Legislature:
Category:
Reset
Active:

Affarijiet Rurali u Ambjent — Karozzi Mikrijin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija fid-dekasteru tiegħu, fejn qegħdin, kemm swew is-sena l-oħra u kemm kien il-fuel bill tagħhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar; tweġiba tingħata f’Seduta oħra.
Leg 10 PQ #20858 Sitting 449 2006-11-01 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Karozzi Mikrijin

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm karozzi mikrija fid-dekasteru tagħha, fejn qegħdin, kemm swew is-sena l-oħra u kemm kien il-fuel bill tagħhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Investiment, Industrija u Teknoloġija għall-Informazzjoni — Karozzi Mikrijin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija fid-dekasteru tiegħu, fejn qegħdin, kemm swew is-sena l-oħra u kemm kien il-fuel bill tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Fid-Dekasteru tiegħi, għandi żewġ karozzi mikrija. Dawn qegħdin fil-Ministeru tiegħi. Matul is-sena l-oħra, il-kera tagħhom kienet tammonta għall-Lm3310 waqt li l-ispiża tal-fuel laħqet is-somma ta' Lm1099.

Personalised Number Plates

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn personalised number plates illum?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li personalised plates bi tlett ittri u tlett numri hemm 64,348 filwaqt li personalised plates b'special alphabetical format and/or special numeric format hemm 368.

Maħfriet Presidenzjali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw maħfriet presidenzjali f'dawn l-aħħar għaxar snin? Lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni ta' kull maħfra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant, dwar maħfriet presidenzjali f'dawn l-aħħar snin, hu kif jidher fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Wieħed jifhem li mhux prudenti li jingħataw l-ismijiet ta' individwi. Nirreferih ukoll għat-Tweġiba li kienet ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 25227 fis-Seduta Nru 542 tat-23 ta' Mejju 2001, fil-Leġislaturi ta' qabel.

Persuni rrapportati nieqsa

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni irrapportati nieqsa llum u kemm ilhom neqsin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi f'dawn l-aħħar 36 sena kien hemm 69 persuna li kienu ġew irrapurtati nieqsa u ma nstabux. L-iktar każ antik imur lura sas-7 ta' Frar 1970, filwaqt li l-aktar wieħed riċenti kien fis-27 ta' Marzu 2006. Minn dawn 18 kienu Maltin, u 51 barranin.

Serq minn/ta' karozzi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru serqiet ta' karozzi u minn karozzi f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minnhom ġew solvuti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant huwa kif ġej: Serq ta’ vetturi Irrapurtati misruqa Misjuba 2002 713 439 2003 881 611 2004 803 570 2005 672 450 2006(sa’ l-aħħar ta’ Settembru) 423 274 Serq minn vetturi Każi irra purtati Solvuti 2002 3290 137 2003 3211 80 2004 3401 118 2005 3484 79 2006(sa’ l-aħħar ta’ Settembru) 2125 74

Elezzjonijiet Lokali — Barranin

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' barranin li vvotaw f'kull elezzjoni lokali minn mindu dawn bdew isiru?

Response (BORG, TONIO)

Peress li l-elezzjonijiet lokali jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Kummissjoni Elettorali, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli.
Leg 10 PQ #20843 Sitting 447 2006-10-31 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Cruiseliners — Turisti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew Malta turisti fuq cruiseliners is-sena l-oħra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fl-2005 (Jannar sa Diċembru) il-passiġġieri fuq cruise liners ammontaw għal 320,104, żieda ta' 28,283 passiġġier jew 9.7% meta mqabbla mas-sena 2004. Fis-sena 2005 is-swieq prinċipali kienu l-Italja (72,142), il-Ġermanja (63,228), Spanja (56,202) u l-Amerka (28,637).

Kunsilli Lokali — VAT

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm kunsilli lokali li ħallsu VAT matul dawn l-aħħar tliet snin? Liema kienu u kemm ħallsu kull wieħed tul l-istess perijodu?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, bħal kull persuna u entita' oħra, il-Kunsilli Lokali kollha jħallsu l-VAT meta jixtru xi oġġett jew servizz. L-informazzjoni ta' kemm tħallas VAT qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.

ETC

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni gainfully occupied kull xahar is-sena l-oħra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' persuni gainfully occupied kull xahar fis-sena 2005 kien hekk : 2005 Numru Jannar 137,561 Frar 137,538 Marzu 137,462 April 137,603 Mejju 138,183 Ġunju 138,200 Lulju 138,860 Awissu 138,892 Settembru 138,958 Ottubru 138,517 Novembru 138,539 Diċembru 137,937

Gwardjani Lokali — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet minn gwardjani lokali s-sena l-oħra? Fuq xiex kienu u fejn saru? Kemm minnhom ġew preskritti u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 18779. Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda lista sħiħa li turi għal x'hiex ingħataw dawn iċ-ċitazzjonijiet u f'liema lokalitajiet. Dwar kemm ġew preskritti ċitazzjonijiet, l-informazzjoni qed tiġi miġbura u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.

Karozzi tal-Linja

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn karozzi tal-linja jaħdmu fil-preżent? Kemm għandhom żmien u kemm ġew introdotti ġodda f'dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li preżentament hemm 586 permessi ta’ xarabanks f’Malta u Għawdex. Minn dawn hemm preżentament 534 liċenzjati biex joperaw fit-triq. Jien infurmat ukoll li f'dawn l-aħħar għaxar snin ġew introdotti 131 xarabanks ġodda li għandhom inqas minn 10 snin u li jagħmlu parti mill-586 permessi eżistenti f’ Malta u Għawdex. Is-segwenti hija l-informazzjoni ta’ kemm hemm vetturi u kemm għandhom żmien. Data ta’ Manifattura Numru ta’ Vetturi 2000 - 2004 124 1999 – 1990 23 1989 – 1980 47 1979 – 1970 204 1969 – 1960 85 1960 jew data anqas 103