Qtugħ fis-servizz tat-telefon waqt xogħlijiet mill-kuntratturi
Question
Mill-1 ta' Jannar 2003, jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba kellu jinqata' is-servizz tat-telefon minħabba xogħlijiet li kienu qed isiru minn xi kuntrattur? F'liema inħawi ta' Malta u Għawdex? Kemm dam kull qtugħ? Jista' jgħid ukoll min kien il-kuntrattur responsabbli f'kull każ? X'passi ttieħdu?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.1130.
Jista' il-Ministru jgħid jekk sarux xi rapporti lill-ministeru tiegħu minn kunsilli lokali dwar id-diversi ħsarat li saru fil-lokalita' tagħhom? Kien hemm xi talbiet għal għajnuna biex jissewwew il-ħsarat? Xi ħsarat kienu? Jista' jgħid liema huma l-kunsilli li għamlu dawn ir-rapporti u jagħti dettalji dwar kull talba? Xi tweġiba kien hemm tal-gvern?
Response (BORG, TONIO)
Qed nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal ħsarat li ġraw fil-maltempata tal-15 ta` Settembru 2003 u għalhekk nirreferih għar-risposta li tajt għad-domanda parlamentari nru. 1707.
Wara li ngħatat dik it-tweġiba, l-uffiċċju tal-Prim Ministru talab lid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali informazzjoni mill-Kunsilli Lokali dwar ħsarat rapportati lill-Kunsilli. Il-lista tal-ħsarat fil-lokalitajiet li l-Kunsill Lokali bagħat informazzjoni dwarhom hi dik li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kunsilli lokali — Ġbir ta' flus minn ħlasijiet ta' l-e-government
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'se jsir mill-flus li l-kunsilli lokali ġabru bħala ħlasijiet mill-e-government? X'kien il-ftehim oriġinali? Jaf li l-intendiment bejn il-ministeru u l-kunsilli kien li l-flus jinżammu mill-kunsilli li fil-fatt hemm kunsilli li kienu diġa' kkommettew dan l-istess dħul?
Response (BORG, TONIO)
Qed nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal dik il-parti ta` l-allokazzjoni finanzjarja tal-Kunsilli Lokali li tirrigwarda l-inizjattivi ta` l-eGovernment.
Din is-sena, il-Gvern permezz tal-eMalta Commission fi ħdan il-Ministeru għat-Teknoloġija ta` l-Informazzjoni u Investiment nieda diversi inizjattivi relatati mat-teknoloġija informatika. Fil-fatt matul din is-sena twaqqfu Internet Centres kif ukoll Public Internet Access Points madwar Malta kollha u dan biex jagħtu aċċess għall-Internet kif ukoll għas-servizzi tal-eGovernment għaċ-ċittadini kollha.
Bil-għan li jitkattar aktar it-tagħrif dwar l-Informazzjoni Teknoloġika tnieda wkoll il-MyWeb project li permezz tiegħu ingħataw numru ta` korsijiet b`xejn liċ-ċittadin. Dawn il-korsijiet kienu suċċess kbir u hemm il-ħsieb li jsiru aktar minnhom.
Dawn l-inizjattivi saru kollha bi spejjeż kbar u biex jittieħed l-aħjar valur possibli u jiġu ffrankati ħafna aktar spejjeż, il-flus ta` l-eGovernment ġew utilizzati mill-Gvern f`isem il-Kunsilli Lokali.
Madanakollu nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li l-Kunsilli xorta ser jingħataw dik il-parti ta` l-allokazzjoni li tirrigwarda l-iskema ta` ġbir ta` kirjiet tal-Gvern. Il-Kunsilli qegħdin jingħataw ukoll is-sussidji biex jagħmlu l-Website tagħhom.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 1872, jista' il-Ministru jgħid mit-total tal-multi elenkati kemm tħallsu f'kull lokal sal-15 ta' Ottubru? Kemm inħarġu ċitazzjonijiet s'issa għal ġbir tal-multi?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija parlamentari nru. 1872, dwar kemm tħallsu mill-multi elenkati sal-15 ta` Ottubru, qed tiġi miġbura u tingħata bħala somma totali f`seduta oħra. Dwar lil liema Kunsilli Lokali tħallsu, nitlob lill-Onor. Membru biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu direttament lill-Kunsilli Lokali.
Għar-rigward l-aħħar parti tad-domanda, nixtieq ngħid li billi skond l-Artikolu 10 (5) ta` l-Att dwar il-Kummissarji għall-Ġustizzja kull multa imposta mit-Tribunal tikkonstitwixxi dejn ċivili, u billi l-istess subartikolu jipprovdi li l-ordni tat-Tribunal hija titolu eżekuttiv skond id-disposizzjoni tal-Kodiċi ta` Organizzazzjoni ta` Proċedura Ċivili, għalhekk m`hijiex il-proċedura li jinħarġu ċitazzjonijiet għal ġbir ta` tali multi.
Qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku waqt xogħlijiet mill-kuntratturi
Question
Mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena, jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba kellu jinqata' id-dawl għaliex xi kuntrattur laqat xi cable ta' l-elettriku waqt xogħlijiet għall-korporazzjoni Enemalta? F'liema inħawi ta' Malta u Għawdex sar dan? Kemm dam kull qtugħ? Min kien il-kuntrattur responsabbli f'kull każ? X'passi ttieħdu?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li mill-ewwel ta' Jannar sal-24/10/2003 kien hemm każ wieħed fejn intlaqat cable minn kuntratturi li kienu qed jaħdmu għall-Enemalta. Dan intlaqat fil-limiti tas-Siġġiewi. Il-provista ta' l-elettriku damet bejn 0.6 sa 2.3 siegħat biex reġgħet ġiet għan-normal. Il-kuntrattur involut kien Joseph Mifsud. L-investigazzjoni għadha għaddejja.
Qtugħ fis-servizz tat-telefon waqt xogħlijiet mill-kuntratturi
Question
Mill-1 ta' Jannar 2003, jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba kellu jinqata' is-servizz tat-telefon minħabba xogħlijiet li kienu qed isiru minn xi kuntrattur? F'liema inħawi ta' Malta u Għawdex? Kemm dam kull qtugħ? Jista' jgħid ukoll min kien il-kuntrattur responsabbli f'kull każ? X'passi ttieħdu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk sarux xi rapporti dwar toroq li saritilhom ħsara wara l-maltempati kbar tax-xahar li għadda? Jista' jgħid liema toroq sofrew ħsarat? Kemm huwa stmat li jrid jintnefaq biex jissewwew? Saru xi talbiet speċifiċi minn xi kunsilli lokali minħabba ħsarat fit-toroq tal-lokal tagħhom wara l-istess maltempati?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' rapporti dwar ħsarat f'diversi lokalitajiet wara l-maltemp ta' Settembru, li tinkludi wkoll lista ta' xogħlijiet li kellhom bżonn isiru fihom li hu stmat li jammontaw għal Lm200,000.
Indikazzjonijiet ta' ħsarat minn 8 Kunsilli Lokali ġew irrapurtati lill-Awtorita' dwar it-Trasport u dawn ġew assenjati, iżda peress li jista jkun li kien hemm oħrajn li rrapurtaw direttament lid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, l-Onor. Interpellant għandu jirreferi lill-Ministru kkonċernat għal aktar informazzjoni f'dan ir-rigward.
San Pawl il-Baħar — Appartamenti ta' l-awtorita' tad-djar - xogħol ta' dawl u ilma
Question
No question text.
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma diġa ħadet ħsieb li tgħaddi l-mains tad-distribuzzjoni ta' l-ilma għal dawn l-appartamenti. Jien infurmat ukoll li bħalissa għaddejjin arranġamenti ma' l-Awtorita' tad-Djar biex din tagħmel l-applikazzjoni għas-servizzi. Appena dawn isiru, il-Korporazzjoni tipprovdi s-servizz.
Ix-xogħol fil-main sewer għall-Appartamenti ta' l-Awtorita' tad-Djar diġa sar minn kuntrattur tad-Dipartiment tad-Drenaġġ. Il-house connection għal mas-sistema ħadu ħsiebha l-Awtorita' tad-Djar.
Għar-rigward tal-provista tad-dawl elettriku, it-talba għal dan il-għan tiġi milqugħa la darba titħaddem substation ġdida mibnija għal dan il-għan.
Jista' il-Ministru jagħti rendikont ta' l-ammonti li nżammu mill-allokazzjoni ta' kull kunsill lokali u dan wara l-miżuri li ħa l-istess Ministru tal-Finanzi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant huwa skond kif jidher fit-Tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra li jirrifletti 5% tal-allokazzjoni. Infakkar pero` li b`tibdil tal-Avviż Legali relattiv għal din is-sena l-kunsilli lokali qed jingħatalhom l-fakulta li ma jżommux 10% tal-allokazzjoni tagħhom fil-kont iżda 5% u għalhekk ma għandhiex tintmess il-ħidma tal-kunsill.
Jista' il-Ministru jgħid meta jsiru t-tiswijiet neċessarji f'Naxxar road bejn l-HSBC f'Birkirkara u ċ-ċimiterju ta' Ħal Lija, jista' il-Ministru jgħid jekk flok ir-roundabout li hemm f'tarf Vjal it-Trasfigurazzjoni jiġu nstallati traffic lights kif kien ippjanat xi snin ilu u b'hekk ikun hemm ċirkolazzjoni aħjar u aktar kontrollat?
Jista' jgħid ukoll jekk hux se ssir xi ħaġa biex b'xi mod jinġabar ħafna mill-ilma li jinżel f'din it-triq minn bnadi oħra biex b'hekk tittaffa il-problema ta' l-għargħar f'din it-triq kull darba li tagħmel ix-xita?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi l-Awtorita` dwar it-Trasport qeda kontinwament tissorvelja l-lokalitajiet bħal dik indikata mill-Onorevoli Interpellant. Biex ikun jista' jsir it-titjib meħtieġ, ix-xogħlijiet isiru skond il-prijoritajiet tax-xogħol li jkunu qed jirrużultaw.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li fihom se jsir: a) kisi ta' tarmak għall-ewwel darba; u b) manutenzjoni mill-gvern ċentrali f'Ħal Balzan sa l-aħħar ta' din is-sena u fis-sena finanzjarja li jmiss?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq qiegħed il-ħin kollu f'kuntatt mal-Kunsill Lokali biex jiġi mplimentat programm għall-asfaltar ta' diversi toroq madwar Malta kollha u x-xogħol fil-lokalita' msemmija isir skond il-prijoritajiet li jkunu qed jirriżultaw minn żmien għal żmien.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq f'Ħal Lija li fihom: a) se jsir kisi ta' tarmak għall-ewwel darba; u b) manutenzjoni mill-gvern ċentrali sa l-aħħar ta' din is-sena u li huwa ppjanat fis-sena finanzjarja li jmiss?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi d-Direttorat tat-Toroq qiegħed f'kuntatt mal-Kunsilli Lokali biex jiġi mplimentat programm għall-asfaltar ta' diversi toroq madwar Malta kollha u x-xogħol fil-lokalita` msemmija jsir skond il-prijoritajiet li jkunu qed jirriżultaw minn żmien għal żmien.
Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq f'Birkirkara li sa l-aħħar ta' din is-sena u fis-sena finanzjarja li ġejja se jingħataw tarmak għall-ewwel darba u dawk li se ssir manutenzjoni tagħhom mill-gvern ċentrali?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi l-Awtorita`dwar it-Trasport għada kif ippublikati sejħiet għall-offerti għal bini u asfaltar ta' parti minn Triq Wejter, parti minn Triq G.A. Vassallo u parti minn Triq Notabile u li xogħol u li xogħol fihom hu maħsub li jitlesta din is-sena.
Fir-rigward ta' xogħlijiet oħra fil-lokalita` imsemmija mill-Onorevoli Interpellant id-Direttorat qiegħed iħejji programm għall-asfaltar ta' diversi toroq madwar Malta kollha għat-2004 u x-xogħol isir skond il-prijoritajiet li jkunu qed jirriżultaw minn dan il-programm.
Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1611 dwar multi mhux imħallsa lit-tribunali lokali?
Response (BORG, TONIO)
Għar-rigward ta` l-ewwel parti tal-mistoqsija, nissuġġerixxi l-Onor. Membru sabiex jirreferi din il-mistoqsija direttament lill-Kunsilli Lokali.
Għar-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat illi l-ammonti ta` multi pendenti tat-Tribunal Lokali mill-1 ta` Jannar 2000 sat-30 ta` Ġunju 2003 huma dawn:
Valletta - Lm 64,218
Msida - Lm122,745
Sliema - Lm197,089
Birkirkara - Lm143,846
Żejtun - Lm107,870
Żurrieq - Lm119,768
Qormi - Lm 63,772
Mosta - Lm211,515
Fgura - Lm105,829
Gozo - Lm 30,338
San Pawl il-Baħar — Appartamenti ta' l-awtorita' tad-djar - xogħol ta' dawl u ilma
Question
Jista' il-Ministru jgħid meta se jsiru x-xogħlijiet ta' dawl, drenaġġ u ilma fl-appartamenti ta' l-Awtorita' tad-Djar f'San Pawl il-Baħar? Jaf li l-istess kompraturi intrabtu bil-kuntratt li jidħlu jgħixu fl-appartament f'mhux aktar minn sitt xhur minn meta jsir il-kuntratt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi irranġata Naxxar Road mill-HSBC f' B'Kara saċ-ċimiterju ta' Ħal Lija peress li tinsab fi stat ħażin u hija triq prinċipali u traffikuża? Hemm il-ħsieb li din tiddaħħal fi programm ta' toroq fis-sena finanzjarja li jmiss?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-triq distributorja msemmija qiegħda diġa fil-lista ta' prijoritajiet ta' xogħol li jridu jsiru skond ir-road resurfacing Master Plan u x-xogħol fiha u maħsub li jsir skond il-prijoritajiet ta' dan il-programm.
Kemm inġabru vetturi mill-pulizija minn Jannar sal-15 ta' Settembru? Mil-liema lokalitajiet? X'isir minnhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fl-ewwel tmien xhur u nofs ta` din is-sena, it-Taqsima tal-A.L.E. tal-Pulizija u l-Pulizija Distrettwali ġabru 107 vettura mitluqa, minn dawn il-lokalitajiet f`Malta filwaqt li f`Għawdex il-vetturi mitluqa tneħħew mis-sidien tagħhom stess.
Albertown; Attard; Baħar iċ-Ċagħaq; Balzan; B`Bugia; B`Kara; Birgu; Bormla; Fgura; Floriana; Gżira; Ħamrun; Iklin; Isla; Lija; Marsa; M`Skala; Mosta; Mrieħel; Naxxar; Paola; Pieta`; Qormi; San Ġiljan; San Ġwann; Siġġiewi; Sliema; Swieqi; Tarxien; Xagħjra; Żabbar u Żejtun.
Dawk il-vetturi hekk miġbura, li jibqgħu ma jittieħdux lura mis-sid leġittimu tagħhom fi żmien xahar mill-pubblikazzjoni ta` avviż ta` tneħħija mill-Kummissarju tal-Pulizija fil-Gazzetta tal-Gvern u fi tliet ġurnali lokali oħra, li bih isejjaħ lil dak is-sid sabiex jieħu lura dik il-vettura, jiġu mibjugħa, jew, fil-każ li dawn ma jkunux tajbin biex jintużaw fit-triq, jiġu meqruda, kif provdut f`regolament 8(1) ta` Avviż Legali 94 ta` l-1997.
Kemm baqgħu ma tħallsux multi tat-Tribunal Lokali għall-perjodu Jannar 2000 sat 30 ta' Ġunju minkejja l-avviż fil-gażżetti fejn ingħata sal-31 ta' Lulju biex isir il-ħlas? Jista' jelenka in-nuqqas ta' ħlas Tribunal bi Tribunal? X'passi oħra ittieħdu?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Membru li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u t-Tweġiba tingħata f`xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il persuna ġew boarded out tul dawn l-aħħar snin? Jista' jagħti dettalji separatament għall-Malta u Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ebda Dipartiment jew entita’ li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħi ma żżomm statistika dwar kemm persuni jiġu boarded out minn fuq il-post tax-xogħol tagħhom. Id-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali jżomm biss statistika dwar persuni li jingħataw Pensjoni għall-Invalidita’ wara li jkunu ġew ċertifikati minn bord mediku tad-Dipartiment li jkunu nkapaċi għax-xogħol għal mill-anqas tlett snin. Din l-istatistika tinżamm b’mod globali u mhux skond il-post fejn dak li jiġi hekk ċertifikat ikun jabita.
Ħaddiema li ma waslux ix-xogħol minħabba l-maltemp
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'beħsiebu jsir rigward dawk il-ħaddiema li nhar it-Tnejn 15 ta' Settembru ma' waslux għax-xogħol minħabba l-maltemp qalil li laqat il-gżejjer Maltin?
Response (GALEA, LOUIS)
Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċirkolari ta' l-OPM dwar is-suġġett.