Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #37488 Sitting 830 2002-12-09 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Kumpens — Fond aproppjat

Question

Jista' il-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament jingħata l-kumpens għall-fond aproppjat u cioe' il-fond numru 5, Alley 2, Laqxija B'Kara?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-persuna li d-dettalji dwarha intbagħtu separatament ser jingħata l-kumpens għall-fond approppjat u ċioe` il-fond numru 5, Alley 2, Laqxija B`Kara fi żmien qasir, possibilment sa l-aħħar ta` Diċembru 2002.
Leg 9 PQ #37421 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Faċilita' Korrettiva — Fond ta' persuna residenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-fond, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, okkupat minn persuna li preżentement huwa residenti fil-Faċilita' Korrettiva ittieħed lura mid-Dipartiemnt ta' l-Artijiet?

Response (BORG, TONIO)

Mir-records tad-Dipartiment ma jirriżultax illi l-fond li d-dettalji tiegħu intbagħtu separatament kien xi darba mikri lil persuna indikata.

Ħal Lija — Sqaq Seguna

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fi sqaq Sejduna ossia Seguna Ħal Mann limiti ta' Ħal Lija sarx bini fuq art tal-gvern minn individwi privati? X'passi ttieħdu? Jista' il-Ministru jara li din il-parti tat-triq titwessa u dan sabiex ikun hemm post għal parking?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel l-ewwel parti tal-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija ma tistax tingħata risposta, sakemm ma jkunx hemm informazzjoni dwar iċ-ċirkostanza msemmija fl-ewwel parti tal-Mistoqsija.

Birkirkara — Triq Giovanni Mamo

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tingħata t-tarmak Triq Giovanni Mamo f'Birkirkara, liema triq tinsab f'kundizzjoni tal-biki? Jaf il-Ministru li r-residenti tat-triq kontinwament jilmentaw minħabba l-istat diżastruż tat-triq u li qed ikun hemm problema ta' trabijiet u li l-istess residenti jilmentaw minħabba li fl-istess triq qed ikun hemm ġriden kbar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport qed timplimenta programm għall-asfaltar ta' toroq simili ma' Malta kollha u x-xogħol fit-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant isir skond il-prijoritajiet li jkunu qed jirriżultaw minn żmien għal żmien f'dan il-programm.
Leg 9 PQ #36068 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' il-Ministru jara li jinbidlu dawk il-bozoz maqtugħin li hemm fl-istazzjon ta' Birkirkara? Jaf il-Ministru li dawn il-bozoz ilhom maqtugħin għal diversi ġimgħat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-bozoz li qed issir riferenza għalihom ma humiex fir-responsabbilta' tal-Korporazzjoni Enemalta.
Leg 9 PQ #35445 Sitting 788 2002-09-23 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli

Question

Jista` il-Ministru jgħid għalfejn persuni li kienu taħt terapija psikjatrika ġewwa l-isptar Monte Carmeli u ngħataw xi xogħol flok tpoġġew ġo half way house, ġie terminat l-impieg tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Persuni jistgħu ma jitħallewx jipparteċipaw fir-rehabilitation scheme ta` l-isptarMonte Carmeli għal xi waħda mir-raġunijiet msemmija hawn taħt: a. b'ordni tal-konsulent tagħhom. b. jekk l-ammont ta` flus li jkunu jaqilgħu mill-iskema jkun laħaq il-massimu stabbilit mill-liġi. ċ. jekk ikollhom xi penzjoni li ma tippermettilhomx li jkollhom xi dħul finanzjarju ieħor.
Leg 9 PQ #34624 Sitting 784 2002-09-17 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monti Carmeli — Constant Watch - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa tad-dipartiment konċernat tul dawn l-aħħar ħames snin, xahar b'xahar tal-constant watch fl-isptar Monte Carmeli? Fuq liema kriterji u taħt liema kundizzjonijiet jingħata constant watch? Jista' jgħid jekk constant watch issirx minn persuni li jkunu parti mill-full compliment ta' l-istaff jew minn persuni li jkunu off duty?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #324 Sitting 782 2002-09-16 Written · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tas-Saħħa

Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-mediċini Fosamax (10mg) u Ideos (60) mhumiex fuq il-lista ta' mediċini li jingħataw b'xejn lil dawk li huma eliġibbli għall-mediċini b'xejn? Jaf li hemm pensjonanti li qed ikollhom jixtru dawn il-pilloli regolarment u li ma jistgħux jagħmlu użu minn pilloli oħrajn li qegħdin fuq il-lista? Jaf li 30 pillola tat-tip Fosamax jiswew Lm20.62ċ filwaqt li pakkett Ideos huwa Lm4.40ċ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Iż-żewġ mediċini msemmija Fosamax u Ideos jintużaw għall-kura ta` osteoporosi. Din il-kundizzjoni mhiex inkluża f'Schedule V u għalhekk il-pazjenti ma jistgħux jieħdu l-mediċini bil-kartuna s-safra. Il-mediċini Fosamax u Ideos mhumiex imniżżla fil-formularju tas-Servizzi tas-Saħħa tal-Gvern, u għalhekk ma jistgħux jittieħdu fuq il-kartuna r-roża. Ideos hija preparazzjoni li tikkonsisti minn żewġ ingredjenti - calcium carbonate u vitamin D3. Dawn l-ingredjenti jinsabu fil-formularju separatament u jistgħu jiġu preskritti separatament. B'hekk, jiġu ekwivalenti għall-kontenut tal-preparazzjoni. Pazjenti b'kartuna roża huma ntitolati għal dawn l-ingredjenti.
Leg 9 PQ #325 Sitting 782 2002-09-16 Written · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Airmalta — Tender

Question

Jista' l-Ministru jgħid billi skada t-termini tat-tender tat-transport & removal services ta' l-Airmalta li kien ġie assenjat lid-ditta li isimha qed jintbagħat separatament għaliex għada ma ħarġitx l-offerta l-ġdida riferibbli għal l-istess xogħol?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li skond it-termini tal-klawżola tal-kuntratt oriġinali, il-kuntratt mad-ditta li preżentement qed tagħti s-servizz ġie estiż taħt l-istess kundizzjonijiet, inkluż prezzijiet oriġinali tat-tender. Dan sar biex il-kumpanija tiffranka l-flus sakemm jingħata kuntratt ġdid. Sejħa għall-offerti mistennija toħroġ fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 9 PQ #326 Sitting 782 2002-09-16 Written · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Sea Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn ser jiġi riallokat il-maintenance base tal-kumpannija Sea Malta, liema maintenance base topera mill-Belt il-Ħażna? Huwa minnu li din il-base ser tiċċaqlaq lejn post ieħor 'il bogħod mill-Port tal-Belt u jekk isir hekk ma jaħsibx li ser ikun hemm problema ta' maniġġ ta' heavy plant and machinery jekk il-base tiġi riallokata 'il bogħod mill-Port?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li ir-rilokazzjoni tad-depot li s-Sea Malta bħalissa għandha f'Beltilħażna ġie deċiż skond il-pjan ta' azzjoni inkluż fir-rapport dwar Crown and Horn Works pubblikat f'Marzu tas-sena l-oħra mill-Awtorita' ta' Malta ta' l-Ambjent u Ippjanar. Għalkemm il-post ġdid għadu ma ġiex identifikat, is-Sea Malta diġa' għamlet il-kummenti tagħha dwar il-materja b'mod partikulari dwar l-importanza li kemm jista' jkun il-post il-ġdid ikun qrib iz-zona tal-port.
Leg 9 PQ #327 Sitting 782 2002-09-16 Written · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Sea Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn ser jiġi riallokat il-maintenance base tal-kumpannija Sea Malta, liema maintenance base topera mill-Belt il-Ħażna? Huwa minnu li din il-base ser tiċċaqlaq lejn post ieħor 'il bogħod mill-Port tal-Belt u jekk isir hekk ma jaħsibx li ser ikun hemm problema ta' maniġġ ta' heavy plant and machinery jekk il-base tiġi riallokata 'il bogħod mill-Port?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #35101 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif u meta ser jingħataw ġieħ iż-żewġ kuntistabbli li isimhom qed jinbagħtu separatament li riċentement wettqu att erojku f'inċident stradali?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 34414.

Housing

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni ta' persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament għall-akkomodazzjoni soċjali u dan peress li din ilha applikata mill-1975?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant, li fil-fatt saret fl-1995 u mhux fl-1975, qed tiġi kkunsidrata flimkien ma applikazzjonijiet simili li għandu quddiemu d-dipartiment.
Leg 9 PQ #35104 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi u miżuri oħrajn ħadu l-pulizija sabiex jaraw li ma jkunx hemm tipjip fl-edifiċju tal-qorti tal-maġistrati wara li t-tipjip m'għadux permess?

Response (BORG, TONIO)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, it-tipjip fil-bini tal-Qrati tal-Maġistrati huwa ipprojbit bir-Regoli tal-Qrati biex jinżamm il-Bon Ordni fil-Qrati tal-Maġistrati taħt il-pieni msemmija fl-Artikolu 990 tal-Kodiċi ta` Organizzazzjoni u Preċedura Ċivili. Dawn ir-Regoli huma infurzati mill-Marixxalli. Madankollu l-Pulizija ingħataw struzzjonijiet kemm sabiex ma jsirx tipjip fil-bini tal-Qorti tal-Maġistrati, kif ukoll sabiex jagħtu l-assistenza kollha meħtieġa sabiex dawn ir-Regoli jkunu osservati.

Qorti Kriminali Internazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jiġi ratifikat l-istatut li bih twaqqaf il-qorti kriminali Internazzjonali (ICC)? Jista' jgħid għaliex għadu ma ġiex ratifikat meta 76 pajjiż diġa' rratifikawh?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi diġa tħejja abbozz ta` liġi li meta jgħaddi mill-Parlament, permezz tiegħu Malta tkun tista` tirratifika r-`Rome Convention` li permezz tagħha twaqqaf il-Qorti Kriminali Internazzjonali.
Leg 9 PQ #34882 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tribunal għall-Investigazzjonijiet Ta' l-Inġustizzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ikunu implimentati s-sentenzi tat-tribunal għall-investigazzjonijiet ta' l-inġustizzji: rikorsi 940/97 u 945/97 kontra l-Maltacom? Meta ser jingħata l-kumpens fiż-żewġ każijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-Maltacom ġiet infurmata uffiċjalment bid-deċizjoni ta' dawn iż-żewġ rikorsi fl-24 tax-xahar li għadda. Fil-preżent il-kumpanija qed tevalwa dawn ir-rikorsi.
Leg 9 PQ #34796 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-darba siefret il-banda tal-forzi armati tul dawn l-aħħar sentejn? Minn min kienet immexxija? Min kien is-surmast jew assistant surmast f'kull safra?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta bħalissa qegħda tipparteċipa f’festival internazzjonali ta’ Baned Militari ġewwa Modena, fl-Italja. Il-Banda hi mmexxija mill-Uffiċjal Kmandant, Logutenent M Mallia, u taħt id-direzzjoni ta’ l-Aġent Surmast “Warrant Officer” L Pace. Din hija l-unika darba li l-Banda siefret tul dawn l-aħħar sentejn.

Tribunal għall-Ivestigazzjonijiet ta' l-Inġustizzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ikunu implimentati s-sentenzi tat-tribunal għall-investigazzjonijiet ta' l-inġustizzji: rikorsi 940/97 u 945/97 kontra l-Maltacom? Meta ser jingħata l-kumpens fiż-żewġ każijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Onorevoli Interpellant hu mitlub li jaghmel din il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.
Leg 9 PQ #34601 Sitting 771 2002-07-09 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

DOI

Question

B'riferenza għal mistoqsija 34275, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-konrrispondenza / kommunikazzjoni mitluba? Jekk ma jistax, jista' jispjega r-raġuni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

MISTOQSIJA NUMRU 34601 Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma għandiex x’nżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34275.
Leg 9 PQ #34624 Sitting 771 2002-07-09 Oral · Interim From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monti Carmeli — Constant Watch - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa tad-dipartiment konċernat tul dawn l-aħħar ħames snin, xahar b'xahar tal-constant watch fl-isptar Monte Carmeli? Fuq liema kriterji u taħt liema kundizzjonijiet jingħata constant watch? Jista' jgħid jekk constant watch issirx minn persuni li jkunu parti mill-full compliment ta' l-istaff jew minn persuni li jkunu off duty?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għal din il-Mistoqsija Parlamentari qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.