Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #18615 Sitting 360 2000-07-25 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17344 dwar konsulenti legali li jagħtu servizz bi ħlas lill-ministeru tiegħu?

Response (DALLI, JOHN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Skeda li turi l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #18568 Sitting 357 2000-07-24 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ruma — Ambaxxata Maltija

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17942 u għat-tweġiba li ngħatat għaliha, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi korrispondenza ulterjuri wara l-fax li kopja tagħha tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk kien hemm, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tar-relevanti korrispondenza? Jekk ma kienx hemm, jidhirlux il-Ministru li issa għadda żmien biżżejjed mid-data tal-31 ta' Mejju ta' l-1999 u għaldaqstant jara għalfejn risposta jew follow-up ma sarx mill-Ambaxxata Maltija fl-Italja?

Response (BORG, JOE)

Ware l-Mistoqsijiet Parlamentari numru 17786 u 17942 u r-risposti mogħtija għalihom illum ninsab f'pożizzjoni li ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ambaxxata ta' Malta f'Ruma issa ingħatat risposta bil-miktub dwar il-każ mill-Awtoritajiet Taljani. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' ittra tad-19 ta' Lulju 2000 mibgħuta mill-Ambaxxatur ta' Malta f'Ruma lill-persuna kkonċernata. Kif jidher ċar, l-Ambaxxata b'salvagwardja għall-interesi ta' l-istess persuna, qed tkompli titlob kjarimenti qabel ma toħroġ risposta definittiva fil-ġranet li ġejjin lill-persuna kkonċernata.
Leg 9 PQ #17358 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern

Intern — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, f'xogħol relatat ma' monitoring, screening, addozzjoni, kompatabilita' eċċ ta' liġijiet, direttivi, deċiżjonijiet, regoli, eċċ ta' l-Unjoni Ewropea u li taw dan is-servizz minn Jannar, 1999 sal-lum? X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ? X'kienet in-nefqa jew ħlas li ngħata u li qiegħed jingħata f'kull każ? Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti? Min jew liema bord ta' għażla jew xorta oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?

Response (BORG, TONIO)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji mitluba dwar liema Dipartimenti/Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi kkommissjonaw is-servizz; l-avukati jew konsulenti legali li taw is-servizz; kemm tħallsu għas-servizz; u x`tip ta` servizz li ngħata f`kull każ. Minħabba n-natura ġeneralment speċjalizzata tas-suġġett partikolari, is-servizz individwali ntalab minn avukati/għaqdiet ta` avukati/konsulenti legali li kienu esprimew interess li jidħlu għal dan it-tip ta` xogħol wara li saret sejħa pubblika. F`kull każ il-ħlas għas-servizz ġie stabbilit skond il-provvedimenti tar-Regolamenti Finanzjarji u fuq parir ta` adjudicating board imwaqqaf apposta u, fejn l-ammont kien ta` aktar minn Lm2,500, wara awtorizazzjoni speċifika tal-Ministeru tal-Finanzi.
Leg 9 PQ #17310 Sitting 353 2000-07-19 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Konsulenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, f'xogħol relatat ma' monitoring, screening, addozzjoni, kompatabbilita' eċċ ta' liġijiet, direttivi, deċiżjonijiet, regoli, eċċ ta' l-Unjoni Ewropea, u li taw dan is-servizz minn Jannar, 1999 sal-lum? X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ? X'kienet in-nefqa jew ħlas li ngħata u li qiegħed jingħata f'kull każ? Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti? Min jew liema bord ta' għażla jew xorta oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li fid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma ngħata l-ebda servizz minn avukati jew konsulenti legali għal xogħol ta' monitoring, screening, addozzjoni, kompatabbilita' ta' liġijiet, direttivi, deċiżjonijiet u regoli ta' l-Unjoni Ewropea.
Leg 9 PQ #17346 Sitting 337 2000-07-05 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu u li taw dan is-servizz minn Jannar 1999 sal-lum? X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ? X'kienet in-nefqa jew ħlas li ngħata u li qiegħed jingħata f'kull każ? Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti? Min jew liema bord ta' għażla jew xorta oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li l-Ministeru u d-Dipartimenti li għalihom hu responsabbli, normalment jirrikorru għand l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali kull meta jkun hemm ħtieġa li jiksbu servizzi legali. L-Awtorita' tat-Turiżmu tinqeda bis-servizzi legali tad-ditta ta' avukati Grech, Hyzler u Tortell u tħallas 'retainer' ta' Lm3000 fis-sena għal dan is-servizz. Madankollu matul l-1999 il-Ministeru kompla jinqeda bis-servizzi legali tad-ditta 'Camilleri Preziosi and Associates' fit-tfassil ta' l-Abbozz tal-Liġi dwar Servizzi ta' l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta. Din id-ditta kienet tqabbdet xi snin qabel mill-'NTOM' biex tagħmel dan ix-xogħol għal ħlas ta' Lm2,500.
Leg 9 PQ #17664 Sitting 336 2000-07-04 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern

Manikata — Kaċċaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fiż-żona tal-Miżieb ġol-Manikata wżata mill-kaċċaturi, liema żona jieħu ħsiebha l-kumitat organizzattiv fi ħdan il-federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti li għandhom titolu validu ta' pussess li jingħata u ġie kkonfermat minn amministrazzjonijiet differenti inħariġitx xi permess ta' bini, radam, landscaping jew xorta oħra? Jekk le, jaf il-Ministru li dan ix-xogħol qiegħed isir abbużivament u llegalment bi ħsara għal kumitat aktar 'il fuq imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar approvat applikazzjoni (PA 837/00) għall-installazzjoni ta` radio antenna fil-Miżieb Pumping Station, limiti tal-Mellieħa. Ninsab infurmat ukoll li l-Awtorita` ħarġet ukoll erba` avviżi ta` infurzar li d-dettalji tagħhom qed jidhru hawn taħt : Nru. ta` l-Avviż Deskrizzjoni Stat ---------------- ------------ ---- ECF 630/00 Dumping without permit at Riferuta sabiex Ix-Xagħra l-Ħamra, tittieħed azzjoni Mellieħa diretta kif provdut mill-Liġi ta` l- Ippjanar ECF 917/99 Dumping on site without Riferuta sabiex permit at Il-Mejjieli, tittieħed azzjoni limits of Mellieħa diretta kif provdut mill-Liġi ta` l- Ippjanar ECF 108/00 Dumping of material Riferuta sabiex without permit at tittieħed azzjoni Il-Mejjieli, limits diretta kif provdut of Mellieħa mill-Liġi ta` l- Ippjanar ECF 326/97 Illegal dumping on Riferuta sabiex garigue at Triq ix- tittieħed azzjoni Xagħra ta` Barra, diretta kif provdut Mellieħa mill-Liġi ta` l- Ippjanar
Leg 9 PQ #17665 Sitting 336 2000-07-04 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern

Mellieħa — Kaċċaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiż-żona ta' l-Aħrax limiti tal-Mellieħa liema żona hija wżata mill-kaċċaturi u liema żona jieħu ħsiebha l-kumitat organizzattiv fi ħdan il-federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti li għandhom titolu validu ta' pussess li ngħata u li ġie kkonfermat minn amministrazzjonijiet differenti inħariġx xi permess ta' bini, radam, landscaping jew xorta oħra? Jekk le, jaf il-Ministru li dan ix-xogħol qiegħed isir abbużivament u llegalment bi ħsara għal kumitat aktar 'il fuq imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar approvat applikazzjoni (PA 5131/98) li kienet tipproponi żieda fil-fond tal-ħamrija fuq art diġa` kkultivata f`sit magħruf bħala l-Aħrax tal-Madonna, l-Aħrax ta` Ġewwa, limiti tal-Mellieħa, liema sit jaqa` f`art magħrufa aktar bħala l-Aħrax tal-Mellieħa. Ninsab infurmat ukoll li l-Awtorita` ħarġet ukoll tliet avviżi ta` infurzar li d-dettalji tagħhom qed jidhru hawn taħt: Ref. No. of Notice Description Status ------------------ ----------- ------ EC 109/96 Removal of alka and An application top soil, excavation reference PA of a resevoir without 4802/98 is pending permit on this site EC 106/00 Levelling and dumping File referred for without permit direct action EC 314/96 Shooting range without An application to permit sanction reference PA 1036/96 is pending
Leg 9 PQ #17359 Sitting 329 2000-06-28 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati uew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, f'xogħol relatat ma' monitoring, screening, addozzjoni, kompatibilita' etc. ta' liġijiet, direttivi, deċiżjonijiet, regoli etc. ta' l-UE u li taw dan is-servizz minn Jannar 1999 sal-lum? X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ? X'kienet in-nefqa jew ħlas li ingħata u li qiegħed jingħata f'kull każ? Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti? Min jew liema bord ta' għażla jew xort'oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba għada qeda tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #17360 Sitting 329 2000-06-28 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Konsulenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tagħha, f'xogħol relatat ma' monitoring, screening, addozzjoni, kompatabilita etc. ta' liġijiet, direttivi, deċiżjonijiet, regoli etc. ta' l-UE u li taw dan is-servizz minn Jannar 1999 sal-lum? X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ? X'kienet in-nefqa jew ħlas li ingħata u li qiegħed jingħata f'kull każ? Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti? Min jew liema bord ta' għażla jew xort'oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li m'hemm l-ebda avukat, għaqda ta' avukati jew konsulent legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lid-dipartimenti tal-Ministeru għal Għawdex f'xogħol relatat mal-Unjoni Ewropea.
Leg 9 PQ #17361 Sitting 329 2000-06-28 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, f'xogħol relatat ma' monitoring, screening, addozzjoni, kompatabilita etc. ta' l-UE u li taw dan is-servizz minn Jannar 1999 sal-lum? X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ? X'kienet in-nefqa jew ħlas li ingħata u li qiegħed jingħata f'kull każ? Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti? Min jew liema bord ta' għażla jw xort'oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f`seduta oħra.

Ġustizzja u Gvern Lokali — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu srvizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu u li taw dan is-servizz minn Jannar 1999 sal-lum? X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ? X'kienet in-nefqa jew ħlas li ingħata u li qiegħed jingħata f'kull każ? Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti? Min jew liema bord ta' għażla jew xort'oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f` seduta oħra.

Ġustizzja u Gvern Lokali — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, f'xogħol relatat ma' monitoring, screening, addozzjoni, kompatibilita' etc. ta' liġijiet, direttivi, deċiżjonijiet, regoli etc. ta' l-UE u li taw dan is-servizz minn Jannar 1999 sal-lum? X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ? X'kienet in-nefqa jew ħlas li ingħata u li qiegħed jingħata f'kull każ? Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti? Min jew liema bord ta' għażla jew xort'oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f`seduta oħra.
Leg 9 PQ #17353 Sitting 328 2000-06-27 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, f'xogħol relatat ma' monitoring, screening, addozzjoni, kompatabilita', eċċ ta' liġijiet, direttivi, deċiżjonijiet, regoli, eċċ. ta' l-Unjoni Ewropea, u li taw dan is-servizz minn Jannar, 1999 sal-lum? X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ? X'kienet in-nefqa jew ħlas li ngħata u li qiegħed jingħata f'kull każ? Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti? Min jew liema bord ta' għażla jew xorta oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #17354 Sitting 328 2000-06-27 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, f'xogħol relatat ma' monitoring, screening, addozzjoni, kompatabilita' eċċ ta' liġijiet, direttivi, deċiżjonijiet, regoli, eċċ ta' l-Unjoni Ewropea u li taw dan is-servizz minn Jannar 1999 sal-lum? X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ? X'kienet in-nefqa jew ħlas li ngħata u li qiegħed jingħata f'kull każ? Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti? Min jew liema bord ta' għażla jew xorta oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #17355 Sitting 328 2000-06-27 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizzi Ekonomiċi — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, f'xogħol relatat ma' monitorig, screening, adozzjoni, kompatabilita' eċċ ta' liġijiet, direttivi, deċiżjonijiet, regoli, eċċ ta' l-Unjoni Ewropea, u li taw dan is-servizz minn Jannar 1999 sal-lum? X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ? X'kienet in-nefqa jew ħlas li ngħata u li qiegħed jingħata f'kull każ? Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti? Min jew liema bord ta' għażla jew xorta oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #17356 Sitting 328 2000-06-27 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, f'xogħol relatat ma' monitoring, screening, addozzjoni, kompatabilita' eċċ ta' liġijiet, direttivi, deċiżjonijiet, regoli, eċċ,. ta' l-Unjoni Ewropea u li taw dan is-servizz minn Jannar, 1999 sal-lum? X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ? X'kienet in-nefqa jew ħlas li ngħata u li qiegħed jingħata f'kull każ? Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti? Min jew liema bord ta' għażla jew xorta oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?

Response (REFALO, MICHAEL)

It-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra minħabba li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Trasport — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, f'xogħol relatat ma' monitoring, screening, addozzjoni, kompatabilita' eċċ ta' liġijiet, direttivi, deċiżjonijiet, regoli, eċċ ta' l-Unjoni Ewropea u li taw dan is-servizz minn Jannar, 1999 sal-lum? X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ? X'kienet in-nefqa jew ħlas li ngħata u li qiegħed jingħata f'kull każ? Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti? Min jew liema bord ta' għażla jew xorta oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?

Response (GALEA, ĊENSU)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji mitluba dwar liema Dipartimenti-Entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi kkommissjonaw is-servizz; l-avukati jew konsulenti legali li taw is-servizz; kemm tħallsu għas-servizz; u x`tip ta` servizz li ngħata f`kull każ. Minħabba n-natura ġeneralment speċjaliżżata tas-suġġett partikolari, is-servizz individwali ntalab minn avukati-għaqdiet ta` avukati-konsulenti legali li kienu esprimew interess li jidħlu għal dan it-tip ta` xogħol wara li saret sejħa pubblika. F`kull każ il-ħlas għas-servizz ġie stabbilit skond il-provedimenti tar-Regolamenti Finanzjarji u fuq il-parir ta` `adjudicating board` imwaqqaf apposta u, fejn l-ammont kien ta` aktar minn Lm2,500, wara awtoriżżazzjoni speċifika tal-Ministeru tal-Finanzi.
Leg 9 PQ #17358 Sitting 328 2000-06-27 Oral · Interim From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern

Intern — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, f'xogħol relatat ma' monitoring, screening, addozzjoni, kompatabilita' eċċ ta' liġijiet, direttivi, deċiżjonijiet, regoli, eċċ ta' l-Unjoni Ewropea u li taw dan is-servizz minn Jannar, 1999 sal-lum? X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ? X'kienet in-nefqa jew ħlas li ngħata u li qiegħed jingħata f'kull każ? Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti? Min jew liema bord ta' għażla jew xorta oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?

Response (BORG, TONIO)

Id-dettalji mitluba ser jingħataw f`xi Seduta oħra.

Trasport — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu u li taw dan is-servizz minn Jannar 1999 sal-lum? X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ? X'kienet in-nefqa jew ħlas li ngħata u li qiegħed jingħata f'kull każ? Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti? Min jew liema bord ta' għażla jew xorta oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli nterpellant tingħata f`seduta oħra.
Leg 9 PQ #17348 Sitting 327 2000-06-27 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern

Intern — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu u li taw dan is-servizz minn Jannar, 1999 sal-lum? X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ? X'kienet in-nefqa jew ħlas li ngħata u li qiegħed jingħata f'kull każ? Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti? Min jew liema bord ta' għażla jew xorta oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?

Response (BORG, TONIO)

Id-dettalji mitluba ser jingħataw f`xi Seduta oħra.