Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' l-2006, il-Pulizija ressqet 331 persuna ta' nazzjonalita' barranija quddiem il-Qorti. Fost in-nazzjonalita' kien hemm dawn il-pajjiżi:
Alġerija, Awstralja, Bosnia Herzegovina, Brażil, Bulgarija, Kanada, Chad, Ċina, Kolombja, Kroazja, Eġittu, Eritreja, Etjopja, Franza, Ġermanja, Ghana, Ingilterra, Irlanda, Iraq, Italja, Kosta ta' l-Avorju, Ġordan, Kuwajt, Latvja, Libanu, Liberja, Libja, Litwanja, Mali, Marokk, Messiku, Moldavja, Niġerja, Pakistan, Palestina, Filippini, Polonja, Rumanija, Russja, Serbja, Slovakkja, Slovenja, Somalja, Stati Uniti, Sudan, Svezja, Svizzera, Sirja, Turkija, Tuneżija, Ukranja, Jugoslavja u Żimbabwe.
L-akkużi kienu jinkludu, fost oħrajn, serq, offiża fuq il-persuna, frodi u falsifikazzjoni, pussess/traffikar ta' droga, theddid u inġurji, reżistenza fuq uffiċjali pubbliċi, ħsara volontarja, offiżi sesswali, ħrib minn post ta' kustodja, ksur tal-liġi tad-Dwana u tal-VAT u ksur tal-liġi ta' l-Immigrazzjoni.