Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #27287 Sitting 579 2001-07-13 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Pompi tal-Petrol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 26661?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-liġijiet li jirregolaw il-bejgħ ta' petrol, diesel u petroleum products huma dawn: 1. L-Att dwar l-Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi - Kapitlu 423 tal-Liġijiet ta' Malta 2. L-Att dwar l-Enemalta - Kapitlu 272 tal-Liġijiet ta' Malta 3. L-Ordinanza dwar l-Importazzjoni, Maggazzinaġġ u Bejgħ ta' Petroleum - Kapitlu 25 tal-Liġijiet ta' Malta 4. L-Avviż Legali numru 12 ta' L-1978 - Enemalta Exclusivity (exemption) Regulations 5. L-Avviż Legali numru 40 ta' l-1986 - Petroleum (Petrol Stations) Regulations 1986. Il-ħruġ ta' liċenzja għall-bejgħ u xiri ta' petroleum products jaqa' taħt l-Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi. F'dan l-Att ma teżisti ebda restrizzjoni dwar in-nazzjonalita' ta' min jista' jopera pompa tal-petrol.
Leg 9 PQ #27288 Sitting 579 2001-07-13 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet — Iklin

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 27034, l-art in kwistjoni hija dik użata parzjalment mill-JB Stores bħala parking?

Response (BORG, TONIO)

Din l-art hi proprjeta` tal-Gvern. Diġa` inħarġet stqarrija pubblika mill-Ministeru ta` l-Intern u l-Kunsill Lokali tal-Iklin li ġiet ċirkolata lir-residenti li biha ġie miftiehem li l-art in kwestjoni tiġi devoluta lill-Kunsill Lokali tal-Iklin għal skop ta` rikreazzjoni tan-nies tal-lokal bl-intenzjoni ukoll li mill-livell tat-triq l-isfel jiġi kostruwit car-park mill-privat wara li jiġu segwiti il-proċeduri normali.

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament huwiex fil-pozizzjoni li jirċievu pensjoni tas-D.S.S. anke jekk għadu ma għalaqx is-61 sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna indikata diġa' qeda tirċievi pensjoni taħt l-Att tas-Sigurta' Soċjali. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li l-pensjoni kontributorja tal-Irtirar titħallas biss meta l-persuna tkun għalqet il-61 sena u waqqfet mix-xogħol.
Leg 9 PQ #27034 Sitting 571 2001-07-05 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet — Iklin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk biċċa art li tintuża bħala parking area minn stabiliment tan-negozju, liema art tinsab wara Triq Stefano Erardi fl-Iklin, hijiex proprjeta' tal-gvern? Jekk fl-affermattiv, jikkunsidra l-Ministru li din l-art tiġi embellished u wżata bħala post ta' rikreazzjoni għat-tfal ta' l-inħawi?

Response (BORG, TONIO)

L-Onor. Interpellant hu gentilment mitlub li jaghti aktar dettalji dwar l-art in kwestjoni, anki privatament, peress li donnu hemm iktar minn parking area wahda.
Leg 9 PQ #26660 Sitting 561 2001-06-25 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern

Pompi tal-Petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'liċenzji u/jew permessi tal-pulizija jeħtieġu persuni/kumpaniji li jixtru jew joperaw pompi tal-petrol? X'inhuma dawk il-kundizzjonijiet li jimponi l-kummissarju għar-rigward l-istess liċenzja/permessi? Jista' jgħid jekk tali liċenzji/permessi ta' xiri/operaturi jingħatawx lil-persuni ta' nazzjonalita barranija u lil kumpaniji lokali?

Response (BORG, TONIO)

Il-liċenzji għal-pompi tal-petrol ma jinħarġux mill-Pulizija u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #26661 Sitting 561 2001-06-25 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Pompi tal-Petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-liġijiet (inkluż dawk rimedjarji illi jirregolaw il-bejgħ u xiri ta' petrol/diesel/petroleum products, kif wkoll dawk li jirregolaw sidien u operaturi ta' pompi tal-petrol (petrol stations)? X'hemm restrizzjonijiet għar-rigward nazzjonalita' ta' dawk li jkunu sidien jew joperaw dawn il-pompi? X'inhu l-posizzjoni tal-Ministeru għal dawk li japplikaw u ma jkunux Maltin? Kif tkun il-pożizzjoni tal-Gvern f'xenarju ta' sħubija sħiħa fl-UE? Jista' l-Ministu jgħid jekk sa illum, persuna ta' nazzjonalita' barranija tistax ikollha shareholdings f'kumpanija Maltija li tkun sid u operatriċi ta' pompi tal-petrol

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #26489 Sitting 554 2001-06-18 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern

Prison Warden

Question

B'referenza għal-tweġiba parlamentari nru. 26171 u fid-dawl li l-persuna in kwistjoni ma' ssib l-ebda problema għall-liema post tiġi trasferita', jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tingħata t-transfer mitlub u dan dejjem minħabba raġunijiet serji ta' saħħa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-persuna ndikata ilha li ngħatat t-transfer mitlub minnha stess madwar sitt xhur ilu. Din il-persuna kienet taħdem kemm fid-diviżjoni kif ukoll fid-debituri. Talbet biex ma tibqax taħdem fid-diviżjonijiet u t-talba tagħha ġiet milqugħa. Għaldaqstant din taħdem fis-sezzjoni tad-debituri. Ma jidhirx li hemm xi sezzjoni oħra fejn tista` tintbagħat fil-ħabs. Kien għalhekk li weġibt għall-Interpellanza 26171 bil-mod kif weġibt.
Leg 9 PQ #26171 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern

Prison Warden

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li l-persuna li d-dettalji tagħha qiegħdin jintbagħtu separatament illi taħdem bħala prison warden fil-faċilita korrettiva ta' Kordin tingħata t-transfer illi hija talbet mid-Diviżjoni illi hija qiegħha fija bħalissa, u dan minħabba raġunijiet serji ta' saħħa skond ċertifikati ppreżentari minnha diġa?

Response (BORG, TONIO)

L-Onor. Interpellant hu mitlub li jindika għal liema post din il-persuna talbet "transfer".
Leg 9 PQ #26187 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

ALPA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iż-żieda (basic u l-allowances) mogħtija lill-pilots membri fl-ALPA, u dan skond l-agreement li ġie ffirmat riċetment

Response (BONNICI, JOSEF)

Billi kif spjegajt diversi drabi qabel l-Air Malta hija kumpanija kummerċjali, ma nħossx li jkun prudenti li nagħti dettalji dwar xi żieda mogħtija lill-pilots membri ta' l-ALPA fl-aħħar collective agreement.
Leg 9 PQ #25773 Sitting 538 2001-05-15 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa l-Kap tal-Pulizija kontra diversi sidien ta' ħwienet li qiegħdin jingumbraw Triq ix-Xatt, l-Msida (faċċata tal-Monument tal-Ħaddiema)?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi s-sidien tal-hwienet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, gew imtella quddiem il-Qorti diversi drabi. Il-pulizija ser tkompli tara li ma jkunx hemm ksur ta' ligi.
Leg 9 PQ #25587 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 24480?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għax-xogħolijiet li saru minn diversi kuntratturi li ġew imqabbda biex jibdlu mejnijiet ta' l-ilma, jirranġaw ħsarat, kif ukoll jagħmlu xogħol ta' servizzi ġodda u ta' bdil ta' servizzi. Peress li din l-informazzjoni hija ta' natura kummerċjali, ma narax li din għandha tiġi ppubblikata fid-dettal kif qed tintalab. Madanakollu nista' ngħid li l-ammont li għandhom jieħdu dawn il-kuntratturi għal xogħol lest u ċertifikat jammonta għal Lm212,541.42.

Toroq — Triq Karmenu Pirotta - Birkirkara

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tiġi rranġata sewwa Triq Karmenu Pirotta f'Birkirkara peress li tinsab fi stat disastruż, bla tarmak u f'kundizzjoni perikoluża għal kull min jaghmen użu minnha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qiegħed fil-proċess li jiftaħ aċċess għal ġol-Bypass ta' Birkirkara biex din it-triq tkun tista' tiġi asfaltata. Fil-preżent hemm nuqqas ta' qbil dwar ownership ta' art li għaddejja t-triq minnha bejn il-Kurja u xi persuni li qed jaħdmu r-raba', u x-xogħol qiegħed temporanjament wieqaf sakemm din is-sitwazzjoni tkun riżolta.

Ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta d-Dipartiment konċernat ser jieħu dawk il-miżuri kollha li hemm bżonn sabiex jara li jittieħdu l-passi neċessarji ħalli jsolvi l-problema li għandhom persuni bi kmamar fix-Xatt ta' Spinola San Ġiljan li jilmentaw kontinwament li qed jidħlilhom l-ilma minn ġot-triq għal ġol kmamar tagħhom? Jaf l-Ministru, li dan l-ilma qed jidħol saħansitra min ġol-ħitan bil-konsegwenza li qiegħed jikkawża ħsarat kbar lill-inġenji ta' dawn il-persuni għandhom fil-kmamar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Peress li dawn il-postijiet huma amministrati mill-Kummissarju ta' l-Artijiet, nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #25291 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tas-Saħħa

Ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta d-Dipartiment konċernat ser jieħu dawk il-miżuri kollha li hemm bżonn sabiex jara li jittieħdu l-passi neċessarji ħalli jsolvi l-problema li għandhom persuni bi kmamar fix-Xatt ta' Spinola San Ġiljan li jilmentaw kontinwament li qed jidħlilhom l-ilma minn ġot-triq għal ġol kmamar tagħhom? Jaf l-Ministru, li dan l-ilma qed jidħol saħansitra min ġol-ħitan bil-konsegwenza li qiegħed jikkawża ħsarat kbar lill-inġenji ta' dawn il-persuni għandhom fil-kmamar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Dipartiment ħa l-miżuri kollha li hemm bżonn. Infurmat li lmenti dwar infiltrazzjoni ta' ilma ġo kmamar fix-Xatt ta' Spinola San Ġiljan ilhom jiġu nvestigati minn Lulju ta' 1998, meta ġie referut l-ewwel ilment lil dan id-Dipartiment. Minn dak iż-żmien saru diversi spezzjonijiet u ttieħdu diversi kampjuni tal-infiltrazzjoni minn Uffiċjali ta' dan id-Dipartiment. Liema kampjuni indikaw li dan kien ilma tal-vit. Wara dan infurmajna sew verbalment, kif ukoll bil-miktub, lill-Korporazzjoni għas-Servizzita' l-Ilma sabiex jieħdu l-passi meħtieġa biex jiġi eliminat dan l-inkonvenjent. Minkejja dan, sabiex tiġi eskluża kull possibilita' ta' xi difetti minn katusi ta' djar privati fil-viċinanzi, saru diversi testijiet bil-kulur fuq tali katusi fi Triq Spinola. Ġew innotati xi difetti w ttieħdu l-passi neċessarji sabiex dawn ġew irranġati. Importanti li wieħed jinnota li: Dawn id-difetti ma jidhrux li kienu l-kaġun ta' din l-infiltrazzjoni peress li mit-testijiet bil-kulur, qatt ma deher kulur f'dawn il-boathouses. Kien hemm drabi meta l-infiltrazzjoni kienet waqfet. L-aħħar spezzjoni saret minn uffiċjali ta' dan id-Dipartiment fit-18 ta' April 2001, iżda wara, ġejna avżati mis-sid, li l-ilma reġa' waqaf.

No Parking Signs

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 25139 li oriġinarjament saret lil Ministru ta' l-Intern u li issa ġiet riferuta lilek: Jista' l-Ministru jgħid (1) Min awtorizza li jitwaħħlu no parking signs fi Triq il-Wegħdiet, B'Kara? (2) X'inhi r-raġuni li qiegħdin jitwaħħlu no parking signs fiż-żona tal-Laqxija f'B'Kara meta m'hemmx parking adegwat għal-residenti ta' din iż-żona?

Response (GATT, AUSTIN)

Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta. Ghaldaqstant nissuggerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabbilitijiet tal-Kunsilli.

Għajnuna Medika

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn l-applikazzjoni ta' koppja li d-dettalji qed jintbagħtu separatament għall-għajnuna medika ma' ġietx milqugħa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata kienet diġa' ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali fid-29 ta' Marzu 2001. Madankollu, il-persuna ġiet mibgħuta kopja tal-korrispondenza relattiva.
Leg 9 PQ #25139 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern

No Parking Signs

Question

Jista' l-Ministru jgħid (1) Min awtorizza li jitwaħħlu no parking signs fi Triq il-Wegħdiet, B'Kara? (2) X'inhi r-raġuni li qiegħdin jitwaħħlu no parking signs fiż-żona tal-Laqxija f'B'Kara meta m'hemmx parking adegwat għal-residenti ta' din iż-żona?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tabelli msemmija mill-Onor. Interpellant twaħħlu mill-Kunsill Lokali. Għalhekk nissuġerixxi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #25172 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Prevention of Marine Pollution

Question

Jista' l-Ministru jgħid (b'referenza għall-konvenzjoni 'Prevention of Marine Pollution by Dumping of Wastes and other matter (1972) (a) Meta Malta iffirmat/aċċediet għaliha? (b) Meta saret parti mill-liġijiet ta' Malta? (c) min hu d-depożitarju? (d) Saru xi dikjarazzjonijiet jew ittieħdu xi miżuri minn Malta?

Response (BORG, JOE)

B'referenza għall-mistoqsija numru 25172, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Membru li: a) Malta aċċediet għall-Konvenzjoni 'Prevention of Marine Pollution by Dumping of Wastes and other matter (1972)' fit-28 ta' Diċembru 1989. b) Il-Kontenut tal-Konvenzjoni msemmija huwa kopert f'Malta permezz ta' Avviż Legali numru: 128/1997 datat 29 ta' Awissu 1997. c) Skond Artikli 17 u 18 tal-Konvenzjoni, id-depożitarji tal-Konvenzjoni huma il-Gvernijiet tal-Messiku, ta' l-Unjoni Sovjetika (USSR), tar-Renju Unit u l-Irlanda ta' Fuq u ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika. d) Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Membru li meta Malta aċċediet għall-Konvenzjoni, il-Gvern Malti ma għamel l-ebda dikjarazzjoni. Il-miżuri li ttieħdu huma kif spjegat fl-Avviż Legali hawn fuq imsemmi.

Toroq — Tal- Qattus

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jara li Triq Manoel Vilhena f'Tal Qattus, Birkirkara tiġi rranġata u livellata? Jaf li hemm residenti li ilhom joqogħdu f'din it-triq 'l fuq minn ħmistax-il sena u t-triq għadha bla tarmak?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor Interpellant għar-risposta għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 23242.