Legislature:
Category:
Reset
Active:

Uffiċċju Konġunt

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk id-data u informazzjoni oħra li għandu l-Uffiċċju Konġunt humiex updated jew le?

Response (BORG, TONIO)

Wieħed mill-għanijiet li għalihom twaqqaf l-Uffiċċju Konġunt huwa biex jivverifika d-data u l-informazzjoni kollha dwar il-proprjetajiet li l-Entijiet Ekklesjastiċi ttrasferew lill-Gvern. Dan il-proċess ta` verifika huwa wieħed kontinwu peress li l-Annessi (listi ta` proprjeta`) li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra tal-ftehim magħmul bejn is-Santa Sede u Malta jeħtieġu eluf ta` korrezzjonijiet, li jikkonsistu wkoll f`żidiet jew tnaqqis fil-listi. Wara li jiġu approvati minn Kumitat ta` Kontroll kif provdut f`Sezzjoni 4 (2) ta` Cap. 358, kopja ta` dawn il-korrezzjonijiet jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra kull tlett xhur.

Overtime — Uffiċċju Konġunt

Question

Jista' il-Ministru jgħid fuq liema kriterju qed jingħata l-overtime fl-ufiċċju konġunt? Jista' il-Ministru jgħid min kienu l-persuni li jaħdmu fl-Uffiċċju Konġunt li bbenefikaw mill-overtime? Kermm kienu l-ammonti li ngħataw? Min kienu l-persuni / skrivani li ma bbenefikawx mill-istess overtime?

Response (BORG, TONIO)

Jien infurmat li l-overtime fl-Uffiċċju Konġunt ġie awtorizzat u jingħata a bażi tal-esiġenzi, tal-urġenza u prioritajiet tax-xogħol, dejjem fil-limiti ta` fondi ivvutati għal dan l-iskop għad-Dipartimenti li jaqgħu taħt it-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern.

Uffiċċju Konġunt

Question

Jista' il-Ministru jgħid għar-rigward l-iskemi ta' l-1996, 1998 u 2001 kemm baqa' applikazzjonijiet sabiex jiġu pproċessati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-qagħda tal-applikazzjonijiet sottomessi taħt l-iskema tas-snin 1996, 1998 u 2001 hija kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni ta' nazzjonalita' barranija — Miżżewġin Maltin

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' persuni ta' nazzjonalita' barranija li huma miżżweġin Maltin u li għandhom passaport Malti?

Response (BORG, TONIO)

In-numru ta` persuni barranin miżżewġin Maltin u li mill-1964 sa llum akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija ( u allura seta` jkollhom passaport Malti) huwa 4,377. Din il-figura li tkopri l-aħħar 38 sena tinkludi dawk li mietu wara li akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija; jista` jkun ukoll li wħud ma applikawx għall-passaport Malti.

Taxxi interni — Rifużjoni tat-taxxa

Question

Jista' il-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jingħata tax refund tas-sena 2003?

Response (DALLI, JOHN)

Ma naħsibx li għandi nagħti informazzjoni konfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant jkun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament. Jekk irid jista’ jmur sat-Taxpayer Service u jkun jista jinqeda minn hemmhekk.

Taxxi Interni — Rifużjoni tat-taxxa

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tingħata tax refund tas-snin 1995 u 1996?

Response (DALLI, JOHN)

Ma naħsibx li għandi nagħti informazzjoni konfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant jkun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament. Jekk irid jista’ jmur sat-Taxpayer Service u jkun jista jinqeda minn hemmhekk.

Sport complex

Question

Jista' il-Ministru jgħid min ingħata t-tender tas-sigurta' ta' l-isport complex? Kien hemm offerti oħra? Ta' min kienu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Kunsill Malti għall-Isport irċieva ħames offerti li kienu ta' Personal Security Services Ltd., Lm 2.18 CT Park Ltd., Lm 2.46 JF Security & Consultancy Services Lm 2.15 Safetrust Security Lm 2.45 Grange Security & Consultancy Services Lm 2.25 JF Security & Consutancy Services ingħataw l-offerta tas-sigurta' tal-Kumpless Sportiv tal-Kottonera.

Diviżjoni għall-kummerċ — Applikazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni (CD/3209/2003/Part 156) Diviżjoni għall-kummerċ?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fis-7 ta' Mejju 2003, id-Direttorat tas-Servizzi Kummerċjali kiteb lill-applikant konċernat biex jibgħat xi nformazzjoni li nstabet nieqsa fl-applikazzjoni għall-liċenzja ġdida biex tħaddem attivita' kummerċjali taħt l-Att dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ (Kap. 441) meta permess tal-bini jkun diga' inħareġ. Id-Direttorat għadu ma rċieva l-ebda risposta mingħand l-applikant.

Ħal Balzan — Triq Dr Zammit - Vettura abbandunata

Question

Jista' il-Ministru jara li titneħħa l-vettura li għandha numru ta' reġistrazzjoni barrani (A428BAW) tat-tip Ford minn Triq Dr Zammit, f'Ħal Balzan u dan peress li l-istess vettura ilha abbandunata għal diversi xhur?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-vettura msemmija mill-Onorevoli Interpellant tneħħiet.
Leg 10 PQ #3586 Sitting 85 2004-01-12 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-edukazzjoni — Għalliema li qed tiġi ripetutament trasferita

Question

Jista' il-Ministru jgħid għalfejn il-kindergarten assistant li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qiegħda tkun ripetutament trasferita minn skola għal oħra, anke jekk fuq temporary transfer? Jaf li hemm persuni oħrajn li ġew warajha fl-interview li mhux qed jingħataw dan it-trattament?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kindergarten assistant imsemmija ingħatat transfer wieħed matul din is-sena skolastika. Hija kienet qegħda fi skola fejn ma kien ser ikollha l-ebda klassi matul ix-xhur kollha ta' din is-sena skolastika. Hija ntbagħtet tieħu l-klassi ta' kindergarten assistant li ħarġet fuq long sick leave, fi skola differenti. Ta' min jgħid li l-kindergarten assistant imsemmija li ġiet trasferita, hija l-iżjed junior fl-iskola li minnha ġiet trasferita.

Kunsilli lokali — Allokazzjoni ta' fondi

Question

Jista' il-Ministru jispjega fid-dettal il-formola li preżentement tintuża sabiex jiġu allokati l-fondi lill-kunsilli lokali?

Response (BORG, TONIO)

It-tqassim tal-fondi jsir wara eżerċizzju annwali li jikkalkula kemm tiswa lil kull Kunsill sabiex jaqdi l-funzjonijiet statutorji tiegu, kif ukoll ghar-rigward taz-zamma ta’ l-assi skond kif gej: Iz-zamma u l-manutenzjoni tal-gonna pubblici, verges fiz-zoni residenzjali, tindif tat-toroq residenzjali, gbir ta’ skart domestiku u kummercjali, gbir ta’ skart goff, open skips, bins-on-wheels , sinjali u tabelli tat-traffiku u ismijçt tat-toroq, latrini pubblici, tindif tat-toroq rurali, tiswija jew ucuh godda ta’ toroq u bankini urbani u rurali, tindif tax-xtut, dawl tat-toroq, bus shelters , E-Government u spejjez amministrattivi. Kull tibdil fil-funzjonijçt jew fl-assi tal-Kunsill kif ukoll assi godda, jigi nnutat matul is-sena fil-lokalitajiet kollha permezz tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali. Dan l-ezercizzju jservi mhux biss biss tinzamm data aggornata ghall-iskop tal- funding formula izda wkoll sabiex il-Kunsilli Lokali kollha jkunu aggornati, kif ukoll biex isir ir-Rapport perjodiku ta’ Efficjenza li jitqieghed fuq il-Mejda ta' dan il-Parlament. Il-kalkolu annwali ta’ stimi ghall-manutenzjoni ta’ l-assi jikkonsidra d-daqs u l-kategoriji ta’ l-assi, kemm frekwenzi ta’ manutenzjoni jinhtiegu kull sena, it-tip ta’ xoghol li hu mehtieg biex jinzammu f’ kundizzjoni tajba, il-metodu tax-xoghol, kemm jittiehed hin biex isir ix-xoghol, il-valur tax-xoghol li jinkludi labour , il-makkinarju, il-materjal, overheads , spiza kapitali, mark-up , contract management u VAT. Il-kalkoli kif imsemmija hawn fuq jintuzaw fil-formula li tinsab fl-Ghaxar Skeda ta’ l-Att dwar Kunsilli Lokali biex jitqassmu l-fondi lill-Kunsilli Lokali.

Konferenza fl-okkażjoni ta' Jum it-Tolleranza

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ġiex mistieden rappreżentant ta' l-Oppożizzjoni għall-konferenza organizzata mill-ministeru f'Jum it-Tolleranza?

Response (BORG, TONIO)

Ir-risposta hija fin-negattiv.
Leg 10 PQ #3008 Sitting 62 2003-11-24 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Institute for health care — studenti

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' kuntratt li studenti fil-midwifery ta' l-Institute for health care ta' l-Universita' ta' Malta qed ikunu obbligati jew mitluba jiffirmaw?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.

Ħal Balzan — Uffiċċju tal-posta - servizzi postali

Question

Jikkonferma l-Ministru li s-servizzi postali prinċipali li bħalissa qed jingħataw fl-uffiċċju tal-posta ta' Ħal Balzan dalwaqt se jispiċċa minn hemm? Minn fejn se jibdew jingħataw dawn is-servizzi? Se jkun hemm xi servizzi li se jibqgħu f'Ħal Balzan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħal Balzan — Uffiċċju tal-posta - servizzi postali

Question

Jikkonferma l-Ministru li s-servizzi postali prinċipali li bħalissa qed jingħataw fl-uffiċċju tal-posta ta' Ħal Balzan dalwaqt se jispiċċa minn hemm? Minn fejn se jibdew jingħataw dawn is-servizzi? Se jkun hemm xi servizzi li se jibqgħu f'Ħal Balzan?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li ebda servizz postali li jingħata mill-fergħa tal-posta ta' Ħal-Balzan mhu se jispiċċa minn hemm. L-istess servizzi għall-pubbliku li kienu jingħataw minn din il-fergħa se jibqgħu jingħataw bħal qabel.

Djar — Għajnuna għall-bdil strutturali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma dawk id-djar li l-okkupanti/sidien tagħhom jikkwalifikaw għall-għajnuna ta' l-awtorita' tad-djar u san sabiex jirranġaw jew iwettqu bdil strutturali fl-istess djar? Meta jridu jkunu nbnew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorita’ tad-Djar tagħti sussidju taħt Skema Z, suġġett għall-kundizzjonijiet ta’ din l-iskema li l-applikant irid jissodisfa, lil sidien biex jirranġaw djarhom jekk id-dar tkun imbniet mill-anqas tletin sena qabel id-data ta’ l-applikazzjoni għall-irranġar u jekk il-valur tad-dar wara x-xogħol ma jeċċedix Lm40,000.

Għawdex — Seduti tat-tribunal lokali

Question

Jista' il-Ministru jgħid mit-twaqqif tat-tribunali lokali: 1) kemm kien hemm seduti tat-tribunal lokali f'Għawdex; 2) kemm kien hemm każijiet f'kull seduta; 3) kemm kienu dawk li kkontestaw l-akkuża f'kull seduta; 4) kemm kien hemm liberati; 5) kemm kien hemm multi mħallsa minn qabel; 6) kemm kien hemm li ġew kundannati u li wara nstabu li kienu tħallsu; 7) kemm kien hemm irċevuti manwali; 8) ir-raġuni li nħarġu r-riċevuti manwali meta s-sistema hija waħda state of the art; u 9) hemmx statistika ta' gwardjani lokali li jitħarrku għas-seduta iżda ma jixhdux għax l-imputat ma jidhirx?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk dettaljat kif mitlub mill-Onor. Interpellant. Biex jinġabar dan it-tagħrif jinħtieġ ħafna żmien u riżorsi u ma jidhirlix li l-użu ta` dan il-ħin u riżorsi biex jinġabar dan it-tagħrif hu ġustifikat.

Orkestra Nazzjonali — Musical director

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-abbozz tal-kuntratt li se jingħata il-musical director fl-Orkestra Nazzjonali? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja taċ-ċertifikati u l-kwalifiki tal-persuna li ntgħażlet? Kemm se jingħata salarju dan il-musical director? Minn min se jitħallas? Ma min saru n-negozjati? Jikkonferma li ma ħarġitx call for applications? X'inhi r-raġuni?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lil Onor. Interpellant li ma naħsibx li huwa korrett ġaladarba l-kuntratt imsemmi għadu ma ġiex iffinalizzat mad-Direttur konċernat li jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Li nista' ngħid huwa illi d-Direttur identifikat huwa l-Mro. Michael Laus, li ma naħsibx li hemm għalfejn noqgħodu nidħlu u niddiskutu l-kompetenza mużikali tiegħu. Ma nsib li hemm l-ebda oġġezzjoni li meta jkun konkluż il-kuntratt inpoġġih fuq il-mejda tal-kamra.

Fleur-de-Lys — Kumitat tal-Hamlet - minuti tal-laqgħa

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-minuti tal-laqgħa tat-18 ta' Diċembru, 2002 tal-Kumitat tal-Hamlet ta' Fleur-de-Lys fil-kunsill lokali ta' Birkirkara għadhom mhux iffirmati kif titlob il-liġi?

Response (BORG, TONIO)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta. Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.

Dipartiment tal-kunsilli lokali — Ittri mibgħuta mill-kunsillieri tal-Floriana

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-dipartiment tal-kunsilli lokali għadu ma weġibx l-ittri li bagħtu l-kunsillieri Mary Dimech u John Mary Brincat (tal-kunsilli lokali tal-Floriana) rigward quotations ta' bozoz u materjal ieħor? Jaf li ntbagħtu diġa' tliet ittri li baqgħu mhux imwieġba u li l-ewwel ittra ntbagħtet fit-28 ta' Jannar, 2003? Jaf li l-kunsill qed jistenna d-deċiżjoni tad-dipartiment u li l-proġett partikolari jinsab wieqaf?

Response (BORG, TONIO)

Jiena nfurmat li fil-fatt id-Dipartiment għadu kemm irrisponda l-ittra tal-kunsillieri Mary Dimech u John Mary Brincat fejn fiha ngħatat il-fehma tad-Dipartiment dwar is-suġġett.