Legislature:
Category:
Reset
Active:

MCAST — Aġġudikazzjoni ta' tender

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-membri fil-Bord tal-MITTS li aġġudika t-tender liema tender talbet private training providers li jipprovdu taħriġ għall-istudenti ta' l-MCAST li ma jistgħux jattendu l-campus ta' l-MCAST f'Raħal Ġdid? Jikkonferma l-Ministru li membru mill-istess Bord huwa wkoll direttur fl-istess MCAST? Jista' l-Ministru jgħid jekk dan jikkonsistix f'konflitt ta' interess? U jekk iva, x'passi se jittieħdu sabiex dan ma jerġax iseħħ?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat peress li t-tender msemmi mhux tender tal-MITTS.

Korp tal-Pulizija — Ħlas ta' xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitħallsu l-membri tal-Korp tal-Pulizija li ħadmu l-elezzjoni ġenerali ta' Marzu 2008, kif ukoll dawk li ġew ordnati jaħdmu waqt l-istrike tat-trasport pubbliku? Kemm kien il-pagament li rċieva l-Korp għal dan l-iskop?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ġentilment nirreferi lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2828.
Leg 11 PQ #2569 Sitting 38 2008-10-06 Oral · Interim From: CHRIS CARDONA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mosta — Triq il-Farinall

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1996 u 2206 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jara li jsir it-tindif neċessarju f'għalqa żdingata u abbandunata li hemm fi Triq il-Farinall, il-Mosta biswit il-bring-in site?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Mosta — Triq il-Farinall

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1996 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jara li jsir it-tindif neċessarju f'għalqa żdingata u abbandunata li hemm fi Triq il-Farinall, il-Mosta biswit il-bring-in site?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-għalqa msemmija hija proprjetà privata u taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-Kunsill Lokali. Għalhekk nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lil-Ministru kkonċernat

Status ta' refuġjat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistqosija parlamentari 1983 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ngħataw status ta' refuġjat matul dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li fis-sena 2007 kien hemm 627 persuna li ġew mgħotija l-istatus ta' protezzjoni internazzjonali u tul din is-sena sat-18 ta' Settembru ingħatat lil 1097 persuna, mill-applikazzjonijiet proċessati tul dak il-perijodu.
Leg 11 PQ #1971 Sitting 32 2008-07-14 Oral · Interim From: CHRIS CARDONA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Garage

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-garage indikat fuq is-site plan li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li għaliha hemm ukoll korrispondenza, huwiex proprjeta' tal-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Birkirkara — Triq Guzeppi Xuereb

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb u l-pjan li jsiru Triq Gużeppi Xuereb, Birkirkara (li nbdiet u saret nofsha) u Triq tas-Sisla, Birkirkara li tinsab fi stat diżastruż?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol fi Triq G. Xuereb Birkirkara tkompla fil-ġranet li għaddew. Dan kien twaqqaf mill-ADT sakemm saru t-testijiet neċessarji biex tigi stabbilita’ l-formazzjoni tat-triq wara r-riżultati ta’ testijiet li saru fuq il-materjal li nstab. Dwar Triq is-Sisla, fix-xhur li għaddew saret il-parti ta’ fuq ta’ din it-triq, filwaqt li l-parti t’isfel hija nkuża fil-programm ta’ toroq tal-ADT.
Leg 11 PQ #1978 Sitting 32 2008-07-14 Oral · Interim From: CHRIS CARDONA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Swieqi — Triq l-Ilqugħ

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inħarġu permessi għal żvilupp ta' bini fi Triq l-Ilqugħ, Swieqi? X'tip ta' permessi ħarġu, għal kemm-il sular u jekk ġewx sodisfatti l-kriterji kollha tal-MEPA?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Qorti tal-Maġistrati — Proċeduri Kriminali

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li ġew nominati "esperti" fil-proċeduri kriminali mill-Qrati tal-Maġistrati matul l-aħħar 12-il xahar? X'kienu l-inkarigi rispettivi u kemm tħallsu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli interpellant għadha qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Xogħol ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw quotations u direct orders fuq xogħol ta' toroq matul l-aħħar sentejn? Jista' jgħid lil min ingħataw u kemm kienu l-valuri ta' kull waħda?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informażżjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.

Skejjel — EO's, Assistant Heads u Heads

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' EO's, Assistant Heads u Heads neqsin fl-iskejjel primarji u sekondarji llum il-ġurnata? Meta hemm ħsieb li jimtlew il-postijiet vakanti?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasallix fl-uffiċju tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Applikazzjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni JO: L/0047/1999?

Response (BORG, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant hu mitlub jispeċifika għal liema applikazzjoni qiegħed jirreferi, peress li l-għalqa in kwistjoni hija mikrija in solidum lil numru ta' nies, li xi wħud minnhom għamlu talbiet diversi fuq l-istess art.

Belt Valletta — Bejjiegħa tal-monti.

Question

Jista' l-Ministru jgħid min ħa d-deċiżjoni fejn għandhom jitpoġġew (bħala ordni) l-bejjiegħa tal-monti tal-Belt Valletta?

Response (GATT, AUSTIN)

“Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-deċiżjoni dwar l-ordni tal-bejjiegħa tal-Monti fil-Belt Valletta ittieħdet mill-Ministeru tiegħi wara konsultazzjoni effettiva mal-Kumitat Rappreżentattiv tal-bejjiegħa u mal-Union Ħaddiema Magħqudin li kienet qed tirrapreżenta l-interessi tagħhom. Nixtieq nippreċiża li la l-Kumitat Rappreżentattiv u lanqas il-UĦM ma esprimew riservi jew eċċezzjonijiet għall-ordni li ppropona l-Gvern. “Ninforma lill-Onorevoli Interpellant ukoll li l-loġika li ntużat għat-tqassim tal-bankarelli kienet li jkun hemm: 1. ordni numerika; 2. li l-bankarella numru 155 (li qabel kienet l-aħħar bankarella fi Triq it-Teatru l-Antik kantuniera ma’ Triq it-Teżorerija) tibqa’ tarma fejn kienet tarma, minħabba li din il-parti tas-sit kienet komuni għall-mod l-antik u l-mod il-ġdid ta’ kif inhu organizzat il-Monti; u 3. li l-bqija tal-bankarelli jibqgħu jsegwu l-istess ordni numerika minn hemm ‘il quddiem.”

Ħal Lija — Triq Antonio Azzopardi - Dawl inemnem

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi rimedjata s-sitwazzjoni tad-dawl inemnem li qed jisperjenzaw ir-residenti fid-djar tagħhom fi Triq Antonio Azzopardi Ħal Lija? Jaf li din is-sitwazzjoni qed twassal għal ħsarat fl-appliances tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret jirriżulta li l-inħawi li saret referenza għalihom hemm bżonn xogħol ta’ tisħiħ fuq is-sistema ta’ vultaġġ baxx. Dan ix-xogħol għandu jsir flimkien ma’ xogħlijiet oħra simili malli jkollna l-permessi tax-xogħol f’idejna.

Ħal Lija — Triq Ġannikol Buhagiar - Dawl inemnem

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta' dawl inemnem (daqqa' baxx u daqqa' għoli) li qed jesperjenzaw ir-residenti fid-djar tagħhom fi Triq Ġannikol Buhagiar Ħal Lija? Jaf li din is-sitwazzjoni qed twassal għal ħsarat kbar fl-appliances tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Parlamentari Nru. 25892.

Msida — Triq il-Ġostra

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitkompla t-tarmac fi Triq il-Ġostra, Swatar, Msida? Jaf li sal-lum it-tarmac ingħata biss sa nofs it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.