Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qorti tal-Familja — Rikorsi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala mhumiex jitħallew isiru fotokopji ta' rikorsi li jkunu ġew preżentati fil-Qorti tal-Familja u li ma jkunux għadhom ġew notifikati lill-kontro-parti? Jista' jgħid minn liema liġi toħroġ din ir-raġuni meta r-rikors li jkun ġie ppreżentat huwa dokument pubbliku u aċċessibbli għall-istess pubbliku?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bħala regola ġenerali, l-atti kollha ppreżentati quddiem il-Qrati Maltin fil-kawżi Ċivili, inkluż il-Qorti tal-Familja, huma kollha aċċessibbli għal pubbliku, mingħajr ebda distinzjoni dwar in-natura ta' l-att. Madanakollu, jista' jagħti l-każ illi tali aċċess ma jkunx possibbli jew minħabba f'ordni tal-Qorti, stante n-natura tal-każ jew inkella minħabba fil-fatt illi l-att ikun barra n-notifika u għalhekk ma jkunx aċċessibbli fil-mument illi jintalab aċċess għalih.

Triq Reġjonali — Sound barriers

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsiru sound barriers għal Triq Reġjonali? Jista' jgħid ukoll meta se jiġu stallati speed limit signs fi Triq il-Ferrovija in vista li qed ikun hemm sewqan eċċessiv?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport qeda tistudja diversi miżuri ta' titjib inklużi s-sound barriers bħala parti mill-proġett ta' upgrading fi Triq Reġjonali. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jikkjarifika għal liema Triq il-Ferrovija qed jirreferi sabiex l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta tkun tista' tevalwa din il-problema.

B'Kara — Wheelchairs

Question

Tista' il-Ministru tara li ssir rampa tal-wheelchairs quddiem Block D, Binja tat-Torri tal-Qattus, B'Kara u dan peress li hemm residenti li għandhom ħtieġa tagħha b'mod immedjat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għaddejt is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.

Direttur tas-Saħħa Pubblika — DH 2147/03

Question

B'riferenza għall-ittra DH 2147/03 mid-Direttur Saħħa Pubblika (Taqsima amministrazzjoni tad-Dfin), jista' il-Ministra jara li jsir ix-xogħol neċessarju sabiex ma jibqgħux isiru ħsarat għall-oqbra li hemm fl-East Division taċ-ċimiterju?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif ġie spjegat fl-ittra msemmija li għanda referenza DH 2147/03, ix-xogħolijiet li jinħtieġu jsiru fid-diviżjoni Lvant taċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata, hemm proċeduri mibdija dwarhom. Dawn ser isiru meta jkun hemm il-fondi neċessarji.

Ta' Paris — Żbir ta' Siġra

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21013 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu u jara li tinżabar/titneħħa siġra li hemm f'Ta' Paris wara block C1 u quddiem il-MUSEUM tat-tfal? Jaf li din is-siġra qed tkun ta' inkonvenjent enormi għar-residenti li qed ibatu minn invażjoni ta' nemus u wirdien?

Response (BORG, TONIO)

Bħal ma jaf l-Onor. Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.

Elezzjonijiet Lokali — Barranin

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20852 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm kien in-numru ta' barranin li vvotaw f'kull elezzjoni lokali minn mindu dawn bdew isiru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ barranin li vvutaw fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali kien ta 493 fl-2004, ta’ 633 fl-2005 u ta’ 604 fl-2006. Qabel is-sena 2004 kienet biss tinżamm statistika globali ta’ kemm ivvotaw nies.

Malta Shipyards — Executives

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm u min huma l-impjegati barranin li jaħdmu fil-grad ta' executives mal-Malta Shipyards Ltd.? X'pagi għandhom? Xi fringe benefits għandhom? Jista' jgħid min ħa t-tender tal-ħaddiema barranin tal-Malta Shipyards Ltd.?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li hemm tlett barranin li jaħdmu mal-Malta Shipyards fil-grad ta' executives li l-pakketti finanzjarju tagħhom ivarjaw minn Lm40,000 sa Lm70,000 b'allowance għall-akkomodazzjoni li jvarja minn Lm5,000 sa Lm9,600. Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-interpellant jispeċifika liema 'Tender tal-ħaddiema barranin' qiegħed jirreferi għalih.

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid u jagħti raġuni għalfejn persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, preżentement residenti il-faċilita' korrettiva ta' Kordin ġie trasferit minn division 5 għal division 6? Jista' jgħid ukoll għalfejn membri tal-familja tiegħu qed ikunu strip-searched kull darba li jkunu ħerġin mis-CCF?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-persuna indikata fil-mistoqsija, qegħda tinżamm fid-diviżjoni numru sitta għall-raġunijiet ta' sigurta'. Din ġiet trasferita f'din id-diviżjoni wara li xewwxet priġunieri oħra biex ma jobdux jew josservaw l-ordnijiet tal-ġurnata. Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat li hija xi ħaġa rari li persuni jiġu strip-searched wara li jkunu għamlu xi vista.

Awtorita' tad-Djar — Xogħlijiet f'residenza

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet l-applikazzjoni ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ma' l-awtorita' tad-djar u dan sabiex isiru x-xogħlijiet ta' irranġar u titjib fir-residenza tiegħu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar ħarġet l-ordni lill-kuntrattur biex jagħmel ix-xogħol li mistenni jibda fit-13 ta' Novembru 2006.

Ta' Paris — Żbir ta' Siġra

Question

Jista' il-Ministru jara li tinżabar/titneħħa siġra li hemm f'Ta' Paris wara block C1 u quddiem il-MUSEUM tat-tfal? Jaf li din is-siġra qed tkun ta' inkonvenjent enormi għar-residenti li qed ibatu minn invażjoni ta' nemus u wirdien?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li is-siġra msemmija taqà f'żona li hija responsabilita' tal-kunsill lokali ta' B'Kara u għalhekk għandha tiġi riferuta lill-Ministru responsabli mill-Kunsilli Lokali.

Birkirkara — Kindergarten assistants

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm kindergarten assistants fl-iskola primarja ta' Triq Brared, Birkirkara? Jista' jgħid kemm minnhom m'għandhomx klassi? X'inhu xogħolhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-Iskola Primarja ta' Birkirkara fi Triq Brared hemm 13-il Kindergarten Assistant. Disgħa (9) minnhom għandhom il-klassi. L-erbgħa (4) l-oħra jitqassmu hekk: Tnejn (2) lesti biex jieħdu t-tfal li jidħlu f'Jannar Waħda (1) lesta biex tieħu t-tfal li jidħlu f'April Waħda (1) li qiegħdha fuq (Temporary Transfer) qiegħdha extra biex tintbagħat flok Kindergarten Assistants fi skejjel viċin li jimirdu jew ikollhom bzonn xi siegħat 'leave'. Din ta' l-aħħar tista' tingħata transfer għal xi skola oħra jekk/meta jkun hemm bzonn.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — Karozzi Mikrijin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija fid-dekasteru tiegħu, fejn qegħdin, kemm swew is-sena l-oħra u kemm kien il-fuel bill tagħhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fil-preżent dan il-Ministeru għandu għaxar karozzi mikrija fid-dekasteru tiegħu, li tlieta minnhom qedgħin fil-Ministeru, tnejn oħra qedgħin fl-uffiċju tas-Segretarju Parlamentari u waħda fl-uffiċju tas-Segretarju Permanenti. Hemm ukoll waħda fid-Diviżjoni għall-Kummerċ, u tlieta oħra fid-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni. Jien infurmat ukoll li s-sena l-oħra l-ispiża fil-karozzi mikrijin kienet ta' Lm22,898 f'kirjiet u l-fuel bill tagħhom għall-istess sena 2005 kien dak ta' Lm5,169.

Riżorsi u Infrastruttura — Karozzi Mikrijin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija fid-dekasteru tiegħu, fejn qegħdin, kemm swew is-sena l-oħra u kemm kien il-fuel bill tagħhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura din is-sena hemm 26 karozza mikrija kif jidherhawn taħt:- Ministeru nkluż is-Segretarjat Permanenti 4* Direttorat għall-Affarijiet ta’ l-Unjoni Ewropea 1 Diviżjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi 1 Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni 8 Dipartiment tal-Bini u l-Inġinerija 1 Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta 1 Dipartiment tal-Financial Management 2 Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini 1 Dipartiment tal-Manifattura u s-Servizzi 1 Dipartiment għas-Servizz tat-Tindif 6 Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi 0 * waħda taħdem bl-elettriku Fl-2005, kien hemm spiża ta’ Lm 40,770.43ċ f’kiri ta’ karozzi, filwaqt li l-fuel bill tagħhom kien ta’ Lm16,209.36ċ.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Karozzi Mikrijin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija fid-dekasteru tiegħu, fejn qegħdin, kemm swew is-sena l-oħra u kemm kien il-fuel bill tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li fid-dekasteru tiegħi hawn 8 karozzi mikrija. Hemm 3 fil-Ministeru, 2 fis-Segretarjat għall-Kura ta' l-Anzjani, 2 fid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika u waħda fid-Dipartiment tal-Kura Primarja. Is-sena l-oħra dawn il-kirjiet swew Lm17,276.32. Il-fuel bill tagħhom sewa Lm3,260.65. Barra minhekk, isiru xi kirjiet okkazjonalment u għal ħinijiet limitati mill-Awtorita' dwar il-Mediċini għall-iskop ta' spezzjonijiet. Peress li hemm allegazzjonijiet dwar kirja/kirjiet f'isem l-Awtorita' li ma kienux awtoriżżati, għaddejja investigazzjoni mill-Pulizija, instigata mill-Ministeru.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Karozzi Mikrijin

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm karozzi mikrija fid-dekasteru tagħha, fejn qegħdin, kemm swew is-sena l-oħra u kemm kien il-fuel bill tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Żvilupp Urban u t-Toroq — Karozzi Mikrijin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija fid-dekasteru tiegħu, fejn qegħdin, kemm swew is-sena l-oħra u kemm kien il-fuel bill tagħhom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ karozzi mikrija matul din is-sena 2006 huma :- Awtorita’ dwar it-Trasport 27 Ministeru/Dipartiment 5 Fis-sena 2005 l-Awtorita’ dwar it-Trasport kellha 26 karozza mikrija filwaqt li l-Ministeru/Dipartiment kellu 4 karozzi mikrija. L-ispiża tal-kirja u tal- fuel tal-karozzi mikrija fis-sena 2005 kienet ta’ :- Awtorita’ dwar it-Trasport Fuel bill Lm 12,798 Kirja Lm 60,386 Ministeru/Dipartiment Fuel bill Lm 2,353.89 Kirja Lm 10,672.09 Fl-ispiża globali tal-kirjiet għal karozzi li ntużaw mill-Ministeru/Dipartiment hemm nklużi l-ispejjeż ta’ xi karozzi li nkrew fuq bażi temporanja meta xi karozza oħra kellha xi ħsara.
Leg 10 PQ #20865 Sitting 450 2006-11-01 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Karozzi Mikrijin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija fid-dekasteru tiegħu, fejn qegħdin, kemm swew is-sena l-oħra u kemm kien il-fuel bill tagħhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor interpellant hija kif indikat fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Żvilupp Urban u t-Toroq — Rapporti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ikkummissjonati rapporti fid-dekasteru tiegħu kull sena għal dawn l-aħħar erba' snin? Kemm swew kull wieħed u x'inhuma dawk pendenti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li r-rapporti li saru fid-dekasteru tiegħi kull sena għal dawn l-aħħar erba’ snin huwa kif jidher fil-lista :- Awtorita’ dwar it-Trasport Sena Numru ta’ rapporti Kemm swew Lm 2003 4 9,545.90 2004 6 47,493.72 2005 4 63,769.04 2006 3 10,153.94 Pendenti minn dawn t-totali hemm parti minn kont wiehed biss tas-sena 2004 ta’ Lm5,763.29 Ministeru/Dipartiment Sena Numru ta’ rapporti Kemm swew Lm 2004 8 16,474.60 2005 3 1,711.00 2006 8 7,030.27 Pendenti minn dawn t-totali hemm 3 kontijiet tas-sena 2006 ta’ Lm 4,721.17.

Ġustizzja u Intern — Karozzi Mikrijin

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija fid-dekasteru tiegħu, fejn qegħdin, kemm swew is-sena l-oħra u kemm kien il-fuel bill tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar in-numru ta' karozzi mikrijin, fejn qegħdin, u l-ispiża għall-fuel għall-karozzi li kienu mikrijin fl-2005 hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar kemm swew is-sena l-oħra, nirreferih għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 17623.
Leg 10 PQ #20855 Sitting 449 2006-11-01 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Affarijiet Barranin — Karozzi Mikrijin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija fid-dekasteru tiegħu, fejn qegħdin, kemm swew is-sena l-oħra u kemm kien il-fuel bill tagħhom?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Għall-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 17894. Il-fuel bill għal dan il-perjodu kien jammonta għal Lm3,619.70.