Jista' l-Prim Ministru jgħid hemm il-ħsieb li jingħata promozzjonijiet fil-Forzi Armati ta' Malta? Meta ser jingħataw? X'inhuma l-kriterji li jiġu applikati fl-għoti ta' dawn il-promozzjonijiet f'kull skala jew grad? Jikkonferma li f'ċertu gradi ser jiġu applikati kriterji li QATT ma ġew kkunsidrati? Jekk fl-affermattiv, jista' jispjega għalfejn ser isir din l-applikazzjoni? X'inhi r-raġuni li dawn il-kriterji qatt ma' ntużaw qabel It-trade hija waħda minn dawn il-kriterji ġodda?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li diġà ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 23483 u 24355 fis-Seduta Numru 490 tat-12 ta’ Frar 2001 u s-Seduta Numru 511 tat-12 ta’ Marzu 2001 rispettivament.
Joħroġ ċar minn dawk it-tweġibiet li l-aħħar parti tal-mistoqsija li qed jagħmel l-Onorevoli Interpellant tinkludi asserzjoni skoretta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-istaff ta' l-Isptar Monte Carmeli huwiex biżżejjed u humiex qed ilaħħqu max-xogħol? Jikkonferma l-Ministru li pazjenti b'mard mentali qegħdin jagħmlu xogħol ta' tindif kif ukoll użu u xogħol tal-laundryette?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Membru li l-istaff li hemm ġewwa Monte Karmeli huwa biżżejjed biex ilaħħaq mal-ħtiġijiet normali tax-xogħol.
Nikkonferma wkoll li pazjenti li hemm fl-isptar Monte Karmeli jew li xi darba ħadu l-kura hemm ġew, ilhom snin jagħmlu xogħol volontarju bħal p. eż. muntaġġ ta' rubber rings u assembly ta' plastic tubing. Dan l-aħħar ukoll bdew jagħmlu xi xogħol volontarju ta' tindif u fil-launderette. Ta' dan ix-xogħol volontarju, li jifforma parti mill-kura terapewtika tagħhom qegħdin jieħdu allowance b' l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx biżżejjed arbli tad-dawl (biex jitpoġġew) fid-distretti? Jekk m'hemmx, meta hemm il-ħsieb li ser ikun hemm? X'rimedju għandhom dawk il-persuni li jkunu diġa' ħallsu l-kontribuzzjoni tas-servizz u li ma jkunux moqdija minħabba nuqqas ta' arbli?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li l-Korporazzjoni Enemalta tuża żewġ tipi ta' arbli. Hemm dawk ta 8.8m li normalment jintużaw għal "street lighting" u dawk ta 9.8m li jintużaw biex iġorru linji ta' vultaġġ baxx.
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni fil-preżent għandha stock ta' arbli ta' l-ewwel tip, filwaqt li mit-tip l-ieħor qed tistenna kunsinja li għandha tasal fi żmien ġimgħatejn u b'hekk il-ħtiġijiet kollha li hemm ikunu jistgħu jiġu moqdija.
B'riferenza għal rapporti fuq il-media (eż. artiklu f'"l-orizzont" 13/03/01) jista' l-Ministru jgħid jekk l-elezzjoni ta' żewġ membri fuq il-kunsill ta' l-Universita' kienx skond il-liġi? Jekk le, x'passi ħa biex jara li d-deċiżjoni li ttieħdet tkun konformi mal-liġi?
Response (GALEA, LOUIS)
L-awtoritajiet ta' l-Universita` diġa` wieġbu għal dan l-artiklu biex jassiguraw li kollox sar kif titlob il-liġi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-atti (ċivili) arkivjati sas-sena 1950 tneħħewx mill-ediferija tal-qorti? Jekk iva, għalfejn tneħħew, fejn ittieħdu u x'aċċess għandhom iċ-ċittadini għal dawn l-atti?
Response (GATT, AUSTIN)
"Billi fl-Arkivji tal-Qrati hemm nuqqas ta' spazju biex jigu arkivjati aktar Atti, kellu jinstab spazju adegwat sabiex Atti antiki jigu arkivjati hemm. Inkrew tliet imhazen fil-Belt Valletta li qeghdin fil-Camerata, mid-Dipartiment ta' l-Artijiet. Sarilhom ix-xoghol kollu mehtieg u gew attrezzati sabiex jigu arkivjati go fihom Atti tal-Qorti mill-1900 sa l-1950.
Fil-prezent talbiet ghar-ricerka f'dawn l-Atti diga qed ikunu milqugha. S'issa kellna 7 talbiet min-nies biex jaraw dawn l-arkivji. Min jaghmel talba simili, imur l-arkivju tal-Qorti, ihalli risposta ma' impjegat ta' l-Arkivju jew mad-deputat registratur responsabbli mill-arkivju li jaghmel l-arrangamenti mehtiega biex itella' l-volumi rispettivi mill-Camerata. Tithalla nota ta' xi ttiehed, jittellghu l-volumi li jkunu ntalbu fl-arkivju tal-Qorti, biex min talab ghalihom ikun jista' jarahom."
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għal-liema raġuni d-dipartiment tas-sigurta' soċjali ma laqax it-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħatu separatament għall-benefiċċju għal maternita', u dan meta ż-żewġ ġenituri jgħixu Malta, iħallsu t-taxxa u l-bolla Malta u t-tarbija li għaliha intalbet l-għajnuna twieldet hawn Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata kienet diġa' ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali fit-23 ta' Marzu 2001. Madankollu, il-persuna ġiet mibgħuta kopja tal-korrispondenza relattiva.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' skema L kif pubblikata fil-gazzetta tal-gvern numru 16242 ta' l-1996 (ta' l-awtorita' tad-Djar)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument mitlub.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa l-korp tal-pulizija wara l-allegazzjonijiet ta' diskriminazzjoni fuq persuni ta' nazzjonalita' barranija li ma tħallewx jidħlu f'ċerti stabilimenti ġewwa Paceville u San Ġiljan?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi kull meta l-Pulizija tirċievi xi ilment simili, issir l-investigazzjoni meħtieġa u jittieħdu l-passi skond il-liġi jekk ikun il-każ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu kwereli, rapporti u allegazzjonijiet ta' diskriminazzjoni razzjali lill-korp tal-pulizija tul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Ta' liema nazzjonalita' kienu l-kwerelanti? Ta' liema nazzjonalita' kienu l-kwerelati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta’ statistika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni akkużati b'omiċidju volontarju tul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? X'nazzjonalita' kienu?
Response (GATT, AUSTIN)
B'kollox tressqu 19 u cioe':
5 fl-1996
1 fl-1997
6 fl-1998
3 fl-1999
4 fl-2000
Sbatax (17) minnhom huma Maltin u tnejn (2) ta' nazzjonalita' barranija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu rrapportati każi ta' swat minn Maltin fuq persuni ta' nazzjonalita' barranija tul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena,? X'nazzjonalita' kienu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli taħt forma ta` statistika.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-konvenzjonijiet/trattati internazzjonali illi jikkonċernaw "il-Media u l-Minoritajiet" u li Malta hija membru tagħhom, jew iffirmat jew irratifikat?
Response (BORG, JOE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Membru li Malta ma ffirmat/irratifikat jew aċċediet ebda konvenzjoni jew trattat internazzjonali fuq is-suġġett ta' "il-Media u Minoritajiet" u sa fejn hu nfurmat il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin m'hemmx konvenzjonijiet jew trattati internazzjonali fuq dan is-suġġett ta' "Media u Minoritajiet".
Jekk l-Onorevoli Membru qed jifhem konvenzjonijiet jew trattati internazzjonali li jikkonċernaw il-Media u l-Minoritajiet separatament, nixtieq ninformah li Malta ffirmat, irratifikat jew aċċediet għal dawn il-konvenzjonijiet/trattati internazzjonali li ġejjin:
1. Media:
a. Council of Europe:
i. European Convention on Transfrontier Television (Strasbourg, 1989)
ii. Protocol amending the European Convention on Transfrontier Television (Strasbourg, 1998)
b.
L
eague on Nations:
i. Convention concerning the Use of Broadcasting in the cause of Peace (Geneva, 1936)
c. International Telecommunications Union (ITU):
i. International Communications Convention (Malaga Torremolinos, 1973)
ii. Optional Additional Protocol to the International Telecommunications Convention (Malaga Torremolinos, 1973)
iii. Constitution of the International Telecommunications Union and the Convention of the International Communication Union (Geneva, 1992 as amended in Kyoto in 1994)
d.
I
nternational Maritime Organisation:
i. Convention on the International Maritime Satellite Organisation (INMARSAT) as amended (London, 1976)
ii. Operating Agreement on the International Maritime Satellite Organisation (INMARSAT) (London, 1976)
e.
Inte
rnational Telecommunications Satellite Organisation (INTELSAT):
i. Agreement relating to the International Telecommunications Satellite Organisation (INTELSAT) (Washington, 1973)
f.
United Nations:
i.
Co
n
vention for the Suppression of the Circulation of, and Traffic in, Obscene Publications, concluded at Geneva in 1923 and amended by the Protocol signed at Lake Success, New York in 1947
ii. Agreement for the Suppression of the Circulation of Obscene Publications, signed at Paris in 1910 and amended by the Protocol signed at Lake Success, New York in 1949
iii. Tampere Convention on the Provision of Telecommunication Resources for Disaster Mitigation and Relief Operations (Tampere, 1998)
2. Minoritajiet:
a. Council of Europe:
i. European Charter for Regional or Minority Languages (Strasbourg, 1992)
ii. Framework Convention for the Protection of National Minorities (Strasbourg, 1995)
B'riferenza għall-għarqa tal-bastiment Balu reġistrat Malta, jista' l-Ministru jgħid:
1. Jekk il-Balu kienx koformi ma' liġi internazzjonali u jekk kellux abbord iċ-ċertifikati obbligatorji;
2. Kemm kellu tgħabija (cargo) fuqu fil-ħin ta' l-għarqa u kemm kien il-massimu stabilit u x'kienet it-tgħabija;
3. X'tip ta' investigazzjoni saret mill-awtoritajiet Maltin;
4. X'wassal għal din l-għarqa;
5. Jekk l-MAA hijiex sodisfatta bl-informazzjoni li kellha dwar il-bastiment u jekk il-bastiment kienx konformi mal-kundizzjonijiet li timponi l-istess awtorita';
6. Jekk kellux kuntatti ma' l-awtoritajiet Franċiżi u/jew Spanjoli;
7. Jaħsibx li din l-ghaqra tistax tinfluwenza r-relazzjonijiet biltaterali bejn Malta u Franza?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat tal-Bastimenti Merkantili ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta qiegħed jinvestiga l-għarqa tal-bastiment Balu li ġrat nhar l-Erbgħa, 22 ta' Marzu 2001.
Jidher li ċ-ċertifikazzjoni kollha tal-Balu kienet konformi mad-diversi konvenzjonijiet internazzjonali applikabbli għal dan it-tip ta' bastiment.
Għadu ferm kmieni biex wieħed jista' jasal għal xi konklużjonijiet dwar dan l-inċident. L-investigazzjoni għadha fi stadju ta' ġbir ta' informazzjoni u l-ispetturi tad-Direttorat għadhom qed jintervistaw l-ekwipaġġ tal-bastiment.
L-Awtorita' Marittima ġa kellha kuntatti kemm ma' l-Awtoritajiet Franċiżi li taħt il-ġuridizzjoni tagħhom jaqgħu l-ibħra fejn sar l-inċident kif ukoll ma' l-Awtoritajiet Portugiżi fejn ġew imwassla l-ekwipaġġ tal-Balu.
Ma naħsibx li l-għarqa tal-Balu għandha tinfluwenza r-relazzjonijiet bilaterali bejn Franza u Malta.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb li għandu għar-rigward l-iżvilupp/proġett propost mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Balzan għar-rigward ta' l-akkwist/żvilupp ta' biċċa art magħrufa bħala Wesgħa Aquilina liema art tinsab f'Ħal Balzan stess?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Kunsill Lokali Balzan ghadu m'ghamilx talba formali skond il-progett tad-Devoluzzjoni Lokali u konsegwentement ma nista' nikkummenta xejn f'dan l-istadju.
Jista' l-Ministru jgħid, filwaqt li jagħmel referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 24004, 22861 u 22609, jgħid meta ser tingħata risposta u dan kif qal hu stess fi qasir żmien?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ li qed jirreferi għalih issa ġie konkluż u l-persuna konċernata ser tiġi informata bid-deċiżjoni meħuda.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser isir il-ftehim kollettiv ġdid tal-W.S.C?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li t-taħdidiet bejn l-union u l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma dwar il-ftehim kollettiv għadhom għaddejjin. Naturalment dan jiġi ffirmat hekk kif jintlaħaq qbil fuq il-punti kollha peress li dan huwa kkunsidrat bħala pakkett wieħed.
Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata tal-kuntratturi li għandhom jitħallsu mill-Water Services Corporation? Għall-liema ammonti w meta hemm il-ħsieb li jsir il-ħlas?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma l-Kamra xi pjani hemm min-naħa tal-Gvern għal bini li ilu abbandunat is-snin hekkk imsejjah s-Sisters Quarters ġewwa l-Imtarfa?
Jista' jgħid ukoll l-art li tinsab ma ġenb dan il-bini, hux minnu li ser jinbnew l-appartamenti jew maisonettes? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta kif ġie sottomessa l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għad ma ttieħdetx deċiżjoni dwar il-fond indikat fl-ewwel parti tal-Mistoqsija.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar għamlet applikazzjoni ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal bini ta' appartamenti, maisonettes u garages, liema applikazzjoni għadha pendenti. Ninsab infurmat li n-numru kbir ta' pjanti relatati ma' dan il-proġett huma esposti għal wiri fl-Awtorita' ta' l-Ippjanar.