Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu li taw dan is-servizz minn Janar, 1999 sal-lum?
X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ?
X'kienet in-nefqa jew ħlas li ngħata u li qiegħed jingħata f'kull każ?
Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti?
Min jew liema bord ta' għażla jew xorta oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-art indikata fuq pjanta li qed tintbagħat separatament, illi ilha għal dawn l-aħħar 70 sena maħduma u kkultivata mill-istess familja, liema art ġiet indikata fil-Gazzetta tal-Gvern tas-27 ta' April, 2000 għal liema skopijiet pubbliċi se tiġi esproprjata? Min se jkun il-benefiċċjarju tagħha? Għal liema raġuni se tiġi esproprjata?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-art indikata fuq il-pjanta li qiegħed jirreferi għaliha l-Onorevoli Membru hija proprjeta` tal-Gvern. Din l-art kienet imqabbla u permezz tad-Dikjarazzjoni tal-President ta` Malta, li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern tas-27 ta` April 2000, il-qbiela ta` din l-art ġiet itterminata.
Ninsab infurmat ukoll li din l-art hija nkluża fl-art li hemm il-ħsieb li tiġi nkluża fil-Proġett tal-White Rocks. Għal aktar dettalji dwar dan il-proġett, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru tat-Turiżmu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk persuni li ħadu kumpens permezz tal-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta' Inġustizzji (imwaqqfa fl-1987) humiex intitolati għal xi forma ta' benefiċċju fiskali għar-rigward tal-kumpens mogħti jew jekk l-istess kumpens huwiex eżenti mill-ħlas tat-taxxa fuq l-income?
Jista' jgħid jekk kienx hemm persuni li ħadu l-kumpens fuq indikat, li eventwalment gawdew ukoll minn xi forma ta' eżenzjoni? Min kienu u x'kienet ir-raġuni?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li persuni li ħadu kumpens permezz tal-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta’ l-Inġustizzji, imwaqqfa fl-1987 mhumiex intitolati la għal xi forma ta’ benefiċċju fiskali għar-rigward tal-kumpens mogħti u lanqas għal xi eżenzjoni mill-ħlas tat-taxxa fuq l-income
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17356 dwar konsulenti legali li jagħtu servizz bi ħlas lill-ministeru tiegħu?
Response (REFALO, MICHAEL)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji mitluba dwar liema Dipartimenti/Entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi kkommissjonaw is-servizz; l-avukati jew konsulenti legali li taw is-servizz; kemm tħallsu għas-servizz; u x'tip ta' servizz li ngħata f'kull każ.
Minħabba n-natura ġeneralment speċjalizzata tas-suġġett partikolari, is-servizz individwali ntalab minn avukati/għaqdiet ta' avukati/konsulenti legali li kienu esprimew interess li jidħlu għal dan it-tip ta' xogħol wara li saret sejħa pubblika. F'kull każ il-ħlas għas-servizz ġie stabbilit skond il-provvedimenti tar-Regolamenti Finanzjarji u fuq il-parir ta' 'adjudicating board' imwaqqaf apposta u, fejn l-ammont kien ta' aktar minn Lm2,500, wara awtorizzazzjoni speċifika tal-Ministeru tal-Finanzi.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17349 dwar konsulenti legali li jagħtu servizz bi ħlas lill-ministeru tagħha?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li fidDipartimenti li jaqgħu taħt ilMinisteru għal Għawdex minn Jannar 1999 sa llum intalbu sservizzi legali ta' tliet avukati li huma Dr Joseph Ellis, Dr Christopher Said u Dr Georgina Scicluna.
Isservizzi li qegħdin jingħataw huma li jippatroċinaw lillGvern f'każijiet quddiem itTribunal għallInvestigazzjoni ta' lInġustizzji.
Irrati talħlas stabbiliti huma ta' Lm22.50 għal kull każ deċiż qabel l1 ta' Settembru 1999 u Lm35 għal kull każ deċiż wara listess data.
Ma nħarġet ebda sejħa għal dawn isservizzi .
Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17352 dwar konsulenti legali li jagħtu servizz bi ħlas lill-ministeru tiegħu
Response (GONZI, LAWRENCE)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji mitluba dwar liema Dipartimenti/Entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi kkommissjonaw is-servizz; l-avukati jew konsulenti legali li taw is-servizz; kemm tħallsu għas-servizz; u x'tip ta' servizz li ngħata f'kull każ.
Minħabba n-natura ġeneralment speċjaliżżata tas-suġġett partikolari, s-servizz individwali ntalab minn avukati/għaqdiet ta' avukati/konsulenti legali li kienu esprimew interess li jidħlu għal dan it-tip ta' xogħol wara li saret sejħa pubblika. F'kull każ il-ħlas għas-servizz ġie stabbilit skond il-provvedimenti tar-Regolamenti Finanzjarji u fuq il-parir ta' "adjudicating board" imwaqqaf apposta.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 17301 dwar konsulenti legali li jagħtu servizz bi ħlas lill-Ministeru tiegħu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt:
Dipartiment/Entita Avukati Ħlas
-------------------------------------------- -------------
BICC Dr Martin Fenech Lm 900. (jitħallsu
darba meta jkun konkluż ir-rapport u approvat mill-bord)
BICC Dr Richard Sladden Lm 68. (tħallsu darba)
Segretarju Permanenti Dr Kevin Aquilina Għad irid ikun determinat.
B.C.I.D. Dr Vanni Bruno Lm 1,840.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17308 dwar konsulenti legali li jagħtu servizz bi ħlas lill-ministeru tiegħu?
Response (BORG, JOE)
M'hemm l-ebda consultancies ta' natura legali. Għal consultancies oħra ta' natura ġenerali nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta għal mistoqsija numru 18411.