Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għajuna Soċjali — Persuni Barranin

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn persuni barranin fuq ir-relief illum u minn liema pajjiż huma?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li hawn 65 persuna barranija li qed tirċievi l-Għajnuna Soċjali. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba fit-Tieni Parti tal-Mistoqsija.

Xiri ta' Proprjeta' minn Barranin

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inxtrat proprjeta' is-sena l-oħra u din is-sena minn persuni barranin u minn liema pajjiż kienu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ permessi li ħarġu taħt l-Att dwar Akkwist ta’ Propjeta’ Minn Persuni Mhux Residenti (Kap 246) kien ta’ 381 matul l-2005 u ta’ 231 matul l-2006 mill-pajjiżi kif jidher fl-annessa Rabella ‘A’ għal matul l-2005 u Tabella ‘B’ għal matul l-2006. F’kull każ in-numru globali ta’ persuni hu aktar għax proprjeta’ waħda tkun inxtrat minn koppja u mhux minn persuna waħda. Ma jfissirx li l-kuntratti tal-permessi li ħarġu jkunu ġew konklużi.

Resident Permits

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni barranin li għandhom resident permit illum u kemm hemm minnhom li huma mill-Unjoni Ewropea u/jew pajjiżi applikanti? Kemm hemm minnhom li ilhom jgħixu hawn għal erba' snin, ħames snin jew aktar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hawn 18,646 persuna ta' nazzjonalita' barranija li għandhom karta ta' l-identita' bħala residenti f'Malta, skond l-Att dwar il-Karta ta' l-Identita' (Kap 258). Minn dawn 9,937 huma minn pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea. Dawn jinkludu l-konjugi/tfal ta' ċittadini Maltin, residenti permanenti, barranin li jaħdmu Malta bil-permess, oħrajn li jingħataw estensjoni tal-visa, studenti barranin eċċ. Mhux bilfors li dawn il-persuni li għandhom karta ta' l-identita' fil-fatt, qed jgħixu f'Malta. L-informazzjoni rigward kemm ilhom jgħixu Malta ma tinġabarx b'mod elettroniku.

Enemalta — Cables

Question

Jista' il-Ministru jgħid: 1) kemm-il cable ta' 33KVA jew iktar jeżistu f'Malta u Għawdex u f'liema lokalitajiet jinsabu? Minn dawn, liema minnhom jinsabu għaddejjin fuq l-art permezz ta' pylons u liema minnhom għaddejjin taħt l -art? 2) X'regolamentazzjoni teżisti f'Malta in relazzjoni ma' cables ta' din ix-xorta għas-salvagwarda tal-pubbliku, x'regolamentazzjoni teżisti f'ambitu ewropew, jekk Malta hijiex konformi ma' l-istandards ewropej in materja? Liema awtorita' hija responsabbli sabiex tassigura li l-Enemalta qed tirrispetta r-regolamentazzjoni in materja? 3. X'lifetime għandhom il-pylons u l-brackets tagħhom u l-cables innifshom, kull kemm jinbidlu u x'manutenzjoni ssir? 4. Meta jkunu għaddejjin fuq l-art, x'għoli jrid jinżamm, jekk dan l-għoli jinkludix l-għoli ta' vetturi li jgħaddu taħt il-cables u jekk dan l-għoli huwiex rispettat? 5. Kemm-il każ jeżisti bħalissa ta' bini mibni viċin wisq ta' cables simili, u x'azzjoni qed tittieħed? Fuq liema linji timxi l-awtorita' ta' l-ippjanar in relazzjoni ma' applikazzjonijiet għal żvilupp fil-viċinanza ta' cables simili? 6. Kemm-il inċident seħħ fl-aħħar għaxar snin in konnessjoni ma' cables simili, u kemm minn dawn kienu jinvolvu korrimenti u/jew mewt? X'investigazzjonijiet saru, x'kienu l-konklużjonijiet u x'azzjoni ttieħdet f'kull każ? Huwa minnu li mietu tliet ħaddiema f'Ħal Luqa 20 sena ilu, ħaddiem il-Mosta tmien snin ilu u korra ħaddiem f'Ħal Qormi erbgħa snin ilu u safa inkapaċitat? 7. Huwa minnu li sar tunnel taħt l-art mill-kumpannija Rock Cut Ltd bejn il-Marsa u l-Mosta bosta snin ilu sabiex il-cables in kwestjoni jgħaddu taħt l-art u baqgħu ma ġewx mgħoddija minn hemm avolja x-xogħlijiet tat-tunnel tlestew u l-kuntrattur tħallas?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-kamra l-informazzoni mitluba.

Xiri ta' Mediċini

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandu jagħti flus id-dipartiment tas-saħħa fuq ħlas għal xiri ta' mediċini?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern għandu jħallas Lm8,960,900 fl-aħħar ta' Settembru 2006 għall-xiri ta' mediċini u tagħmir mediku. Dan l-ammont jista' jvarja minħabba li hemm xi fatturi li jkunu għadhom ma ġewx irrekordjati fis-sistema għax għadhom ma ġewx riċevuti mill-Goverment Pharmaceutical Services. (GPS). Bħalissa s-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern jixtru medja ta' Lm2,292,033 fix-xahar waqt li jħallas medja ta' Lm2,342,355.

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li weħlu piena ta' ħabs din is-sena? Kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm weħlu u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li weħlu sentenza matul din is-sena kien ta’ mitejn u tlett (203) irġiel u għaxar (10) nisa. Bejniethom dawn ingħataw mitejn u tmienja u disgħin (298) sentenza. Tul tas-sentenzi:- Bejn ġurnata u xahar 80 Bejn 16-il sena u għoxrin sena 1 Minn xahar sa tlett xhur 38 Għoxrin sena u aktar 1 Bejn tlett xhur u sitt xhur 38 Għomor 0 Bejn sitt xhur u sena 37 Mental Health Act 2 Bejn sena u sentejn 34 Meħlusa 3 Bejn sentejn u erba’ snin 29 Mogħtija probation 8 Bejn erba’ snin u tmien snin 7 Sentenza sospiża 12 Bejn tmien snin u tnax-il sena 5 Multa 2 Bejn 12-il sena u sittax 1 Ir-reati li dwarhom ġew sentenzjati:- Theddid 12 Arrest illegali 4 Tibdil ta’ multi/spejjeż perizjali f’ħabs 100 Ksur ta’ kundizzjonijiet 5 Konnessi ma’ droga 41 Traffiku 6 Grieħi ta’ natura gravi 9 Prostituzzjoni 3 Serq 65 Omiċidju/attentat 7 Stupru, indiċenza, relatati ma’ sess 7 Oħrajn 28 Ħsara volontarja 5 Frodi/Miżappropazzjoni/Falsifikazzjoni 6

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid illum kemm hemm ħabsin? Kemm minn dawn qegħdin hemm wara sentenza tal-qorti u kemm hemm fuq arrest priventiv? Kemm minn dawn huma nisa? Kemm hemm barranin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-31 ta' Awissu 2006, kien hemm tlett mija u ħamsa u erbgħin priġunier (345). Maltin 212 irġiel u 9 nisa Barranin 119 irġiel u 5 nisa Maltin sentenzjati 168 irġiel u 5 nisa Maltin arrestati 44 irġiel u 4 nisa Barranin sentenzjati 54 irġiel u 5 nisa Barranin arrestati 65 irġiel u 0 nisa

Single Parents — Servizzi soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn single parents fuq ir-relief illum u x'eta' għandhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pulizija — Każi ta' Stupru

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' stupru din is-sena? Kemm kellhom eta' dawk stuprati u ta' liema nazzjonalita' kienu? Kemm ġew solvuti minn dawn il-każi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' l-2006, ġew irrapurtati lill-Pulizija 23 każ ta' stupru. Dawn ir-rapporti kienu jirrigwardjaw 25 persuna li l-etajiet tagħhom kienu jvarjaw bejn 12 u 46 sena. Fosthom kien hemm: Maltin 11 Eritrej 1 Ċeki 1 Ingliżi 2 Svediżi 2 Ġappuniżi 1 Finlandiżi 2 Pollakki 2 Libjani 1 Svizzeri 1 Norveġiżi 1 Minn dawn s'issa, ġew solvuti 16 il-każ.

Servizz Pubbliku — Impjegati Sospiżi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni impjegati maċ-ċivil li llum jinsabu sospiżi? Minn liema dipartimenti huma u għaliex ġew sospiżi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal uffiċjali pubbliċi li bħalissa jinsabu interdetti mill-eżerċizzju tas-setgħat u tal-funzjonijiet tal-kariga tagħhom. Ninsab infurmat li bħalissa hemm 58 uffiċjal pubbliku li jinsabu interdetti mill-eżerċizzju tas-setgħat u tal-funzjonijiet tal-kariga tagħhom. It-tagħrif l-ieħor mitlub mill-Onorevoli Interpellant jinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Servizz Pubbliku — Impjegati Imkeċċija

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm tkeċċew persuni miċ-ċivil din is-sena? Għaliex tkeċċew u minn liema dipartiment kienu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li s’issa, din is-sena tkeċċew tlett uffiċjali pubbliċi mis-Servizz Pubbliku. It-tagħrif l-ieħor mitlub mill-Onorevoli Interpellant jinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Servizz Pubbliku — Impjegati Ġodda

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati nies mad-diversi dipartimenti tal-gvern din is-sena? Ma' liema dipartiment daħlu u x'xogħol jagħmlu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Jannar u l-25 t’Awissu ta’ din is-sena, ġew impjegati 125 Uffiċjal Pubbliku fil-Ministeri u Dipartimenti tal-Gvern, filwaqt li matul l-istess perjodu, spiċċaw 657 ħaddiem. Dettalji ta’ fejn ġew impjegati dawn il-persuni u l-grad tagħhom jidhru fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Każi ta' Abbuż fuq it-Tfal

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' abbuż fuq it-tfal din is-sena? X'tip ta' abbuż kien, kemm tressqu persuni l-qorti u x'weħlu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' l-2006, ġew irrapurtati lill-Pulizija sitta u tletin (36) każ ta' abbuż fuq persuni taħt l-eta' ta' tmintax-il sena, li fil-maġġor parti tagħhom kienu jirrigwardjaw abbużi sesswali. Dwar dawn il-każi ġew immressqa quddiem il-Qorti erbgħa u tletin (34) persuna. Ħamsa minnhom kellhom il-każ deċiż, fejn wieħed ingħata piena ta' priġunerija, filwaqt li l-erbgħa l-oħra ngħataw sentenza sospiża.
Leg 10 PQ #20518 Sitting 439 2006-10-17 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Rapporti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ikkummissjonati rapporti fid-dekasteru tiegħu kull sena għal dawn l-aħħar erba' snin? Kemm swew kull wieħed u x'inhuma dawk pendenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant.