Jista' il-Prim Ministru jara li l-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tingħata l-arretrati tal-paga dovuti lilha mill-forzi armati ta' Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tiġi miġbura u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jara li jissewwew il-pelican lights li hemm fi Triq Naxxar, Birkirkara, viċin il-pompa tal-petrol Falzon?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Wara spezzjoni li saret fil-post imsemmi mill-Ono. Interpellant, irriżulta li m’hemmx Pelican Ligths f’din it-triq. Għaldaqstant, l-Ono. Interpellant huwa mitlub li jivverifika l-post eżatt ta’ fejn jinstabu l-Pelican Lights u l-ħsarat li qed jirreferi ghalihom.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jispjega r-raġuni għar-refusal tad-dipartiment ta' l-artijiet għall-kiri ta' caravan site numri C27 u C25 u dan wara l-applikazzjonijiet li saru mill-persuni li isimhom qed jintbagħat separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-offerti li saru għall-kiri tal-caravan sites numru C25 u C27 kienu kollha taħt l-istima. Għalhekk l-offerti kollha ġew rifjutati.
Tista' il-Ministru tgħid jekk il-fond - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - huwiex tad-dipartiment tad-djar? Tista' tgħid jekk l-istess fond huwiex wieħed rekwiżizzjonat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi fond indikat għadu rekwiżizzjonat.
Jista' il-Ministru jara li tiġi rranġata l-fergħa tad-dawl difettuża li hemm fi Triq Mario Cortis, f'Ħ'Attard quddiem ir-residenza li n-numru tagħha qed jintbagħat separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jara li d-dwal li hemm fl-istazzjon ta' Birkirkara kif ukoll dawk li hemm biswit it-terminus tal-karozzi tal-linja fl-istess post, jerġgħu jinxtegħlu? Jaf li din iz-zona ilha fi dlam ċappa għal ġimgħat sħaħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-manutenzjoni tal-bozoz imsemmija ma taqax taħt ir-responsabilita' ta' l-Enemalta.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 6778 u cioe' jista' jara li l-għalqa li hemm fi Triq Wied Glavan fix-Xgħajra titnaddaf u jinbena ċint skond il-liġi (kopja tal-pjanta qed tintbagħat separatament)? Jaf li f'din l-għalqa qed jintrema' ammont ta' skart li qed joħloq inkonvenjent filwaqt li qed ikun ta' periklu għas-saħħa tar-residenti ta' l-istess triq? Jaf li għalkemm saru diversi ilmenti ma' l-awtoritajiet konċernati baqa' ma sar xejn u dan bl-iskuża li s-sidien ta' l-għalqa mhumiex magħrufa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li s-sit indikat m’ huwiex għalqa iżda biċċa art żdingata, b’appoġġ ma bini eżistenti, u l-Kunsill Lokali għandu d-dmir li jara li din il-proprjeta’ tinżamm nadifa. Madankollu, ninsab infurmat ukoll li l-Spetturi ta' l-Ambjent mill-"Pollution Prevention and Control Unit" tad-Direttorat għall-Ħarsien ta’ l-Ambjent fi ħdan l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) investigaw dan l-ilment u nbdew proċeduri biex jiġu mgħarufa min huma s-sidien legali tas-sit li fuqu qed jiġi mormi dan l-iskart. Dan biex jiġu avżati li jnaddfu l-post minnufih u jinbnew ċnut madwar is-sit biex iktar rimi ta' skart jiġi evitat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li l-għalqa li hemm fi Triq Wied Glavan fix-Xgħajra titnaddaf u jinbena ċint skond il-liġi (kopja tal-pjanta qed tintbagħat separatament? Jaf li f'din l-għalqa qed jintrema' ammont ta' skart li qed joħloq inkonvenjent filwaqt li qed ikun ta' periklu għas-saħħa tar-residenti ta' l-istess triq? Jaf li għalkemm saru diversi ilmenti ma' l-awtoritajiet konċernati baqa' ma sar xejn u dan bl-iskuża li s-sidien ta' l-għalqa mhumiex magħrufa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-art li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant fil-fatt mhux proprjeta' tal-Gvern u ma taqax f'"Registration Area" u għalhekk ma tinsab l-ebda informazzjoni dwarha fir-Reġistru ta' l-Artijiet.
Nissuġerixxi li din il-Mistoqsija tiġi riferuta lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-perijodi li fihom qed isir qari tal-meter tad-dawl u ta' l-ilma? Jista' jgħid ukoll x'inhuma r-rati tal-ħlas relattivi?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-perjodi li fihom qed isir il-qari tal-meters tad-dawl u ta' l-ilma huma bejn wieħed u ieħor ta' erba xhur.
Ir-rati tal-ħlasijiet tal-meters tad-dawl u ta' l-ilma huma:
Rata Domestika: LM12 Dawl
LM12 Ilma
Rata Kummerċjali LM24 Dawl
LM24 Ilma
Għal aktar dettalji dwar it-tariffi, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Avviż Legali Numru 58/99.
Jista' il-Ministru jara li d-dwal li hemm fl-istazzjon ta' Birkirkara kif ukoll dawk li hemm biswit it-terminus tal-karozzi tal-linja fl-istess post, jerġgħu jinxtegħlu? Jaf li din iz-zona ilha fi dlam ċappa għal ġimgħat sħaħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li tittieħed azzjoni kontra min qiegħed iħalli diversi klieb jiġru barra t-triq b'periklu ċar għal dawk kollha li jgħaddu minn Triq Giuseppa Psaila fis-Swatar? Jaf li dawn il-klieb diġa' attakkaw u gidmu xi residenti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ilment imressaq mill-Onorevoli Interpellant qed ikun investigat.
Jista' il-Ministru jara li l-għalqa li hemm fi Triq Wied Glavan fix-Xgħajra titnaddaf u jinbena ċint skond il-liġi (kopja tal-pjanta qed tintbagħat separatament)? Jaf li f'din l-għalqa qed jintrema' ammont ta' skart li qed joħloq inkonvenjent filwaqt li qed ikun ta' periklu għas-saħħa tar-residenti ta' l-istess triq? Jaf li għalkemm saru diversi ilmenti ma' l-awtoritajiet konċernati baqa' ma sar xejn u dan bl-iskuża li s-sidien ta' l-għalqa mhumiex magħrufa?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-għalqa msemmija hija tal-privat, għalhekk l-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jara li Triq il-Ġostra, fl-Imsida tingħata t-tarmac u dan peress li l-istat ta' l-istess triq qed ikun ta' periklu u inkonvenjent għall-familji residenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab informat illi t-triq imsemmija ġiet inkluża fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isiru mid-direttorat u x-xogħol fiha jsir aktar 'il quddiem skond il-prioritajiet li jkollu quddiemu d-direttorat.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-perijodi li fihom qed isir qari tal-meter tad-dawl u ta' l-ilma? Jista' jgħid ukoll x'inhuma r-rati tal-ħlas relattivi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li għandu jkollhom dawk il-familji li jilqgħu studenti barranin bi ħlas (host families) għall-iskejjel ta' l-Ingliż? Liema huma l-liċenzji li jrid ikollhom? X'inhuma l-ħlasijiet għal dawn il-liċenzji? Jista' jgħid jekk il-ħlasijiet għal dawn il-liċenzji humiex kollha l-istess jew jekk hemmx differenza fil-ħlas għal min iżomm inqas studenti minn ħaddieħor?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-kriterji prinċipali li jrid jkollhom dawk li japplikaw għall-liċenzja ta' host family huma:
(a) li l-akkomodazzjoni fejn se jużaw l-istudenti tkun ta' standard xieraq skond ir-regolamenti (A.L. 130 ta' l-2002);
(b) li l-applikant ikun jitkellem bl-ingliż;
(ċ) li jkollu kondotta tal-Pulizija tajba.
Il-ħlasijiet għal din il-liċenzja huma ta' Lm 40 fis-sena f'każ li jalloġġaw tlieta jew erba` studenti, jew ta' Lm 20 fis-sena f'każ fejn jalloġġaw wieħed jew żewġ studenti. Hemm ukoll ħlas ta' Lm 25 kull sena għal kontribuzzjoni lill-Awtorita` Maltija għat-Turiżmu li titnaqqas għal Lm 20 jekk titħallas fi żmien tliet xhur.
Elezzjonijiet tal-kunsilli lokali — Votanti li talbu l-għajnuna tal-kummissarji elettorali
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid, lokalita' b'lokalita', kemm kienu dawk il-votanti li talbu l-għajnuna tal-kummissarji elettorali sabiex jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li saru fit-12 ta' Ġunju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-għadd ta’ votanti li talbu l-għajnuna ta’ l-assistenti kummissjonarji elettorali sabiex jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali fit-12 ta’ Ġunju 2004, lokalità b’ lokalità kienu skond it-tabella annessa.
Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew — Votanti li talbu l-għajnuna tal-kummissarji elettorali
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm votanti li talbu l-għajnuna lil kummissarji elettorali biex jivvotaw fl-elezzjoni għall-Parlament Ewropew li saru fit-12 ta' Ġunju? Jista' jagħti l-figura għal Għawdex separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-għadd ta’ votanti li talbu l-għajnuna lill-assistenti kummissjonarji elettorali sabiex jivvotaw fl-elezzjoni għall-membri tal-Parlament Ewropew li saret fit-12 ta’ Ġunju 2004, kien ta’ 12,679. F’Għawdex l-ammont kien ta’ 1,010.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il segretarju eżekuttiv kellu kull kunsill lokali individwalment minn mindu twaqqfu u kemm damu fil-kariga kull wieħed?
Kemm kienu s-segretarji eżekuttivi li mxew minn kunsill lokali għall-ieħor u minn liema kunsill telqu u fejn marru?
Kemm-il segretarju eżekuttiv irriżenja mill-kariga tiegħu fiż-żmien tal-kuntratt ta' l-impjieg?
Jista' jgħid jekk is-segretarji eżekuttivi humiex uffiċjali pubbliċi? X'inhi r-raġuni ta' dan?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi l-informazzjoni mitluba għadha trid tinġabar, tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Elezzjonijiet tal-kunsilli lokali — Votanti li talbu l-għajnuna tal-kummissarji elettorali
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid, lokalita' b'lokalita', kemm kienu dawk il-votanti li talbu l-għajnuna tal-kummissarji elettorali sabiex jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li saru fit-12 ta' Ġunju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
(Tweġiba mogħtija: 05/07/2004PM)
(Seduta Numru: 146)