Legislature:
Category:
Reset
Active:

Santa Venera — Triq Fleur-de-Lys - rampa

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 957 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern u cioe' jista' il-Ministru jara li ssir rampa fil-bankina fi Triq Fleur-de-Lys sabiex jagħmlu użu minnha persuni li jkunu qed jaqsmu minn fuq iż-zebra crossing ta' ħdejn ir-Roxy?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għaddejt ir-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant lill-Kunsill Lokali biex jaraw x'l-aħjar li jsir.

Industrija tal-kostruzzjoni — Skart

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 958 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u cioe' Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-policy rigward skart konsistenti f'terrapien ta' l-industrija tal-kostruzzjoni? Fejn qed jintrema' dan l-iskart illum? Min huma s-soċjetajiet privati li huma nvoluti f'dan il-proċess? Xi ħlasijiet isiru sabiex isir dan ir-rimi? Kien hemm tenders għal dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-policy rigward skart ta' l-industrija tal-kostruzzjoni hija li dan l-iskart ma jibqax jintefa' l-Magħtab, iżda jintefa' f'barrieri li m'għadhomx jintużaw għall-iskop oriġinali tagħhom sabiex dawn jiġu rijabilitati għall-użu agrikolu skond il-gwidi maħruġa mill-Awtorita' ta' l-Ambjent u l-Ippjanar. Din il-policy diġa' qed tiġi mplimentata. Fis-sena 2002, it-taqsima tax-xogħlijiet fi ħdan dan il-Ministeru ħarġet sejħa għal tenders ristretta għal dawk il-konsorzji li kienu ġew shortlisted fi proċess ieħor pubbliku relatat ma' l-Integrated Solid Waste Management Project. Il-kuntratt għall-immaniġġjar ta' l-iskart ta' l-industrija tal-kostruzzjoni ngħata lill-konsorzju magħmul minn Polidano Brothers Ltd. u Staedtereinigung West Nolting GmbH & Co. Ltd, kumpanija Ġermaniża. It-tariffa għar-rimi ta' dan l-iskart hija Lm1.18ċ kull tunnellata mingħajr VAT.
Leg 10 PQ #1243 Sitting 28 2003-07-21 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Ħaż Żebbuġ — Inkjesta - Culvert

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-inkjesta li nżammet rigward il-culvert ta' Ħaż Żebbuġ ġietx magħluqa? Jista' il-Ministru jgħid kif baqa' l-istess Kunsill ta' Ħaż Żebbuġ mal-kuntrattur ikkonċernat?

Response (BORG, TONIO)

Jien infurmat li r-rapport ta` l-inkjesta għadu ma ġiex ippublikat. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tiegħi għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 656.
Leg 10 PQ #1256 Sitting 28 2003-07-21 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal-Lija — Villa Francia

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'użu qed isir minn Villa Francia f'Ħal-Lija li kienet tħalliet b'wirt għall-Istat? Jista' jgħid jekk hemmx possibbilta' li tibda tintuża mill-kunsill lokali tal-post?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li hemm programm ta’ xogħol ta’ restawr ġo Villa Francia. Għad m’hemmx deċiżjoni finali dwar l-użu tal-Villa.

Ħal-Lija/Ħal Balzan — Qtugħ fil-provvista ta' l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 1047 u cioe' jgħid kemm-il darba nqata' l-ilma f'Ħal Lija u Ħal Balzan mill-1 ta' Jannar sal-lum? Kemm-il siegħa kull darba? X'kienet ir-raġuni f'kull każ? Jista' jgħid ukoll għaliex wara li nqata' l-ilma mill-istess inħawi u bnadi oħra t-Tnejn 30 ta' Ġunju fit-8.00 a.m. fl-inħawi ta' Triq il-Forn f'Ħal Lija kien għadu ma ġiex bi pressa normali fuq 30 siegħa wara?

Response (GATT, AUSTIN)

Mill-ewwel ta' Jannar 2003 il-Korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma qatgħet l-ilma għal-darbtejn mill-lokalitajiet imsemmija. Fid-darbtejn, l-ilma inqata' għal-madwar 12-il siegħa. Dan sar biex jitwettaq tibdil fis-sistema tad-distribuzzjoni li titma' lil dawn il-lokalitajiet, liema sistema kienet qadima ħafna u ddum biex timtela wara qtugħ fol-provvista. Bix-xogħol li sar, il-pressa issa hija aħjar. Fuq kollox, is-sistema issa hi f'qagħda li tiġi għan-normal ferm aktar malajr wara xi interruzzjoni fis-servizz.
Leg 10 PQ #1259 Sitting 28 2003-07-21 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Gwardjani lokali — Ħruġ ta' ċitazzjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kemm saru ċitazzjonijiet minn wardens f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jelenka liema kienu l-liġijiet li nkisru u kemm saru ċitazzjonijiet f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba tingħata f`xi Seduta oħra.
Leg 10 PQ #1297 Sitting 28 2003-07-21 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Ħal-Lija — Triq il-Kunċizzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet bejn il-kunsill lokali ta' Ħal Lija u l-pulizija biex Triq il-Kunċizzjoni, Ħal-Lija minn tal-Mirakli tagħti sa Triq il-Forn jew issir one way jew almenu jsiru sensor traffic lights fl-aktar parti dejqa tagħha? Japprezza li minbarra l-konġestjoni ta' spiss tat-traffiku hemm ukoll periklu reali għar-residenti?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1044 u ninfurmah li preżentement ma għandi xejn x`inżid magħha.

Ħal-Lija — Triq Sant'Andrija - Twaħħil ta' antenna

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-MEPA dwar it-twaħħil ta' antenna tat-telefonija ċellulari f'partijiet residenzjali? Jista' jgħid meta saret l-applikazzjoni biex titwaħħal antenna simili fuq il-bejt ta' fond nru. 21, Triq Sant'Andrija, Ħal-Lija? Meta ġiet approvata? Meta saret l-ewwel oġġezzjoni m ill-kunsill lokali? Jikkonferma li din l-antenna kellha titwaħħal fuq il-bejt ta' skola ftit passi 'il bogħod minn din ir-residenza u kien hemm oġġezzjoni mid-dipartiment ta' l-edukazzjoni? Il-MEPA hi sodisfatta li din it-tip ta' antenna ma tagħmel l-ebda ħsara lil bniedem? Japprezza li r-residenti ta' l-inħawi huma nkwetati dwar dan?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien ninsab infurmat li f' każijiet bħal dawn ma' ssirx konsultazzjoni mad-Dipartiment tas-Saħħa minħabba il-‘blanket clearance’ li hemm mill-istess Dipartiment. Dwar il-każ inkwestjoni (PA 6245/02) ġiet segwita l-istess proċedura. Barra minn hekk saret ukoll kundizzjoni li l-permess huwa suġġett għall-approvazzjoni mid-Dipartiment tas-Saħħa. L-applikazzjoni ġiet validata fis-7 ta' Novembru 2002, filwaqt li d-deċiżjoni ttieħdet fit-2 ta' Dicembru 2002. Waqt l-ipproċessar ta' din l-applikazzjoni ma saret l-ebda oġġezzjoni minn-naħa tal-kunsill lokali. Ftit l-boghod min dan is-sit kien hemm applikazzjoni (PA 1452/02) li ġiet rrifjutata fit-2 ta' Lulju 2002, għar-raġuni li kien hemm oġġezzjoni mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni.
Leg 10 PQ #1114 Sitting 24 2003-07-14 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Tribunal għall-ksur tal-liġijiet

Question

F'liema Kunsill Lokali isiru laqgħat tat-tribunal għall-ksur tal-liġijiet irrappurtati mill-wardens? Jista' f'kull każ jgħid liema bliet/irħula ikopri tribunal? Jista' jgħid ukoll min jippresiedi kull tribunal?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #1115 Sitting 24 2003-07-14 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Tribunal — Ksur tal-liġi - Wardens

Question

Kemm saru laqgħat ta' kull tribunal imwaqqaf apposta biex jiddelibera fuq ksur tal-liġi irrappurtati mill-wardens fl-ewwel sitt (6) xhur tas-sena? F'dawn is-sitt (6) xhur ta' din is-sena x'kien l-ammont ta' multi imwaħħla minn kull tribunal separatament? Kemm minn dawn il-multi (fi flus) għadhom ma tħallsux?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #1116 Sitting 24 2003-07-14 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Multi — 2001 - 2002 - Tribunali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm (fi flus) kien hemm multi li twaħħlu mit-tribunali fl-2001 u 2002? Jista' jagħti il-lista' b'kull tribunal separatament? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn il-multi baqaw ma tħallsux ukoll f'kul tribunal separatament? X'qed isir biex jinġabru?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll illi dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija qegħdin isiru diskussjonijiet mill-Local Enforcement System Management Committee biex tinstab soluzzjoni għal ġbir tal-multi li għadhom pendenti.

Rotta Numru 40 — Xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'se jiġri mir-rotta Numru 40 li sservi Ħal Lija, Ħal Balzan u Ħat Attard meta, minħabba ix-xogħol li ilu sejjer tmien xhur fi Triq il-Kbira f' Ħal Balzan m'għadiex tuża ir-rotta tas-soltu? Meta tkun lesta dinm it-triq se jsir xi kambjament f'din ir-rotta? Japrezza il-Ministru li dawk li jużaw regolarment il-karozzi tal-linja qed ibgħatu minħabba ix-xogħlijiet f'din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li wara li jitlesta x-xogħol fi Triq il-Kbira Balzan, ir-rotta 40 issir waħda ċirkolari li tgħaddi minn Triq il-Kbira one-way biss. Dan l-arranġament sar bi ftehim bejn id-Direttorat għat-Trasport Pubbliku, il-Kunsill Lokali ta' Ħal Balzan, id-Direttorat għall-Imaniġjar tat-Traffiku u l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku. Infurmat ukoll li wara li x-xogħlijiet fl-imsemmija triq jintemmu, ir-residenti għandhom ikunu moqdija aħjar.
Leg 10 PQ #1043 Sitting 22 2003-07-08 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Ħal Lija — Kunsill lokali - użu ta' uffiċini

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm qed jitħallas il-kunsill lokali ta' Ħal Lija għall-uffiċini li qed juża? Għaliex ma jingħatax Villa Francia fl-istess raħal li tħalla b'wirt lill-Istat?

Response (BORG, TONIO)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta u għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill konċernat. Dwar Villa Francia, Lija, din hija amministrata mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 10 PQ #1044 Sitting 22 2003-07-08 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Ħal Lija — Triq il-Kunċizzjoni - Traffiku

Question

Jista' il-Ministru jara x'jista' isir b'konsultazzjoni mal-kunsill lokali sabiex jitrażżan it-traffiku fil-parti d-dejqa ta' Triq il-Kunċizzjoni, Ħal Lija? Jaf il-Ministru bil-perikli għat-tfal tal-mużew u l-ħafna anzjani li joqogħdu fl-inħawi peress li ħafna vetturi jinżlu jsuqu b'veloċita' qawwija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta` Ħal Lija qiegħed f`konsultazzjoni ma` espert tat-Traffic Management biex flimkien ma` l-Awtorita` tat-Transport tinstab soluzzjoni pożittiva għat-traffiku kemm fi Triq il-Kunċizzjoni kif ukoll fir-raħal kollu, għar-raġuni li l-periklu tat-traffiku mhux ristrett għal triq waħda fir-raħal.

MEPA — Twaħħil ta' antenna tat-telefon ċellulari

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-MEPA meta tapprova li titwaħħal antenna tat-telefon ċellulari fuq bjut ta' djar privati? Tingħata konsiderazzjoni ta' dak li jgħid il-kunsill lokali u ċ-ċittadini fl-inħawi? Għaliex xorta ngħata permess li titwaħħal antenna simili fuq bejt ta' dar privata fi Triq Sant'Andrija, f'Ħal Lija minkejja oġġezzjoni f'waqtha tal-kunsill lokali? Jista' jassigura li fejn twaħħlet din l-antenna m'hemm l-ebda possibbilta' ta' ħsara lis-saħħa tan-nies speċjalment meta ftit metri 'il bogħod hemm skola tal-kindergarten?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li dwar applikazzjoni għall-antennas tat-telefon cellulari, il-MEPA tikkonsidra l-impatt estetiku ta’ dawn l-antennas kif ukoll kull materja oħra ta’ ppjanar ambjentali. Fil-fatt il-MEPA tikkonsidra kull kumment li tircievi mill-pubbliku u Kunsilli Lokali dwar kull applikazzjoni li jkollha. Il-permess f’dan il-każ ingħata b’kundizzjoni li jkun hemm l-approvazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa.

Ħal Lija/Ħal Balzan — Qtugħ fil-provvista ta' l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba nqata' l-ilma f'Ħal Lija u Ħal Balzan mill-1 ta' Jannar sal-lum? Kemm-il siegħa kull darba? X'kienet ir-raġuni f'kull każ? Jista' jgħid ukoll għaliex wara li nqata' l-ilma mill-istess inħawi u bnadi oħra t-Tnejn 30 ta' Ġunju fit-8.00 a.m. fl-inħawi ta' Triq il-Forn f'Ħal Lija kien għadu ma ġiex bi pressa normali fuq 30 siegħa wara?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Sigurta' Soċjali — Benefiċċju tal-mard

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta d-DSS se joħroġ l-għajnuna tal-mard dovuta lil persuna li isimha qed jintbagħat separatament u dan għax-xhur ta' Ġunju 2002 sa Frar 2003?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna ndikata fl-ufficcju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Socjali li jkopri l-lokalita’ taghha.
Leg 10 PQ #957 Sitting 21 2003-07-07 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tal-Ġustizzja u Intern

Santa Venera — Triq Fleur-de-Lys - rampa

Question

Jista' il-Ministru jara li ssir rampa fil-bankina fi Triq Fleur-de-Lys sabiex jagħmlu użu minnha persuni li jkunu qed jaqsmu minn fuq iż-zebra crossing ta' ħdejn ir-Roxy?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq Fleur-de-Lys hija triq arterja u għalhekk taqa` fil-kompetenza tal-Gvern Ċentrali. Għalhekk nitlob lill-Onor. Membru biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Industrija tal-kostuzzjoni — Skart

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-policy rigward skart konsistenti f'terrapien ta' l-industrija tal-kostruzzjoni? Fejn qed jintrema' dan l-iskart illum? Min huma s-soċjetajiet privati li huma nvoluti f'dan il-proċess? Xi ħlasijiet isiru sabiex isir dan ir-rimi? Kien hemm tenders għal dan ix-xogħol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Ħal Balzan — Triq il-Ferrovija l-Qadima - inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb l-aħħar parti ta' mistoqsija parlamentari 769 li l-ewwel parti tagħha ġiet imwieġba mill-Ministru tal-Ġustizzja u Intern u t-tieni parti ta' din il-mistoqsija ġiet riferuta lilek u cioe' taqbel li għandha tinsab soluzzjoni mmedjata sabiex jiġu evitati dawn l-inċidenti tat-traffiku fi Triq il-Ferrovija l-Qadima kantuniera ma' Vjal il-Bon Pastur, f'Ħal Balzan ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku għamel spezzjoni fuq il-post fejn irriżulta li fi Vjal il-Bon Pastur, fiż-żewġt kantunieri ma' Triq il-Ferrovija -Qadima, hemm road markings u tabelli ta' Stop kif ukoll hemm road humps. Ġie nnutat ukoll li f'waħda mill-kantunieri kien hemm karozza pparkjata li kienet qed itellef il-viżibilita tat-triq. Għalhekk, id-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku tirrikomanda li jkun hemm aktar enforcement fuq il-parking f'din l-akwata.