B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 10703 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhu l-użu tal-Barriera bonded stores? B'liema titolu għaddew dawn l-imħażen lill-Barriera tax warehouse limited? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim? Min huma d-diretturi ta' l-istess kumpannija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Barriera Bonded Stores huma mħażen fejn diversi importaturi jpoġġu merkanzija bħal tabakk immanifatturat, inbejjed u xorb alkoħoliku li jekk ikunu ġejjin minn Stati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea ma jkunx tħallas dazju tas-sisa u l-VAT fuqhom u jekk ġejjin minn pajjiżi terzi ma jkunx tħallas id-dazju fuq l-importazzjoni.
Bid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, id-Dwana ta’ Malta ma setgħetx tibqa’ tmexxi u tikkontrolla b’mod dirett dawn l-imħażen u għalhekk ġiet fi ftehim mal-biċċa l-kbira ta’ l-operaturi li ffurmaw il-kumpanija Barriera Tax Warehouses Limited biex tmexxi l-operazzjonijiet f’dawn l-imħażen għan-nom tagħha. Din il-kumpannija għandha l-istatus ta’ Authorized Warehouse Keeper kif provdut fil-liġi dwar id-Dazju tas-Sisa, Kap. 382.
Lista tad-Diretturi tinsab fl-aħħar faċċata tal-ftehim li kopja tiegħu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid dawk il-fondi li nqatgħu minn holiday flats ma' l-MTA għandhomx il-kontijiet ta' l-ilma u d-dawl b'rati kummerċjali jew b'rati domestiċi? Jekk b'rati kummerċjali, jaf li huma diversi dawk l-abitazzjonijiet li preżentement huma vojta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta ħarġet iċ-ċittadinanza Maltija tal-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Kemm kien ilu Malta qabel ingħatatlu ċ-ċittadinanza?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, ilha tgħix Malta għal madwar 6 snin u nofs u li hija miżżewġa ma' ċittadin ta' Malta, akkwistat iċ-ċittadinanza Maltija fl-10 ta' Jannar, 2005.
Dipartiment ta' l-Artijiet — Barriera Bonded Stores
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu l-użu tal-Barriera bonded stores? B'liema titolu għaddew dawn l-imħażen lill-Barriera tax warehouse limited? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim? Min huma d-diretturi ta' l-istess kumpannija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li mill-arkivji tat-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern jirriżulta li l-Barriera Bonded Stores huma mikrija lid-Dipartiment tad-Dwana. Għalhekk l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru ikkonċernat.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6929, jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu sal-lum mill-awtoritajiet konċernati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-pożizzjoni ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għada l-istess. Ir-Reġistru ta' l-Art u d-Dipartiment ta' l-Artijiet infurma lill-Awtorità li l-art imsemmija mhijiex irreġistrata, għalhekk is-sid m'huwiex magħruf.
Jista' il-Ministru jara li ssir u tingħata t-tarmac Triq il-Qanpiena l-Kbira f'Tal-Qattus Birkirkara, liema triq illum tinsab fi stat diżastruż?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-triq msemmija mill-Onorevoli Interpellant taqa' taħt ir-responsabbilta tal-gvern ċentrali w hija nkluża fil-programm tat-toroq li jridu jsiru. Id-Direttorat qed iħejji programm għall-bini ta’ toroq ġodda u t-triq imsemmija se ssir skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista' il-Ministru jara li jinxtegħel id-dawl u/jew jissewwew il-bozoz mitfija li hemm fiż-zebra crossing li hemm fi Triq Naxxar, Birkirkara viċin il-pompa tal-pterol Falzon?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Id-Direttorat ta’ l-Imaniġġjar tat-traffiku informa lill-Enemalta, Distrett ta’ Birkirkara, sabiex tittieħed kull azzjoni meħtieġa f’dan ir-rigward.
Jista' il-Ministru jgħid meta hemm ħsieb li jsiru t-tiswijiet neċessarji fit-toroq segwenti:
Triq Giuzeppa Xuereb, Swatar Birkirkara; Triq is-Sisla, Swatar Birkirkara; Triq Giuzeppa Psaila, Swatar Birkirkara?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-toroq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant huma kollha responsabilita’ tal-Gvern Ċentrali u huma inklużi fil-programm tat-toroq li jridu jsiru. Id-Direttorat qed iħejji programm għall-bini ta’ toroq ġodda u dawn se jsiru skond il-prijoritatjiet li jirriżultaw.
Jista' il-Ministru jgħid dawk il-fondi li nqatgħu minn holiday flats ma' l-MTA għandhomx il-kontijiet ta' l-ilma u d-dawl b'rati kummerċjali jew b'rati domestiċi? Jekk b'rati kummerċjali, jaf li huma diversi dawk l-abitazzjonijiet li preżentement huma vojta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu tinforma lill-Water Services Corporation b'dawk il-postijiet li ma jibqgħux liċenzati ma' l-Awtorita' biex jintużaw bħala holiday premises. Dan appuntu jsir biex ir-rati tad-dawl u l-ilma ma jibqgħux b' rata kummerċjali.
Jista' il-Ministru jara li jinxtegħel id-dawl u/jew jissewwew il-bozoz mitfija li hemm fiż-zebra crossing li hemm fi Triq Naxxar, Birkirkara viċin il-pompa tal-pterol Falzon?
Jista' il-Ministru jara li jinxtegħel id-dawl u/jew jissewwew il-bozoz mitfija li hemm fiż-zebra crossing li hemm fi Triq Naxxar, Birkirkara viċin il-pompa tal-pterol Falzon?
Jista' il-Ministru jgħid meta hemm ħsieb li jsiru t-tiswijiet neċessarji fit-toroq segwenti:
Triq Giuzeppa Xuereb, Swatar Birkirkara; Triq is-Sisla, Swatar Birkirkara; Triq Giuzeppa Psaila, Swatar Birkirkara?
Jista' il-Ministru jgħid meta hemm ħsieb li jsiru t-tiswijiet neċessarji fit-toroq segwenti:
Triq Giuzeppa Xuereb, Swatar Birkirkara; Triq is-Sisla, Swatar Birkirkara; Triq Giuzeppa Psaila, Swatar Birkirkara?
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 6929, jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' proċeduri li nbdew xhur ilu u dan sabiex filwaqt li jiġu magħrfa s-sidien legali tas-sit jiġu avżati jnaddfu l-post u jibni ċint skond il-liġi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li s-sid ta’ l-art għadu ma ġiex identifikat. Sadanittant se nitlob lill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) jużaw il-provvedimenti ta’ Art 55(A) tal-Liġi għall-Ippjanar ta’ l-Iżvilupp għal dan il-każ.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx statistika ta' dawk il-persuni li jagħmlu użu mit-trasport pubbliku bejn il-Kottonera u l-Belt Valletta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat illi minn informazzjoni miġbura mis-sistema tal-Bus Ticketing Machine, ittieħed kampjun tal-passiġġieri li għamlu użu mit-trasport pubbliku fuq ir-rotot tal-Kottonera u l-Belt Valletta. Din l-informazzjoni ġiet meħuda fuq il-perjodu ta bejn il-15 ta’ Novembru u il-21 ta’ Novembru 2004.
Rotta 3 - Senglea
8, 384
Rotta 1- Birgu (via Verdala)
1, 610
Rotta 6 – Birgu (via Gavino Gulia)
11, 483
Rotta 4 - Kalkara
7, 999
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'sar mit-93 digital camera li nqabdu mill-uffiċċju tad-dwana (seizure note nru. 30/2004)? Meta se jingħataw lura lil sidhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-preżent, it-93 digital cameras li nqabdu mill-Uffiċċju tad-Dwana (Seizure Note Numru 30/2004) jinstabu taħt il-kustodja ta’ l-istess Dwana biex ’il quddiem jiġu esibiti bħala corpus delicti ġewwa l-Qorti fejn mistenni jitressaq persuna in konnessjoni ma każijiet ta’ serq u kuntrabandu.
Jista' il-Ministru jgħid meta hemm ħsieb li tiġi rranġata Triq Kanonku Bonnici, Santa Venera?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi t-Triq imsemmija kienet ġiet asfaltata żmien ilu, imma peress li x-xogħol fiha kien sar ħażin, fil-preżent din it-Triq qed tiġi investigata sabiex jiġi stabilit x'għandu jsir.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti fil-Kottonera li jaħdmu l-Belt Valletta u l-Furjana?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hemm 1,466 persuni residenti fil-Kottonera (Kalkara, Birgu, Isla u Bormla) li jaħdmu l-Belt Valletta u l-Florjana. Ġejt informat li r-rekords ta' l-ETC huma skond l-indirizz ta' min iħaddem u mhux skond il-lokazzjoni tal-post tax-xogħol fejn qed jaħdmu l-impjegati.