Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #8709 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru ta' l-Agrikoltura — Ħlasijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru tiegħu jew xi parti li taqa' taħtu hux qed iħallas direttament jew indirettament għal: (a) kera; (b) l-elettriku; (ċ) l-ilma; u (d) l-linji tat-telephone jew fax 237249 u 221473 ta' The International Foundation - Malta li għandha bħala indirizz uffiċjali 54, West Street, Valletta?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-Ministeru la ħallas u lanqas mhu qed iħallas kontijiet tas-servizzi msemmija.
Leg 9 PQ #8710 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru ta' l-Agrikoltura — Mobile phone

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru tiegħu, jew xi parti li taqa' taħtu huwiex qed iħallas direttament jew indirettament għal mobile phone numru 09492383 tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma sar ebda pagament koness ma' dan is-servizz.
Leg 9 PQ #8702 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministru ta' l-Agrikoltura — Laqgħat tal-ICAMAS f'Ruma

Question

Billi fir-rapport fl-Independent on Sunday tat-23 ta' Mejju (paġna 3) jingħad li Prodi kien għal-laqgħa li attenda għaliha l-Ministru Ninu Zammit, jista' l-Ministru jgħid: a) iddiskutix ma' Prodi s-sitwazzjoni ta' l-agrikoltura Maltija; b) x'qallu Prodi li se jiġri mill-bdiewa Maltin jekk kemm-il darba Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea u l-bdiewa Maltin ikollhom jikkompetu mal-bdiewa Ewropej; c) jekk Prodi qallux kemm flus l-Unjoni Ewropea se tagħti għall-agrikoltura Maltija jekk kemm-il darba Malta ssir membru sħiħ ta' l-EU?

Response (ZAMMIT, NINU)

a) Iva b) Prodi huwa tal-fehma li l-bdiewa Maltin jistgħu jaħtfu l-opportunitajiet ta' għajnuna u ta' swieq li toffri sħubija fl-Unjoni Ewropea f'dan il-qasam. c) Prodi huwa tal-fehma li bi preparazzjoni xierqa, b'inpenn sħiħ u wara li jsiru abbozzi ta' proġetti serji, Malta m'għandhiex ma tibbenifikax mill-Fondi tal-Unjoni Ewropea sabiex issostni l-iżvilupp tal-Agrikoltura f'Malta. Fuq kollox Prodi qalli li kien jiddispjaċiħ li, minnkejja l-pariri tiegħu, Malta tilfet sentejn sħaħ mill-proċess ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea meta l-Gvern preċedenti għażel li jiffriża l-applikazzjoni.
Leg 9 PQ #8704 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

The Independent — Rapport

Question

Billi fir-rapport ta' The Independent on Sunday tat-23 ta' Mejju (paġna 3) dwar ICAMAS jingħad li: "the 100th meeting of the governing board will take place in Malta next December", jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm hemm allokati flus mill-gvern Malti għal din il-laqgħa; (b) x'passi qed jieħu biex din is-somma flus ma tiġix maqbuża mill-organizzaturi; (ċ) jekk min-naħa ta' Malta l-laqgħa hux se jorganizzaha l-gvern Malti jew jekk hux se jħalli f'idejn xi individwu jew istituzzjoni barra mill-gvern; u (d) fil-każ li se jħalli f'idejn xi ħaddieħor, x'garanziji se jitlob biex ikun żgur li l-ħlasijiet u l-kontijiet kollha jobdu l-Financial Regulations tal-Gvern?

Response (ZAMMIT, NINU)

a) Il-Gvern Malti ma hu obligat iħallas xejn għal din il-laqgħa, ħlief għal xi hospitality li jiddeċidi li jagħmel. b) Mhux applikabbli; ara a). c) Il-Ministeru ser jgħin lill-organiżżaturi kif jixraq. d) Mhux applikabbli; ara c).
Leg 9 PQ #8705 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru ta' l-Agrikoltura — Ambaxxatur

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vjaġġ għamlet il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Mejju, 1999 a spejjeż tal-ministeru tiegħu jew xi parti li taqa' taħtu u f'kull każ jgħid: a) id-dati tal-vjaġġ; b) l-iskop tal-vjaġġ; u c) kemm ġie jiswa l-vjaġġ għall-fondi pubbliċi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-persuna ndikata ma għamlet l'ebda vjaġġ a spejjeż tal-Ministeru tiegħi fil-perjodu ndikat.
Leg 9 PQ #8706 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru ta' l-Agrikoltura — Ambaxxatur

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Mejju, 1999 il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, kera karozza self-drive jew chauffer driven f'Malta a spejjeż tal-ministeru tiegħu jew xi parti li taqa' taħtu u f'kull każ jagħti: a) id-data; b) l-iskop tal-kirja; c) kemm ġiet tqum il-kirja għall-ministeru tiegħu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-persuna indikata ma kriet l'ebda karozza self-drive jew chauffer driven f'Malta għas-spejjeż tal-Ministeru tiegħi fil-perjodu ndikat.
Leg 9 PQ #8707 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru ta' l-Agrikoltura — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba bejn l-1 ta' Jannar u 31 ta' Mejju, 1999 l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, tħallas għal okkażjonijiet ta' hospitality jew entertainment f'Malta mill-Ministeru tiegħu, jew xi parti li taqa' taħtu u f'kull każ jagħti: (a) id-data; (b) l-iskop ta' l-okkażjoni; u (ċ) kemm tħallsu flus fl-okkażjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Id-dipartiment ma għamel ebda ħlas lill-persuna msemmija jew għan-nom tagħha.
Leg 9 PQ #8708 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

International Foundation — Segretarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru tiegħu, jew xi parti li taqa' taħtu huwiex qed iħallas direttament jew indirettament is-salarju jew ħlasijiet oħra għal persuna li isimha qed jintbagħat separatament li taħdem bħala segretarja f'The International Foundation - Malta fl-indirizz ta' 54 West Street, Valletta?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma saru ebda pagamenti mill-Ministeru tiegħi lill-persuna msemmija.
Leg 9 PQ #8696 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tat midalji bejn l-1983 u issa l-Foundation for International Studies ta' Old University Buildings, St Paul Str, Valletta sena b'sena u f'kull każ jagħti d-data; l-isem ta' min irċieva l-midalja; ir-raġuni ta' l-għotja; u jekk il-midalja kenitx tad-deheb, fidda jew xi materjal ieħor?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Fondazzjoni tat medalji tal- bronż jew gold plated lil dawn il-persuni għall-kontribut tagħhom lejn il-Fondazzjoni: 1987 Prof Richard England, Architect, University of Malta 1988 Prof Elizabeth Mann Borgese, International Ocean Institute 1989 Mr Victor Passmore, British Artist 1990 Mr Victor Meslin, former President, University of Paris IV Sorbonne 1996 Prof Mario Ruivo, University of Oporto Dr Jean Pierre Massue, Council of Europe Judge Mohammed Bedjawin, President, International Court of Justice
Leg 9 PQ #8697 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru ta' l-Agrikoltura — Ambaxxatur

Question

Billi fl-Independent tas-16 ta' Mejju (paġna 14 Diary) f'artiklu dwar l-International Centre for Advanced Mediterranean Agronomic Studies jingħad li l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, was unanimously elected to the chairmanship of the Board last December, jista' l-Ministru jgħid: a) id-data ta' din l-elezzjoni; b) kemm kienu l-membri li kienu ntitolati li jivvotaw; c) kemm kienu l-membri li vvotaw; d) kemm u min kienu l-kandidati; u 3) kemm-il vot intefa' għall-Ambaxxatur Busuttil?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #8698 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru ta' l-Agrikoltura — Scholarships

Question

Billi f'rapport li deher fl-Independent tas-16 ta' Mejju (paġna 14 Diary) taħt it-titlu Malta gets ICAMAS presidency jingħad li Several Maltese have received scholarships and bursaries at these institutions, some attained Master's degrees, jista' l-Ministru jgħid: a) kemm ingħataw minn dawn l-ischolarships u bursaries fir-research institutes dwar l-agrikoltura tal-ICAMAS mill-1989 s'issa; b) bl-isem ta' kull Malti li ħa xi scholarship jew bursary ta' l-ICAMAS mill-1989 s'issa; c) id-dati ta' kull wieħed minn dawn l-ischolarships/bursaries; d) il-korsijiet jew studji li kienu jkopru; e) l-ammont ta' flus li bbenefika minnu kull wieħed minnhom; f) l-ammont li kull scholarship/bursary ġie jqum lill-gvern Malti; g) il-funzjoni li qed jokkupa llum kull wieħed minn dawk li ħadu scholarship jew bursary u fiex għandha x'taqsam din il-funzjoni mas-suġġett ta' l-ischolarship?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazioni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #8699 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

ICAMAS — Membership fees

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġet Malta f'membership fees u kontribuzzjonijiet oħra lill-ICAMAS, International Centre for Advanced Mediterranean Agronomic Studies, sena b'sena mill-1989 sal-lum?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #8700 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Chadwick Lakes/Lija micropropagation — Proġetti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu eżatt ix-xogħol li skond ir-rapport fl-Independent tas-16 ta' Mejju qed isir mill-Istitut ta' Bari ta' l-ICAMAS fuq (a) il-proġett taċ-Chadwick Lakes u (b) il-proġett tal-Lija micropropagation u f'kull każ jgħid: a) meta beda; b) meta hu ppjanat li se jispiċċa; c) kemm jammontaw il-kontribuzzjonijiet tal-ICAMAS u tal-gvern Malti rispettivament; u d) jekk il-ħlasijiet lill-gvern Malti jsirux direttament jew jgħaddux minn xi individwu jew istituzzjoni oħra?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #8701 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministru ta' l-Agrikoltura — Laqgħa ta' l-ICAMAS f'Ruma

Question

Billi f'rapport li deher fl-Independent on Sunday tat-23 ta' Mejju (paġna 3) jingħad li l-Ministru ta' l-Agrikoltura Ninu Zammit attenda laqgħa tal-ICAMAS f'Ruma, jista' l-Ministru jgħid: a) minn min kienet magħmula d-delegazzjoni Maltija; b) meta telqet minn Malta u meta ġiet lura d-delegazzjoni; c) kemm ġiet tqum lill-gvern il-parteċipazzjoni tad-delegazzjoni fil-laqgħa?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #8690 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba bejn l-1 ta' Jannar u 31 ta' Mejju, 1999 l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament ivvjaġġat a spejjeż tal-ministeru tiegħu jew ta' xi parti li taqa' taħtu u f'kull każ jagħti: id-data; il-postijiet fejn mar; l-iskop tal-vjaġġ u kemm ġie jiswa b'kollox il-vjaġġ mill-fondi pubbliċi?

Response (GALEA, LOUIS)

Qatt.
Leg 9 PQ #8691 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Karozza self-drive

Question

Jista' l-Ministru jgħid bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Mejju, 1999 kemm-il darba l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament kriet karozza self-drive jew chauffer driven hawn Malta a spejjeż tal-ministeru tiegħu jew ta' xi parti li taqa' taħtu u f'kull każ jagħti: (a) id-data; (b) l-iskop jew ir-raġunni tal-kirja; u (ċ) kemm ġiet tiswa b'kollox il-kirja minn fondi pubbliċi?

Response (GALEA, LOUIS)

Qatt.
Leg 9 PQ #8692 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Mejju, 1999 kemm-il darba l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament tħallset għal okkażjonijiet ta' hospitality jew entertainment hawn Malta a spejjeż tal-ministeru tiegħu jew ta' xi parti li taqa' taħtu, u f'kull każ jagħti: (a) id-data; (b) l-iskop u d-deskrizzjoni ta' l-okkażjoni; u (ċ) kemm ġiet tiswa l-okkażjoni minn fondi pubbliċi?

Response (GALEA, LOUIS)

Qatt.
Leg 9 PQ #8693 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Segretarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi parti li taqa' taħtu humiex iħallsu direttament jew indirettament għas-salarju jew ħlasijiet oħra tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, li taħdem bħala segretarja f'The International Foundation, 54 West Str, Valletta?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tweġiba fin-negattiv.
Leg 9 PQ #8694 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Fondazzjoni Internazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi parti li taqa' taħtu huwiex qed iħallas direttament jew indirettament il-kera; il-kont ta' l-elettriku; il-kont ta' l-ilma; il-kont tat-telephone jew fax għal-linji 237249 u 221473 ta' The International Foundation ta' 54 West Str, Valletta?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba fin-negattiv.
Leg 9 PQ #8695 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Ambaxxatur

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi parti li taqa' taħtu humiex iħallsu direttament jew indirettament għal kont tat-telecell privat numru 09492383 tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba fin-negattiv.