Jista’ l-Ministru jgħid ta’ min hi r-responsabbilità għall-manutenzjoni ta’ bankina u t-triq li mill-Bieb ta’ Sant Anġlu tagħti sal-ponta ta’ Sant’Anġlu u dan peress li hemm telqa kbira f’żona li tiġbed ħafna nies?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tara li ssir spezzjoni fil-post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li wara li saru xogħlijiet mill-istess Awtorità, il-ħsara għada hemm?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, dwar l-ilment indikat, l-inkwilin imsemmi gie infurmat li ser issir spezzjoni mill-ufficjali teknici tal-Awtorita’ tad-Djar biex jivverifikaw x’inhuma l-ħsarat u naraw li tittiehed l-azzjoni neċessarja.
Tista' l-Ministru tara li ssir spezzjoni fil-post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li wara li saru ħafna xogħlijiet mill-istess Awtorità, il-ħsara għada hemm?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma jirrizultax li gie registrat rapport mill-individwu imsemmi lill-Awtorita’ tad-Djar. Madanakollu għandha ssir spezzjoni mill-ufficjali teknici tal-istess Awtorita’ sabiex naraw xi ħsarat hemm u tara li tittiehed l-azzjoni neċessarja min-naħa tal-persuni li ħadu ħsieb ix-xoghlijiet.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba għaċ-ċittadinanza Maltija tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u dan wara li ilha miżżewġa u tgħix Malta għal aktar minn 10 snin?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-applikazzjoni ta’ din il-persuna għada qed tiġi pproċessata u waslet fi stadju avvanzat. Din il-persuna u r-raġel tagħha se jiġu mitluba jattendu għal intervista fid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta’ l-Expatriates fi żmien qrib.
Tista' l-Ministru tara jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament irċevietx iż-żieda għall-għoli tal-ħajja flimkien mal-pensjoni?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ġiet nfurmata mil-miktub dwar il-każ tagħha.
Tista' l-Ministru tinforma lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament jekk dan l-aħħar irċevietx xi żidied fil-pensjoni tagħha riservata għal dawk il-persuni li kienu mas-servizzi Ingliżi?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament hux tirċievi l-għajnuna tal-mard kif ukoll jekk ħaditx iż-żieda għall-għoli tal-ħajja fil-pensjoni?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ġiet nfurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8243 u jgħid kemm swew il-kampanji pubbliċitarji dwar il-Budget bejn is-snin 2004 u 2012, sena b’sena b’mod separat ? Jista’ jagħti break down ta’ kif intefaq kull ammont sena b’sena u fuq xiex saret kull nefqa sena b’sena? Għal kull spiża li saret, jista’ jgħid jekk inħarġitx tender jew jekk ingħatatx b’direct order u min ingħata x-xogħol?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — lista ta' varjazzjonijiet
Question
Tista’ l-Ministru tagħti, sena b’sena (bejn l-2008 u t-8 ta' Marzu 2013), lista ta’ varjazzjonijiet kollha li ngħataw mill-Ministeru inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Tista’ tagħti n-natura tal-kuntratt, min ingħata dan il-kuntratt, il-valur oriġinali tal-kuntratt u l-valur finali tal-kuntratt?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — lista ta' direct orders
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 7055 u tagħti, sena b’sena, lista kollha ta’ direct ordersli ngħataw mill-Ministeru, inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, minn Settembru 1998 sat-8 ta’ Marzu 2013?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm swew il-kampanji pubbliċitarji dwar il-Budget bejn is-snin 2004 u 2012, sena b’sena b’mod separat ? Jista’ jagħti break down ta’ kif intefaq kull ammont sena b’sena u fuq xiex saret kull nefqa sena b’sena? Għal kull spiża li saret, jista’ jgħid jekk inħarġitx tender jew jekk ingħatatx b’direct order u min ingħata x-xogħol?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – konsulenzi mill-2004
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li qed tingħata għall-mistoqsija parlamentari 1556.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – konsulenzi mill-1998
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-1998 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kif se nsemmi:-
Tabella 'A' - Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi
Tabella 'B' - Kunsill Malti għall-Isport
Tabella 'C' - MCAST
Tabella 'D' - Ministeru/Direttorati
Tabella 'E' - Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ
Tabella 'F' - Malta Libraries
Tabella 'G' - Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada
Tabella 'H' - Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla u Avvanzata
Tabella 'I' - Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija
Rigward Tabella 'D', infurmat mid-Direttorat għal Servizzi Korporattivi li m'għandhomx rekords ta' tmien snin li huma 1998, 2000, 2001, 2002, 2004, 2005, 2006 u 2007.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — konsulenzi minn individwi jew kumpaniji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi lil individwi u/jew kumpaniji mill-2004 sal-lum mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Dar Malta fi Brussel – ħlas għal xogħol ta’ konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għax-xogħol ta’ konsulenza relatat ma’ xiri ta’ Dar Malta fi Brussel?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li l-individwu tħallas is-somma ta’ €30,514.79.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — lista ta' direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7048 u jagħti, sena b’sena, lista kollha ta’ direct orders li ngħataw mill-Ministeru, inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Settembru 1998 sat-8 ta’ Marzu 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – lista ta’ direct orders
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7042 u jagħti, sena b’sena, lista kollha ta’ direct orders li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Settembru 1998 sat-8 ta’ Marzu 2013?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
It-tagħrif għadu qed jinġabar u jingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — lista ta' direct orders
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7043 u jagħti, sena b’sena, lista kollha ta’ direct orders li ngħataw mill-Ministeru, inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Settembru 1998 sat-8 ta’ Marzu 2013?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7045 u jagħti, sena b’sena, lista kollha ta’ direct orders li ngħataw mill-Ministeru, inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, minn Settembru 1998 sat-8 ta’ Marzu 2013?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.