Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #8684 Sitting 135 1999-07-14 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ambaxxaturi — Hospitality

Question

Jista' l-Mininstru jgħid jekk bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Mejju, l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, qattx ġie rimborzat għal entertainment jew hospitality expenses hawn Malta u f'kull każ jgħid: (a) id-data ta' l-okkażjoni; (b) ir-raġuni ta' l-okkażjoni; u (ċ) kemm ġiet tqum l-okkażjoni?

Response (BORG, JOE)

Ir-risposta hija fin-negattiv.
Leg 9 PQ #8685 Sitting 135 1999-07-14 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

International Foundation

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru tiegħu huwiex qed iħallas direttament jew indirettament is-salarju jew ħlasijiet oħra tal-persuna li isimha qed jingħata separatament u li taħdem bħala segretarja għal The International Foundation ta' 54, West Street, Valletta?

Response (BORG, JOE)

Jien infurmat li ma jirriżultax li mill-5 ta` Settembru 1998 l`hawn sar xi ħlas lill-persuna indikata.
Leg 9 PQ #8686 Sitting 135 1999-07-14 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Opri tal-pitturi/skulturi Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi proġett biex issir exhibition ta' l-opri tal-pitturi u skulturi Maltin fl-ambaxxata ta' Malta f'Parigi u jekk iva: (a) liema istituzzjonijiet se jorganizzawha minn Malta u min Pariġi; (b) kif se ssir u min se jħallas it-trasport bejn Malta u Pariġi; (ċ) minn se jagħżel l-opri; u (d) kif se jiżgura li l-prezz li jitħallas għal opri li jinbiegħu se jmur kollu kemm hu lil artisti konċernati?

Response (BORG, JOE)

Ma hemm l-ebda proġett biex issir esibizzjoni ta` opri ta` pitturi u skulturi Maltin fl-Ambaxxata ta` Malta f`Pariġi.
Leg 9 PQ #8687 Sitting 135 1999-07-14 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Ħlas ta' kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru tiegħu hux qiegħed iħallas direttament jew indirettament għal: kera; il-kont ta' l-elettriku; l-kont ta' l-ilma; il-kont tat-telephone u l-fax ta' The International Foundation ta' 54, West Street, Valletta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li s-sezzjoni ta' l-Accounts tal-Ministeru tiegħi mhi tagħmel ebda pagamenti ta' kontijiet relatati għall-fondazzjoni msemmija.
Leg 9 PQ #8688 Sitting 135 1999-07-14 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Ħlasijiet ta' telecell

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru tiegħu hux qed iħallas direttament jew indirettament għal kont tat-telecell personali hawn Malta tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament u li jġib in-numru 09492383?

Response (BORG, JOE)

Ir-risposta hija fin-negattiv.
Leg 9 PQ #8689 Sitting 135 1999-07-14 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

The International Foundation

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux informat li dik li hi magħrufa bil-Franċiż u bl-Ingliż bħala Foundationn Internationmal - The International Foundation - Malta, 54, West Street, Valletta VLT 10, tel u fax 237249 u 221473, twaqqfet fl-1997 jew 1998, jiġifieri ferm wara l-istituzzjoni l-oħra Foundation for International Studies, Old University Buildings, Triq San Pawl, Valletta? Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jikkonsidra jieħu passi legali, direttament jew permezz tal-Foundation for International Studies, kontra The International Foundation għal dak li jidher ċar li hu uzurpazzjoni ta' l-isem, kompetizzjoni żleali u attentat biex joħloq konfuzjoni bejn iż-żewġ fondazzjonijiet? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk il-ministeru tiegħu minn Settembru 1998 'il hawn kellux xi relazzjonijiet uffiċjali ma' The International Foundation u jekk iva, liema, għal liema skop u b'liema riżultati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li dina l-Fondazzjoni twaqqfet fl-10 ta' Jannar 1998 jiġifieri fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti li ma ħasset li ma kienx hemm raġuni għaliex tieħu l-passi suġġeriti. Jiena qed nieħu l-istess linja tal-amministrazzjoni preċedenti. Informat ukoll li r-risposta għad-domanda f'paragrafu 3 hija fin-negattiv.

Kunsilli Lokali — Mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm, u liema huma l-kunsilli lokali li jikru mobile phones? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa tal-kera u l-calls ta' kull mobile phones mikri lill-kunsilli minn Jannar ta' l-1998, xahar b'xahar?

Response (GATT, AUSTIN)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jaġixxu skond il-prijoritajiet, esiġenzi u l-mezzi taghhom. Ghaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha, fil-fatt hija waħda mir-responsabilitajiet tal-Kunsilli.
Leg 9 PQ #8669 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

International Foundation

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ħallset l-aħħar kont għaż-żewġ linji tat-telefon jew fax (numri 237249 ju 221473) u kemm għandha tagħti bħalissa lill-Maltacom, l-International Foundation ta' 54, West Street, Valletta VLT10?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija numru 8666 fis-Seduta numru 133.
Leg 9 PQ #8670 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

International Foundation

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ħallset l-aħħar kont tad-dawl u kemm għandha tagħti bħalissa lill-Enemalta Corporation, The International Foundation ta' 54, West Street, Valletta VLT 10?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qatt ma kienet proċedura tal-Korporazzjoni Enemalta li tagħti tagħrif dwar kontijiet ta' organizazzjonijiet jew azjendi li mhumiex governattivi

Foundation International

Question

Jista' l-Ministru: (a) jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt, charter, articles of Association jew strument legali ieħor li bih twaqqfet il-Foundation International (The International Foundation) Malta u li għandha l-uffiċċju tagħha f'54, West Street, Valletta VLT 10; (b) jgħid jekk dan l-istrument legali hux konformi f'kollox mal-provvedimenti tal-liġi Maltija; u (ċ) jgħid jekk mit-twaqqif tagħha s'issa, din il-fondazzjoni segwietx f'kollox l-iskopijiet indikati fl-istrument legali u l-provvedimenti tal-liġi Maltija?

Response (GATT, AUSTIN)

L-informazzjoni li ghandi hi fis-sens li l-organizzazzjoni imsemmija mill-Onor. Membru m`ghandha x`taqsam xejn mal-Ministeru mmexxi minni.
Leg 9 PQ #8672 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Rapport

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnu r-rapport li kellu jitħejja dwar il-Public Broadcasting Services u li kellu jkun ippubblikat sa l-aħħar ta' Marzu li għadda?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-rapport fuq il-PBS kellu jiġi ppreżentat lili (u mhux ippublikat) sal-31 ta' Marzu 1999. Minħabba n-numru kbir ta' nies talbu laqgħat fuq dan is-suġġett mal-grupp mis-CCT ta' l-Universita` li qiegħed jagħmel l-istħarriġ, ma kienx possibbli li r-rapport jitħejja fil-ħin. Għaldaqstant, kif ukoll minħabba stennija għal riżultati ta' riċerka rilevanti u impenji oħra, iċ-Ċentru tat-Teknoloġija tal-Komunikazzjoni talab estensjoni taż-żmien sal-31 ta' Lulju 1999 għas-sottomissjoni tar-rapport, liema talba jiena lqajt.
Leg 9 PQ #8683 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ambaxxaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk bejn l-1 ta' Jannar u 31 ta' Mejju, 1999, l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, qattx ġie rimborzat għal kiri hawn Malta ta' karozzi self-drive jew chauffer driven mill-ministeru tiegħu, jew jekk qattx ġew lilu pprovduti karozzi tal-kiri mħallsa mill-minsiteru tiegħu u f'kull każ jgħid: id-data tal-kirja; ir-raġuni tal-kirja; u kemm ġiet tqum il-kirja?

Response (BORG, JOE)

Ir-risposta għall-ewwel parti tal-mistoqsija hija fin-negattiv. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija il-persuna indikata ġie pprovdut bi trasport bejn il-5 u t-8 ta` April 1999 dejjem fuq xogħol konness mal-Ministeru. L-ispiża kienet tlaħħaq għal LM288.85, inkluża l-VAT, mqassma kif ser jingħad: 5 ta` April 1999 LM72.65 6 ta` April 1999 LM66.42 7 ta` April 1999 LM70.90 8 ta` April 1999 LM78.88
Leg 9 PQ #8659 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

La Valette Sicav — Chairman

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas iċ-chairman tal-La Valette Sicav, li ismu qed jintbagħat separatament, għas-servizz tiegħu xahar b'xahar minn meta beda sal-31 ta' Mejju, 1999? Jista' jgħid jekk dawn il-ħlasijiet ġewx dikjarati mil-La Valette Sicav lill-Ministeru tal-Finanzi għall-iskopijiet ta' l-income tax? Jista' jgħid x'vantaġġi u perkaċċi oħra għandu bħala chairman ta' La Valette Sicav?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li l-kumpanija li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hija waħda privata kwotata fil-Borża ta' Malta, mhuwiex il-kompitu ta' dan il-Ministeru li jagħti l-informazzjni mitluba.
Leg 9 PQ #8660 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

La Valette Sicav — Segretarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-La Valette Sicav jew xi parti oħra li taqa' taħt il-ministeru tiegħu qattx ħallsu s-sarlarju jew xi ħlasijiet oħra lil persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, li taħdem bħala segretarja għal The International Foundation ta' 54, West Str, Valletta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li La Valette Sicav hija kumpanija privata kwotata fil-Borża ta' Malta, mhuwiex il-kompitu ta' dan il-Ministeru li jagħti l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #8661 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

La Valette Sicav

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-La Valette Sicav jew xi parti oħra li taqa' taħt il-ministeru tiegħu qattx ħallset il-kera; il-kont ta' l-elettriku; il-kont ta' l-ilma; u l-kont taż-żewġ linji tat-telephone jew fax ta' The International Foundation ta' 54, West Str, Valletta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 8660.
Leg 9 PQ #8662 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

La Valette Sicav

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-La Valette Sicav jew xi parti oħra li taqa' taħt il-ministeru tiegħu qattx ħallsu l-kont tal-mobile telephone privat tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, li għandu hawn Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 8660.
Leg 9 PQ #8666 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-aħħar ħallset il-kont ta' l-ilma u kemm għandha tagħti lill-Water Services Corporation l-International Foundation - Malta ta' 54, West Street, Valletta VLT 10?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-fondazzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hija 'The International Foundation - Malta', u peress li din hija organizzazzjoni mhux governattiva, ma narax raġuni għaliex għandi nippubblika l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #8667 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Finanzi

International Foundation — Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-International Foundation ta' 54, West Street, Valletta VLT 10 hijiex qed isegwi l-liġijiet ta' taxxa ta' Malta b'mod partikolari jekk hijiex qed tissottometti dikjarazzjoni tad-dħul kull sena u jekk hijiex tiddikjara s-salarju jew ħlasijiet oħra li qed tagħmel lill-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li taħdem bħala segretarja ta' l-istess fondazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Minħabba d-dispożizzjonijiet ta` segretezza u kunfidenzjalita` li jinsabu fl-Atti dwar it-Taxxi, d-Dipartiment tat-Taxxi Interni mhux f`pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni mitluba, iżda huwa lest li jieħdu l-passi neċessarji jekk jinstab li jkun hemm xi nuqqasijiet.
Leg 9 PQ #8518 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Monumenti — Restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li jiġi rranġat il-Monument tas-7 Ġunju? Fid-dawl ta' artikli li dehru fil-ġurnali jikkonsidra d-Dipartiment tal-Kultura li l-ismijiet tal-vittmi tas-7 ta' Ġunju, jitpoġġew fuq quddiem tal-monument, minflok fuq in-naħa ta' wara?

Response (GALEA, LOUIS)

Tlabt li l-punti mqanqla fil-Mistoqsija jingħataw il-konsiderazzjoni xierqa mill-awtoritajiet kompetenti.