Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li Triq il-Melitella f' Birkirkara tiġi rranġata u tingħata tarmac meħtieġ u dan peress li l-kundizzjoni preżenti ta' l-istess triq hija ta' inkonvenjent għar-residenti ta' l-istess?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant huwa wieħed ta` resurfacing li normalment isir mill-Kunsill Lokali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tiġi implimentata s-sentenza tat-Tribunal ta' l-Ingustizzji li d-dettalji tas-sentenza qed jintbagħtu separatament u dan peress li l-istess sentenza ingħatat fit-13 ta' Frar 2001?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li fuq il-każ imsemmi diġa saret rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku sabiex tiġi implimentata d-deċiżjoni tat-Tribunal għall-Investigazzjoni ta’ l-Inġustizzji, iżda l-Kummissjoni ddeċidiet li ma tistax tagħmel ir-rakkomandazzjoni meħtieġa.
Għalhekk ir-rakkomandazzjoni tat-Tribunal għall-Investigazzjoni ta’ Inġustizzji f’dan il-każ ma tistax tiġi implimentata.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li Triq F.S. Caruana f'Birkirkara tiġi rranġata u tingħata tarmac meħtieġ u dan peress li l-kundizzjoni preżenti ta' l-istess triq hija ta' inkonvenjent għar-residenti ta' l-istess?
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li Triq Bwieraq f'Birkirkara tiġi rranġata u tingħata tarmac meħtieġ u dan peress li l-kundizzjoni preżenti ta' l-istess triq hija ta' inkonvenjent għar-residenti ta' l-istess?
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li Holy road f' Birkirkara tiġi rranġata u tingħata tarmac meħtieġ u dan perss li l-kundizzjoni preżenti ta' l-istess triq hija ta' inkonvenjent għar-residenti ta' l-istess?
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li Triq F. Geneste f' Birkirkara tiġi rranġata u tingħata tarmac meħtieġ u dan perss li l-kundizzjoni preżenti ta' l-istess triq hija ta' inkonvenjent għar-residenti ta' l-istess?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li qed isiru stejjem għal xogħolijiet ta` toroq oħra f'dik il-lokalita` inkluż ix-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant. Dawn ix-xogħolijiet kollha eventwalment jitwettqu skond il-prijoritajiet miftehma mal-Kunsill.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex ikkosultat bid-deċiżjoni li numru ta' toroq fiż-żona tal-Laqxija f' Birkirkara jsiru one-way b' inkonvenjent kbir għall-diversi residenti ta' dina z-zona?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li tali konsultazzjoni ssir mal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jżommu konsultazzjoni pubblika mir-residenti taż-żoni tal-Laqxija (Birkirkara) għar-rigward it-tibdil fl-aċċess tal-karozzi f' diversi toroq ta' din iż-żona?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Kunsill Lokali nforma lill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku li t-tibdil kien ġie ppubblikat fil-magazine tal-Kunsill f`April ta` l-1998 fejn il-pubbliku kien ġie mistieden jagħti l-kummenti tiegħu dwar il-proposti.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jingħata l-għajnuna neċessarja il-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separaratament u dan peress li l-persunna imsemmija għaddejja minn problemi kbar ħafna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li għamel id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali rriżulta li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ma kelliex dritt ghall-Għajnuna Soċjali jew għal Mard.
Ninsab infurmat ukoll li, għalkemm din il-persuna kienet ġiet infurmata dwar dan mid-Dipartiment, naqset li tagħti spjegazzjoni dwar it-tibdil fiċ-ċirkostanzi tagħha. Din il-persuna ser terġa tiġi nfurmata dwar il-każ.
Jista' l-Ministru jara li l-persua li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament jingħata l-bilanċ dovut lilu mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni u dan peress li l-istess persuna għandha bżonn dawn il-flus minħanna raġunijiet serji ħafna?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti nformazzjoni konfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament. Jekk irid jista' jmur sat-Taxpayer Service u jkun jista' jinqeda hemmhekk.
Jista' l-Ministru jgħid mill-1990 sal-llum:
1. Kemm inxtara apparat tat-televiżjoni għall-użu ta' l-istudio u tat-transmission ta' TVM mill-public broadcasting services?
2. Jekk dan l-apparat inxtrarax b'direct order jew inkella b'tender?
3. Jistax il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tenders involuti?
4. Jekk ix-xiri sar permezz ta' direct order, jistax il-Ministru jgħid għalfejn sar?
5. Lil min ingħataw it-tenders u d-direct orders u fuq liema kriterji intgħażlu?
6. Kemm kienu l-ammonti involuti f'kull każ?
7. Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi taħriġ għall-ħaddiema tal-PBS fuq l-apparat mixtri f'dan il-perjodu u cioe mill-1990 sal-lum?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Public Broadcasting Services Ltd bdiet topera fl-1992 L-Onor. Membru japprezza li l-Public Bradcasting Services Ltd, għalkemm l-azzjonijiet tagħha jappartjenu lill-Gvern ta' Malta, topera fuq linji kummerċjali u għalhekk, mogħti l-parir li l-iżvelar ta' l-informazzjoni mitluba tista' tkun ta' dannu kummerċjali għaliha. Għalhekk fiċ-ċirkostanzi ma nħossx li din l-informazzjoni għandha tingħata.
Jista' l-Ministru jgħid hux se jittieħdu passi biex ma jibqax jiżbokka drenaġġ fil-Miżieb c/o Mellieħa (fin-naħa tal-Majjistral) liema drenaġġ qed jiżbokka minn boreholes tad-drenaġġ stess?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li dan ix-xogħol huwa konness mal-Master Plan tas-sistema tad-drenaġġ għal Malta. Fil-fatt, pjanijiet li huma konnessi ma' dan ix-xogħol huma lesti u x-xogħol mistenni jibdas-sena d-dieħla. Ix-xogħol jikkonsisti f'main li jkun għaddej mill-inħawi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemm'x il-ħsieb li Gvern jintroduċi taxxi lokali ġodda?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Gvern la qatt introduca taxxi lokali u l-anqas għandu l-ħsieb li jagħmel hekk fil-futur. Hi wkoll politika dikjarata tal-Gvern li ma jagħtix poter lill-Kunsilli Lokali biex jiġbru taxxi.
B'riferenza għal petizzjoni li qed tintbagħat separatament u l-ittra tal-kunsill lokali ta' Birkirkara lir-residenti ta' Triq il-Karmnu u Triq Francisco Buhagiar ġewwa Birkirkaka dwar l-istat tas-salib it-toroq bejn Triq il-Karmnu u Triq Francisco Buhagiar, jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol mitlub minn dawn ir-residenti huwiex kkunsidrat bħala wieħed ta' natura urġenti u li għaldaqstant għandu jsir mingħajr aktar telf ta' ħin?
Jaf il-Ministru li r-residenti ta' dawn it-toroq ilhom isofru inkonvenjent kbir minħabba dan l-istat disastruż tat-triq għal diversi snin?
Jaf il-Ministru li diversi residenti qed jilmentaw minħabba ġrieden, ħmieġ, porkeriji, trabijiet, eċċ. li qed ikunu ta' theddida serja għas-saħħa tagħhom u ta' uliedhom? Jista' l-Ministru jara li x-xogħol in kwestjoni jsir qabel l-istaġun tax-xitwa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 27832.
Jista' l-Ministru jara li jsir ix-xogħol tant bżonnjuż fi Triq Francesca Buhagiar u Triq il-Karmnu, B'Kara? Jaf il-Ministru li r-residenti ta' dawn it-toroq għamlu petizzjoni madwar sena ilu? Jaf li minħabba li għandhom ma sarux dawn it-toroq qed ikun ta' inkonvenjent kbir kif wkoll theddida għas-saħħa ta' l-istess residenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-asfaltar ta' dawn it-toroq qegħdin fil-programm ta' xogħolijiet miftiehem bejn il-Kunsill u d-Dipartiment u s-sejħa għall-offerti dalwaqt ser tkun ippublikata.
Jista' l-Ministru jgħid liema huwa dawk it-toroq li sidien jew xufiera tal-White Taxis jistgħu jipparkjaw fihom u dan anke bil-permess ta' l-Awtorita' tat- Trasport Pubbliku?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-lista uffiċjali ta' vened tat-Taxis li għandha l-Awtorita' Dwar it-Trasport Pubbliku hija kif murija hawn taħt:
Valletta/Floriana - Pheonicia Hotel, City Gate, Ordinance Street, St. Georges Square, St. Elmo, Armoury, Police Academy, Customs House, Pinto Wharf, Sea Passenger Terminal;
Gudja - Malta International Airport.
Qawra/Buġibba - Buġibba Square, Islets Promenade, Suncrest
Hotel;
Golden Bay - Ħdejn it-terminus;
Ċirkewwa - Ħdejn il-moll;
Rabat - Saqqajja Bus Terminus;
Żurrieq - Wied iż-Żurrieq, ħdejn it-Terminus;
G'Manġia - Hospital Terminus;
Paceville/San Ġiljan - Elia Street, St George's Street, Ross Street, St Augustine Street (opposite Bay Street),
Trejqet id-Dragonara (by Bamboo Bar),
Ball Street, Spinola Bay (opposite police station);
Sliema - Tower Road (opposite Preluna Hotel), The Ferry
(by Magic Kiosk), The Ferry (by Solid Gold),
Sliema Ferry (opposite Square Deal), Tigne Street
(Crown Plaza Hotel);
Gzira - The Strand (by Pet Shop);
Marsascala - Jerma Palace Hotel;
Birżebbuġa - Bus Terminus.
Jista' l-Ministru jara li ż-żewġ vetturi tat-tip Skoda u Allegro illi ilhom abbandunati fi Triq A Sammut ta' Paris B'Kara jinġabru mill-Pulizija u dan peress li ilu jsiru rapporti dwarhom għal dan l-aħħar sentejn mingħajr riżultat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-vetturi msemmija mill-Onorevoli Interpellant tneħħew.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-air conditioners fl-Awla tas-Sekond' Awla għas-seduta tal-lum 17 ta' Lulju ma ħadimx, b'inkonvenjent kbir għall-Qrati kif wkoll għal dawk kollha li kellhom seduta?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Air conditioner system li hemm fl-annex tal-Qorti kellu l-ħsara f'wieħed mill-kompressuri tiegħu u għalhekk is-sistema ma kienetx qed taħdem kif suppost.
Qed nieħdu l-azzjoni meħtieġa biex din il-ħsara tiġi rranġata mill-aktar fis possibli.
Fid-dawl ta' dak li ġie rrapportat fil-media lokali, jista' l-Prim Minstru jgħid jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li nstab ġustifikat fl-ilment li kien għamel quddiem l-uffiċċju tal-kummissjoni għall-investigazzjoni ta' inġustizzja (Ref1717) huwiex ser jingħata l-kumpens imsemmi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Kif ħabbart fil-Konferenza Stampa li tajt fl-10 ta’ Lulju 2001, il-Gvern approva li jingħata kumpens finanzjarju lil dawk il-persuni li kienu resqu l-ilment tagħhom quddiem il-Kummissjoni għall-Investigazzjoni ta’ Inġustizzji u li minkejja l-fatt li l-Kummissjoni ddeċidiet li l-ilment tagħhom hu ġustifikat u li l-Gvern laqa’ r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, xorta waħda baqgħu mingħajr rimedju.
Fil-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, il-Gvern kien laqa’ parti biss mir-rakkomandazzjoni li għamlet il-Kummissjoni. Ir-rikkorent fil-fatt irċieva kumpens għall-parti ta’ rakkomandazzjoni aċċettata mill-Gvern.