuta mal-premessa li l-Ambaxxatur Salvinu Busuttil huwa, jew seta kien, Segretarju Generali taċ-CIHEAM, premessa li għaldaqstant hija żballjata, il-kumplament tal-mistoqsija hija irrilevanti.
Leg 9 PQ #6227 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy li tadotta l-Maltacom fir-rigward ta' xogħlijiet ta' trenching works u laying of pipes?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Maltacom tistalla il-cables ta' aktar minn mitt par kollha ġewwa katusi taħt l-art. F'xogħolijiet fuq proġetti ġodda, fejn hu teknikament possibli, il-cables kollha jiġu stallati minn taħt l-art. Estensjonijiet ta' cables minn 100 par 'l isfel fuq stallazzjonijiet eżistenti li mhumiex taħt l-art isiru bl-istess mod. Meta l-Gvern Ċentrali jew il-Kunsill Lokali jagħmlu xogħlijiet ta' upgrading ta' toroq jew bankini, Maltacom tinstalla l-katusi skond il-pjani tagħha sabiex tevita li terġa tiġi maqlugħa l-art.

International Oceans Commission — Impjegat

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) x'inhi l-pożizzjoni tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, fl-International Oceans Commission; b) kemm-il ġurnata jew kemm il-ġimgħa xogħol tirrikjedi din il-pożizzjoni; c) x'inhu s-salarju, honorarium jew introjtu ieħor li qiegħed jingħata mill-IOC; d) jekk il-post huwiex kompatibbli ma' dak ta' Ambaxxatur?

Response (BORG, JOE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, minn informazzjoni li għandi, l-International Oceans Commission ma teżistix. Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-Intergovernmental Oceanographic Commission (IOC) li taqa taħt l-awspiċi tal-UNESCO, allura il-persuna indikata qatt ma kellha x`taqsam ma din il-Kummissjoni.

Ambaxxaturi — Diplomatiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk skond il-conditions of service overseas, diplomatiku jikkwalifikax għal rimbors ta' spejjeż mediċi tal-mara tiegħu jekk it-tnejn ikunu separati u din ma' tkunx qiegħda takkumpanjah?

Response (BORG, JOE)

Ir-risposta hija fin-negattiv fil-każijiet kemm jekk il-mara tad-diplomatiku Malti tkun dahlet għal spejjeż mediċi waqt li qiegħda f'Malta, kif ukoll jekk hija separata minnu legalment u mhux tgħix miegħu anki fil-pajjiż fejn ikun qed iservi.

UNESCO — Ex impjegat

Question

Jista' l-Ministru: a) jikkonferma li l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, jirċievi pensjoni mill-UNESCO bħala ex-impjegat ta' din l-Organizzazzjoni; u b) jgħid x'inhuma r-relazzjonijiet kollha li għandha bħalissa din il-persuna mal-UNESCO u in parikolarti jekk għandhiex xi relazzjonijiet kuntrattwali?

Response (BORG, JOE)

It tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija hija fin-negattiv. Dwar it-tieni parti, jien infurmat ukoll li din il-persuna ma għandha l-ebda relazzjonijiet kontrattwali mal-UNESCO.

UNESCO — Impjegat

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) għall-perjodu bejn l-1.9.98 u l-31.12.98 u bejn l-1.1.99 u l-31.3.99 kemm qala' consultancy fees il-persuna, li isimha qed jintbagħat separtament mill-UNCESCO f'ismu direttament; b) fl-istess perjodu kemm qala' consultancy fees indirettament f'isem għaqdiet jew assoċjazzjonijiet jew fondazzjonijiet li fihom għandu interess; c) kemm-il vjaġġ ħallset il-UNESCO lil din il-persuna?

Response (BORG, JOE)

It-tweġiba għat-tlett partijiet ta` din il-mistoqsija hija fin-negattiv.

Ambaxxatur

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn meta l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, beda jieħu s-salarju u l-personal emoluments ta' Ambaxxatur? Kemm-il darba ġie Malta, għal kemm-il ġurnata u għal liema skopijiet minn dik id-data sal-lum? Minn dawn id-dati, kemm-il darba l-ħlas sar minn fondi pubbliċi? Minn dawn id-drabi, kemm-il darba ġie a spejjeż tal-ministeru ta' l-affarijiet barranin?

Response (BORG, JOE)

Il-persuna bdiet tirċievi s-salarju u l-global emoluments, jiġifieri s-salarju u allowances, mit-22 ta` Jannar 1999, id-data tal-ħatra tiegħu bħala Ambaxxatur. Il-persuna ġiet Malta tlett darbiet kif qed jingħad, mill-1 sa l-5 ta` Marzu 1999 u mill- 5 sa d-9 ta` April 1999 fuq xogħol uffiċjali u mis-27 sat-30 ta` Jannar 1999 fuq żjara privata. S`issa l-ebda spiża ma saret għal dawn il-vjaġġi minn fondi pubbliċi, lanqas għall-istess vjaġġ uffiċjali biex jieħu l-Kariga.

La Valette SICAV — Chairman

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-post ta' Chairman tal-La Valette SICAV huwiex kompatibbli mal-post ta' Ambaxxatur?

Response (BORG, JOE)

Nitlob biex l-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku dwar liema entita' qed jirreferi għaliha fil-Mistoqsija tiegħu.
Leg 9 PQ #5744 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Mediterranju għall-Kultura

Question

B'riferenza għat-twaqqif tal-Kunsill Mediterranju għall-Kultura, jista' l-Ministru jgħid: a) minn fejn qed jiffunzjona dan il-kunsill; b) minn min huwa ffurmat il-Kumitat li qed imexxi dan il-kunsill; c) meta ġew mogħtija l-privileġġi msemmija fl-istqarrija tal-UNESCO u liema huma dawn il-privileġġi; d) jekk ingħatawx fondi mill-UNESCO jew taħt il-programm MEDA ta' l-Unjoni Ewropea għat-twaqqif u t-tmexxija ta' dan il-kunsill u jekk ingħataw, kemm kienu u kif intnefqu; u e) xi spejjeż ħareġ il-Gvern Malti lil dan il-kunsill?

Response (GALEA, LOUIS)

Qed niġbor it-tagħrif mitlub u nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.

Sigurta Soċjali — Benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament mhux qiegħda tirċievi l-ebda għajnuna mid-dipartiment tas-Sigurta' Soċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-persuna konċernata ġiet mitluba tavviċina d-Dipartiment biex jiġi mistħarreġ il-każ tagħha. 22.3.99

Sigurta' Soċjali — Pensjoni tal-Wens

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna minn Birkirkara li isimha qed jintbagħat separatament ġiet rifjutata milli tingħata l-Pensjoni tal-Wens?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-persuna konċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tal-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali. 22.3.99