Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet pendenti? Meta sar l-allegat reat ta' dawk li qegħdin jistennew u x'tip ta' reat allegatament wettqu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi sad-19 ta' Awissu 2006 kien hemm 39 ġurijiet pendenti. Id-dettalji dwar dawn mitluba mill-Onor. Interpellant huma kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm tħallsu allowances din is-sena lill-personnel ta' l-Armata u kemm għadhom pendenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li mill-1 ta’ Jannar sad-9 ta’ Settembru ta’ din is-sena (ċioe’ l-aħħar pagament tal-paga) tħallset is-somma ta’ Lm 922,594.59 f’allowances lill-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta. M’hemmx pagamenti ta’ allowance li għadhom pendenti
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tfal inqabdu ġo postijiet ta' divertiment fejn ma jistgħux jidħlu din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Awissu ta' l-2006, il-Pulizija bdiet proċeduri quddiem il-Qorti kontra 17-il persuna responsabbli minn postijiet ta' divertiment, wara li kienu nstabu 48 persuna taħt is-sittax-il sena f'postijiet ta' divertiment.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni ttellgħu l-qorti talli pejpu f'postijiet fejn it-tipjip mhux permess?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena il-Pulizija ħadet passi quddiem il-Qorti kontra 580 persuna talli pejpu ġewwa postijiet fejn it-tipjip huwa pprojbit.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru bomb hoaxes din is-sena u fejn saru?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Awissu ta' l-2006, il-Pulizija kellha 41 rapport dwar bomb hoax, f'dawn il-lokalitajiet:
Birkirkara
Luqa
Mosta
Qormi
San Pawl il-Baħar
Birżebbugia
Marsa
Msida
Rabat
Sliema
Floriana
Marsascala
Naxxar
Rabat (Għawdex)
Valletta
Għajnsielem
Mdina
Paola
San Ġiljan
Żabbar
Ħamrun
Mellieħa
Pieta'
San Ġwann
Żejtun
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm twieldu tfal minn nisa mhux miżżewġa din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li skond informazzjoni miġbura mill-Uffiċċju ta' l-Istatistika, in-numru ta' tfal li twieldu minn nisa mhux miżżewġa għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Lulju 2006 kien ta' 318. Din il-figura tkopri Malta u Għawdex.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu immigranti illegali din is-sena? Kemm minnhom ġew ripatriati u lejn liema pajjiż?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Awissu ta' l-2006, kien hemm 285 persuna ta' nazzjonalita' barranija li nstab li kienu Malta illegalment, li minnhom 271 diġa' ġew ripatrijati fl-Alġerija, Bulgarija, Ċina, Eġittu, Georgia, Libja, Moldova, Marokk, Niġerja, Rumanija, Russja, Sirja, Tuneżija, Turkija, Ukrajna, Uzbekistan u Jugoslavja.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru reati ġo Paceville matul din is-sena u x'kienu r-reati rrapportati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Awissu ta' l-2006, il-Pulizija kellha rapporti dwar 392 reati li jidhru li seħħew ġewwa Paċeville. Dawn kienu jinkludu attentati ta' offiżi, offiżi fuq il-persuna, ħsara volontarja, offiżi relatati ma' droga, falsifikazzjoni, offiżi relatati ma' immigrazzjoni, offiżi sesswali, serq u ksur ta' buon ordni.
Jista' il-Ministru jgħid kemm persuni nqabdu jaħdmu bla permess din is-sena? Kemm minnhom kienu qed jirreġistraw għax-xogħol? Kemm kienu Maltin u kemm kienu barranin?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minn Jannar sa Lulju ta’ din is-sena, is-sezzjoni tal-Law Compliance tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħrig għamlet 2,985 spezzjoniet fejn intervistaw 4,820 persuna. Minn dawn, 1,254 persuna (1,173 Maltin, 81 Barranin) instabu jaħdmu mingħajr ma kienu ddikjaraw dak ix-xogħol, mal-Korporazzjoni.
Il-persuni barranin li nstabu jaħdmu mingħajr permess kienu 81 - 7 mill-U.E. u 74 minn pajjizi barra mill-U.E.
Informat ukoll li mill-ħaddiema Maltin li nstabu jaħdmu mingħajr ma nfurmaw lill-Korporazzjoni, 123 kienu qed jirregistraw għax-xogħol.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni ttellgħu l-qorti akkużati li biegħu alkaħol lil tfal taħt l-eta' din is-sena u x'weħlu f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illli matul din is-sena, s'issa il-Pulizija ressqet persuna quddiem il-Qorti talli serva xorb alkoħoliku lill-persuni taħt is-sittax il-sena. Din il-persuna kienet misjuba ħatja u weħlet Lm25 multa.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn opri tal-baħar reġistrati llum u x'tip huma?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita Marittima iżżomm żewġ tipi ta' reġistri ta' opri tal-baħar. Wieħed,li jissejjaħ Small Ships Register li huwa ntenzjonat għal dawk l-opri li joperaw fl-ibħra territorjali Maltin u l-ieħor li jissejjaħ "ir-Reġistru tal-Bastimenti Merkantili" li huwa ntiż għall-yachts, opri tal-baħar kif ukoll għall-bastimenti li joperaw ukoll fl-ibħra internazzjonali.
Għaldaqstant,in-numri maħruġin taħt ir-reġistru tas-Small Ships ta' l-Awtorita Marittima, sa 22 ta' Settembru 2006, wasal sa 16902. Minn dawn, hemm 12855 opra tal-baħar li huma attivi. Dawn huma maqsuma kif ġej:
Opri mingħajr magna taħt 12 il-pied 2330
Opri mingħajr magna il-fuq minn 12 il-pied u
opri bil-magna sa 10 HP 5221
Opri b'magna ta' l fuq minn 10 HP iżda inqas minn 25 HP 754
Opri b'magna ta' l fuq minn 25 HP iżda inqas minn 50 HP 1198
Opri b'magna ta' l fuq minn 50 HP iżda inqas minn 75 HP 725
Opri b'magna ta' l fuq minn 75 HP iżda inqas minn 150 HP 1898
Opri b'magna ta' 'l fuq minn 150 HP 729
Total 12855
Rigward ir-reġistru tal-bastimenti Merkantili,l-informazzjoni għal perjodu li jagħlaq fl-aħħar ta' Settembru 2006 għada qed tinġabar u tkun inkluża fir-rapport annwali ta' l-Awtorita Marittima ta' Malta għas-sena Ottubru 2005 - Settembru 2006 li jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra tad-Deputati kemm jista' jkun malajr skond il-provveimenti ta' l-artikolu 20 ta' l-Att ta' l-1991 dwar l-Awtorita Marittima ta'Malta.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni bejn it-18 u l-21 sena li għandhom liċenzji tal-kaċċa u kemm hemm pendenti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hawn 1,078 persuna taħt il-21 sena li għandhom liċenzja sabiex iġorru arma tan-nar għal skop ta' kaċċa, filwaqt li 134 oħra għandhom l-applikazzjoni tagħhom qed tkun proċessata.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew towed u clamped vetturi din is-sena? Fejn saru?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar in-numru ta' vetturi li ġew towed u clamped minn Jannar sa Awissu ta' din is-sena hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hawn suldati li għandhom degree jew diploma universitarja? X'inhi, u x'rank għandhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi fil-preżent, fil-Forzi Armati ta’ Malta, hemm 27 membru li għandhom degree jew diploma universitarja. Id-dettalji tar-rank u diploma jew degree, qegħdin fit-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra
B'riferenza għal vacancies li kien hemm mal-Konservatorju Vincenzo Bugeja għall-programm Fejda, tista' il-Ministru tgħid:
1) X'
vacancies
kien hemm?
2) Min ħadhom? Fuq liema kriterji ġew magħżula in-nies?
3) Meta ħarġu l-applikazzjonijiet? Meta saret l-għażla?
4) Għalfejn kellhom jerġgħu jinfetħu l-applikazzjonijiet mill-ġdid?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fil-Programm Fejda kien hemm vakanzi ta' żewġ full-time Care Workers u numru żgħir ta' bejn tnejn u tlett reliever Care Workers. Sejħa għall-applikazzjonijiet dwar dawn il-vakanzi ġiet ippublikata f'gazzetta lokali tal-Ħadd, 30 ta' Lulju 2006.
Ninsab infurmata wkoll li ż-żewġ full-time Care Workers li huma Ms Domenique Bonnici u Ms M'Anne Farrugia, ġew magħżula reċentement filwaqt li l-proċess ta' l-għażla tar-relievers għadu sejjer. L-għażla, kemm tal-full-timers kif ukoll tar-relievers, issir a bażi ta' l-esperjenza, t-taħriġ u l-ħila relatata max-xogħol partikolari f'dan il-qasam, li jkollhom l-applikanti.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmata li ma kellhomx jerġgħu jiftħu l-applikazzjonijiet mill-ġdid. Fil-fatt l-aħħar applikazzjonijiet u ngaġġ fi Programm Fejda sar aktar minn sena ilu.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inqatgħu nies minn fuq l-ewwel parti tar-reġistru s-sena l-oħra u għaliex?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-2005 inqatgħu 2,267 persuna minn fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru. Mill-2,267 persuna, 323 persuna nqabdu jaħdmu u jirreġistraw, 1,440 persuna rrifjutaw opportunita' ta' xogħol filwaqt li 504 persuna rrifjutaw opportunita' ta' taħriġ.