Legislature:
Category:
Reset
Active:

Djar — Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Minstru jgħid jekk it-talba tal-familja, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għall-akkomodazzjoni soċjali hijiex se tintlaqa' issa li fuq ordni tal-qorti (sentenza annessa) ġew ordnati jiżgumbraw mill-fond li huma preżentement jokkupaw u li għaldaqstant ser jispiċċaw homeless fil-15 ta' Marzu, 2001?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jaf bil-każ u qiegħed jieħu l-passi meħtieġa.
Leg 9 PQ #24004 Sitting 506 2001-03-05 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern

Ċittadinanza

Question

B'riferenza għal mistoqsija dwar l-istess persuna, jista' l-Ministru jgħid meta ser tinħareġ ċ-ċittadinanza (OPM/NAT/155/76) għal din il-persuna li issa ilha li applikat għal diversi snin u li fir-risposta preċedenti tennejt li risposta dwarha ser tingħata f'qasir żmien?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-każ tal-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ser jiġi deċiż dalwaqt.
Leg 9 PQ #23248 Sitting 483 2001-02-02 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għal Għawdex

Imġarr — Għawdex - Tinda

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li tibda tintuża t-tinda li hemm l-Imġarr (Għawdex) mill-passiġġieri tal-Gozo Channel? Taf il-Ministru li din hija mikrija għall-ammont ta' Lm500 fil-ġimgħa u għadha mhux qed tintuża peress li ma ġietx inawgurata uffiċjalment? Kemm ilha tintuża din it-tinda?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jçna nfurmata li it-tinda li hemm l-Imġarr Għawdex intużat għal xi żmien meta kien hemm il-bżonn. Minn nhar it-Tnejn, 5 ta’ Frar 2001 se tibda tintuża regolarment u l-bejgħ tal-biljetti għall-passiġġieri ser jibda jsir mit-ticket booths ġewwa din it-tinda. Kif diġa ingħad fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21562, it-tinda li saret fuq il-moll ta’ l-Imġarr hija propjeta’ tal-Kumpanija Gozo Channel, u għalhekk ma titħallas l-ebda kera fir-rigward tagħha.

Pensjoni tar-Romol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija, għall-pensjoni tar-romol tiġi proċessata peress li r-raġel tagħha miet fit-22 ta' Marzu, 2000 u hi għadha ma bbenefikatx mill-għajnuna msemmija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li għaliha qiegħed nirreferi ġiet mitluba tavviċina lid-Dipartiment. Din il-persuna qiegħda tieħu benefiċċju taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.
Leg 9 PQ #22861 Sitting 473 2001-01-22 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern

Ċittadinanza

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 22609, jista' l-Ministru jgħid jekk jaħsibx illi ħames snin għandhom ikunu ferm aktar minn biżżejjed sabiex il-każ tal-persuna li referejnha għalih ikunu investigat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi deċiżjoni dwar dan il-każ għandha tittieħed fi żmien qasir.
Leg 9 PQ #22609 Sitting 467 2001-01-15 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern

Ċittadinanza

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija quddiem id-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u l-Expatriates? Jaf li din l-applikazzjoni issa ilha lesta snin u l-pendenza qiegħda tikkawża ħsara kbira lill-applikant?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-każ tal-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant għadu qed jiġi nvestigat.
Leg 9 PQ #22014 Sitting 454 2000-12-09 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizzi Ekonomiċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 21081?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għan-"National Programme for the Adoption of the Aquis" (NPAA), document pubbliku maħruġ f'Settembru ta' din is-sena mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin fejn hemm identifikat liema Korpi jew Units għandhom jiġu mwaqqfa sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' ċerti direttivi ta' l-Unjoni Ewropeja. Kif wieħed jistenna hemm diversi persuni li ġejjin mis-Servizz Pubbliku kif ukoll mis-Segretarjati u mill-Korporazzjonijiet li huma nvoluti f'dan il-proċess u li jagħtu sehemhom fl-oqsma partikulari tagħhom kif ikun hemm bżonn. F'ċerti setturi partikulari, fejn hi rikjesta ċerta esperjenza, li mhux bilfors issibha fil-Ministeru, fis-Segretarjati jew fil-Korporazzjonijiet, tintalab il-kontribuzzjoni minn konsulenti wara talba pubblika.
Leg 9 PQ #22015 Sitting 454 2000-12-09 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern

Intern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 21083?

Response (BORG, TONIO)

Il-politika tal-Gvern dwar is-sħubija ta` Malta fl-Unjoni Ewropea taffettwa fl-livelli differenti diversi aspetti ta` l-operat ta` l-istrutturi ta` ħafna mill-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilita` tad-dekasteru tiegħi. Ma hemmx units li twaqqfu jew li s`issa hemm il-ħsieb li jitwaqqfu speċifikament minħabba l-aspett ta` sħubija fl-U.E.
Leg 9 PQ #22016 Sitting 454 2000-12-09 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura u Sajd

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 21084?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-politika tal-Gvern dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea taffettwa fl-livelli differenti diversi aspetti ta' l-operat ta' l-istrutturi ta' ħafna mill-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħi. Ma hemmx units li twaqqfu jew li s'issa hemm il-ħsieb li jitwaqqfu speċifikament minħabba l-aspett ta' sħubija fl-U.E.

Trasport u Komunikazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 21085?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ma ġewx iffurmati units jew xorta oħra ta' gruppi oħrajn fid-Dipartimenti u Entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-Dekasteru tiegħi.
Leg 9 PQ #22018 Sitting 454 2000-12-09 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 21087?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li fid-dekasteru tiegħi hemm tlett units li għandhom xogħol relatat ma' l-Unjoni Ewropea. Dawn huma l-European Union Programmes Unit, l-Euro Med Youth Action Programme u l-University of Malta European Programmes Technical Assistance Unit. L-għan prinċipali ta' l-European Union Programmes Unit huwa li jippromwovi, jorganizza u jevalwa l-parteċipazzjoni ta' Malta fil-programmi ta' l-Unjoni Ewropea i.e. Leonardo, Socrates, Youth, Culture 2000, Fifth Framework Programme. S'issa dan il-Unit għadu impjega biss Segretarju Eżekuttiv wieħed u l-għażla qed issir wara sejħa pubblika. L-għan prinċipali ta' l-Euro Mediterranean Youth Action Programme hu li jipprovdi skambji għall-għaqdiet taż-żgħażagħ mill-Ewropa u l-Mediterran. Fuq dan il-programm hemm biss persuna waħda li taħdem bi ħlas li hu ta' Lm3.20 fis-siegħa għal 15-il siegħa fil-Ġimgħa. L-għan prinċipali ta' l-University of Malta Eruopean Programmes Technical Assistance Unit hu li jagħti assistenza teknika lill-membri kollha ta' l-Universita` kif ukoll lil entitajiet oħra lokali fit-tfassil u implementazzjoni ta' programmi mnedija mill-programmi Ewropej. S'issa għadu ma ġie mpjegat ħadd f'dan il-Unit li mhux mistenni jibda jiffunzjoni qabel it-2 ta' Jannar tas-sena d-dieħla.
Leg 9 PQ #22007 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 21075?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li fid-dekasteru tiegħi huma żewġ “units” li għandhom xogħol relatat ma’ l-Unjoni Ewropeja. Dawn huma l-“EU Negotiations Secretariat” u r-“Regional Policy Directorate”. L-għan prinċipali ta’ l-“EU Negotiations Secretariat” hu li jiżgura koordinament effettiv f’kull aspett li jirrigwarda n-negozjati ma’ l-Unjoni Ewropeja. Bħalissa hemm disa’ persuni jaħdmu f’dan is-Segretarjat li ġew magħżula skond l-esperjenza li għandhom f’dan il-qasam. Il-pagi, kundizzjonijiet u benefiċċji li jgawdu dawn il-persuni huma skond id-dokument “Guidelines on the Engagement of Staff for Private Secretariat” li kont poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra. L-għan prinċipali tar-“Regional Policy Directorate” huwa li jipprovdi l-pariri u d-direzzjoni meħtieġa għall-koordinament ta’ fondi strutturali. Id-Direttorat huwa wkoll mistenni li jikkordina d-diversi stadji fl-iżvilupp ta’ programmi fuq livell reġjonali. It-twaqqif ta’ dan id-Direttorat għadu fi stadju preliminarju.
Leg 9 PQ #22008 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 21076?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li fid-dekasteru tieghi huma erbgha units li ghandhom xoghol relatat mal-Unjoni Ewropea. Dawn huma "The National Fund Management Unit, The EU Own Resources Unit, The Common Agricultural Policy Unit, & The VAT Central Liason Office. "The National Fund Management Unit" se jkollu l-funzjoni li jissorvelja l-ħlasijiet li jsiru taħt id-diversi ftehim finanzjarji li jaqgħu taħt il-Protokolli u l-“Pre Accession Funds” u ‘l quddiem għandu jieħu ħsieb ukoll il-fondi strutturali u għajnuniet oħra. "The EU Own Resources Unit" se jkun unit li jidentifika l-kontribuzzjoni li Malta trid tagħti lill-Kummissjoni Ewropeja la darba pajjiżna jsir membru sħiħ tal-Komunita’. Bħalissa dawn iż-żewġ Units huma komposti minn ħames uffiċjali pubbliċi li eventwalment in-numru tagħhom għad irid jiżdied. Il-grad ta’ dawn l-uffiċjali jvarja minn Direttur għal skrivan u lkoll igawdu l-istess pagi, kundizzjonijiet u benefiċċji li uffiċjali tal-istess grad igawdu fis-servizz pubbliku. Units oħra li twaqqfu jew hemm il-ħsieb li jitwaqqfu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tal-Finanzi huma: 1. il-“Common Agricultural Policy Unit”. Dan il-Unit twaqqaf fid-Dwana u sa issa jikkonsisti f’Direttur u żewġ Assistenti Diretturi. Il-quddiem in-numru tal-uffiċjali f’dan il-Unit irid jiżdied. Ix-xogħol ta’ dan il-Unit huwa biex isiru l-preparamenti meħtieġa, inkluż it-taħriġ ta’ nies, l-introduzzjoni ta’ sistemi ġodda ta’ computers eċċ. biex mad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, d-dipartiment tad-Dwana jkun f’qagħda li jiġbor il-levies ta’ importazzjoni li jiffurmaw parti mill-Common External Tariff tal-Unjoni Ewropea u jiċċertifika l-esportazzjoni fejn għandhom x’jaqsmu prodotti agrikoli. Bħal fil-każi ta’ Units oħrajn, dan il-Unit se jkun kompost minn uffiċjali pubbliċi li se jżommu l-kundizzjonijiet ta’ xogħol li jipprevela fis-servizz pubbliku. 2. ic-“Central Liaison Office”. Dan il-Unit se jitwaqqaf fid-Dipartiment tal-VAT. Dan se jkun responsabbli mill-komunikazzjoni mal-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea konnessa ma’ amministrazzjoni tal-VAT. Dan il-Unit se jkun immexxi minn uffiċjali tad-Dipartiment, b’għajnuna minn esperti barranin fejn ikun meħtieġ taħt ftehim finanzjarju mal-Komunita’ Ewropeja.
Leg 9 PQ #22009 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 21077?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-politika tal-Gvern dwar is-sħubija ta` Malta fl-Unjoni Ewropea taffettwa fl-livelli differenti diversi aspetti ta` l-operat ta` l-istrutturi ta` ħafna mill-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tad-dekasteru tiegħi. Ma hemmx units li twaqqfu jew li s'issa hemm il-ħsieb li jitwaqqfu speċifikament minħabba l-aspett ta` sħubija fl-U.E.

Ġustizzja u Gvern Lokali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 21078?

Response (GATT, AUSTIN)

L-unika unit li ghalissa hemm il-hsieb li ssir, hi dik biex tittraduci l-Acquis Communitaire ghall-Malti u dan peress illi l-Gvern Malti qieghed jinsisti li l-Malti tkun lingwa ufficcjali ta' l-Unjoni. Waqt li hu ppjanat li din il-unit tkun imwaqqfa sa l-ahhar tas-sena ghadu kmieni wisq biex jinghataw id-dettalji mitluba.
Leg 9 PQ #22011 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 21079?

Response (REFALO, MICHAEL)

Il-politika tal-Gvern dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea taffettwa f'livelli differenti diversi aspetti ta' l-operat ta' l-istrutturi ta' ħafna mill-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħi. Ma hemmx units li twaqqfu jew li s'issa hemm il-ħsieb li jitwaqqfu speċfikament minħabba l-aspett ta' sħubija fl-UE.
Leg 9 PQ #22012 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 21080?

Response (BORG, JOE)

Il-politika tal-Gvern dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea taffettwa f'livelli differenti diversi aspetti ta' l-operat ta' l-istrutturi ta' ħafna mill-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilta' tad-dekasteru tiegħi. Wara r-reattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea f'Settembru 1998, apparti t-tisħih tad-Direttorat għall-Unjoni Ewropea fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Ambaxxata ta' Malta fi Brussel, il-units ġodda li twaqqfu (jew li ser jitwaqqfu) speċifikament minħabba l-aspett ta' l-Unjoni Ewropea huma: (1) Il-Malta-EU Steering and Action Committee magħruf bħala l-MEUSAC li hu kompost minn sbatax-il membru li jiffurmaw il-Core Group, u rappreżentanti ta' l-għaqdiet non-governattivi. Sitta mill-membri li mhumiex uffiċċjali pubbliċi għandhom honorarium ta' Lm2,000 fis-sena. Il-MEUSAC jiltaqa' taħt ic-Chairmanship tiegħi. Ma hemmx uffiċċjali li jaħdmu 'full time' mal-MEUSAC. (2) L-EU Assistance Coordinating Task Force magħruf bħala ACT. Din it-Task Force tikkonsisti f'għoxrin membru li ma jirċievu ebda ħlas b'eċċezzjoni taċ-Chairman li ntagħzel għall-esperjenza tiegħu fil-qasam finanzjarju u diplomatiku. Dan hu mgħejjun minn skrivan li huwa mpjegat regolari tal-Gvern. Nixtieq inżid li saret sejħa għall-applikazzjonijiet biex jimtela l-post ta' Coordinating Officer għall-ACT. (3) Il-Malta-EU Information Centre magħruf bħala l-MIC. F'dan iċ-Ċentru hemm jaħdmu erbatax-il persuna. Dan iċ-Centru għandu bord Konsultattiv. Ma hemmx nies jaħdmu direttament ma' dan il-Bord li jikkonsisti f'disa' membri, li tnejn minnhom, li mhumiex uffiċċjali pubbliċi, għandhom honorarium ta' Lm2,000 fis-sena. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif l-ieħor mitlub mill-Onorevoli Interpellant rigwardant it-terms of reference tal-MEUSAC, ACT u l-MIC u kif ukoll id-dettalji dwar is-salarji tal-persuni li jaħdmu mal-MIC u mal-ACT, apparti l-membri tal-MEUSAC u l-MIC Consultative Board li jircievu biss honorarium. Dwar l-aħħar partijiet tal-mistoqsija ninforma lill-Onorevoli Membru li l-impjegati fl-istrutturi imsemmija ġew jew jiġu reklutati skond proċeduri u kundizzjonijiet stabbiliti.
Leg 9 PQ #21103 Sitting 426 2000-11-15 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tas-Saħħa

Food Poisoning

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tas-Saħħa ħax l-passi neċessarji kontra caterer ta' l-ikel tat-tiġijiet jew is-suppliers tiegħu, li allegatament ikkawżaw food poisoning (minħabba Salmonella) lil diversi persuni li kellhom jingħataw kura l-isptar u dan nhar l-10 ta' Lulju, 1999? Jekk għadhom ma tteħdux l-passi legali neċessarji, jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawn jittieħdu, u jekk fl-affermativ meta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Jien infurmat li passi legali ttieħdu kontra caterer ta` l-ikel tat-tiġijiet wara li diversi persuni kellhom jingħataw kura l-isptar, nhar l-10 ta` Lulju 1999. Il-każ inkwistjoni għadu sub-judice.
Leg 9 PQ #21086 Sitting 424 2000-11-14 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għal Ambjent

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx iffurmati jew hemmx il-ħsieb li jiġu ffurmati, sezzjonijiet, units jew xorta ta' gruppi oħrajn fid-dipartimenti, soċjetajiet kummerċjali, segretarjati u entitajiet oħrajn kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jew li fihom il-gvern għandu xi forma ta' interess u li liema units, sezzjonijiet etc għandhom xogħol konness jew relatat mal-politika tal-Gvern li jsieħeb lil Malta bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea, fil-programmi ta' l-Unjoni Ewropea jew fl-addozzjoni ta' l-aquis? X'jisimhom jew x'ser ikun jisimhom dawn il-units etc? X'tip ta' xogħol mistenni jew qiegħed isir min dawn il-units? Kemm hemm nies jaħdmu f'kull wieħed min dawn il-units? Min huma, kif intgħażlu u xi grad għandhom? X'pagi, kundizzjonijiet u benefiċċji oħrajn igawdu minnhom persuni li huma ingaġġati ma' dawn il-units?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

M'hemmx dubju li s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea ser tiftaħ opportunitajiet ġodda anke ta' mpiegi fil-qasam ta' l-ambjent u minħabba f'hekk żgur li se jkun hemm il-ħtieġa li jitwaqqfu istituzzjonijiet ġodda fosthom l-Aġenzija għall-Ambjent, l-Awtorita' ta' Malta tar-Riżorsi kif ukoll units ġodda fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi. Dettalji dwar l-Awtorita' ta' Malta għar-Riżorsi diġa' ngħataw f'din il-Kamra waqt id-dibattitu dwar it-twaqqif ta' din l-awtorita'. Wieħed ikun jista' jitkellem aktar fid-dettal dwar it-twaqqif ta' l-Aġenzija jew Awtorita' għall-Ambjent meta titressaq il-liġi għat-twaqqif tagħha fil-Parlament. Dwar it-twaqqif ta' units ġodda dawn jiġu determinati wara li jkun intemm il-proċess ta' negozjati dwar il-kapitlu fuq l-ambjent.
Leg 9 PQ #21087 Sitting 424 2000-11-14 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru għal Edukazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx iffurmati jew hemmx il-ħsieb li jiġu ffurmati, sezzjonijiet, units jew xorta ta' gruppi oħrajn fid-dipartimenti, soċjetajiet kummerċjali, segretarjati u entitajiet oħrajn kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu jew li fihom il-gvern għandu xi forma ta' interess u li liema units, sezzjonijiet etc għandhom xogħol konness jew relatat mal-politika tal-Gvern li jsieħeb lil Malta bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea, fil-programmi ta' l-Unjoni Ewropea jew fl-addozzjoni ta' l-aquis? X'jisimhom jew x'ser ikun jisimhom dawn il-units etc? X'tip ta' xogħol mistenni jew qiegħed isir min dawn il-units? Kemm hemm nies jaħdmu f'kull wieħed min dawn il-units? Min huma, kif intgħażlu u xi grad għandhom? X'pagi, kundizzjonijiet u benefiċċji oħrajn igawdu minnhom persuni li huma ingaġġati ma' dawn il-units?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.