Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #207 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Bormla - Skola Primarja

Question

Jista' l-Ministru jara li x-xogħol li kien inbeda xhur ilu u li issa jidher li waqaf fuq il-ground li hemm quddiem l-iskola Primarja ta' Bormla jkun jista' jitkompla sabiex jitgawda mit-tfal ta' l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Infurmat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni inkarigat lid-Dipartiment tas-Servizzi u Manutenzjoni tat-Taqsima tax-Xogħlijiet biex jagħmel ix-xogħol ta' fencing madwar il-ground. Dan wara li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni kienet ħarġet sejħa għall-offerti aktar kmieni din is-sena u li għaliha daħlu tliet offerti li kienu kważi d-doppju ta' l-istima tax-xogħol. Wara li jitlesta x-xogħol tal-fencing jinżebgħu l-art tat-tarmac u l-ħajt ta' madwaru.
Leg 9 PQ #208 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Zabbar — Triq Papa Alessandru

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq Papa Alessandru, Zabbar, tingħata kisja tarmac għaliex tinstab fi stat verament diżastruż?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Għajn Dwieli — Mina

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq il-Mina ta' Għajn Dwieli li kien inbeda xhur ilu huwiex se jitkompla?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat lli l-progett ta` hdejn Għajn Dwieli qed jitwettaq mill-Cottonera Rehabilitation Committee, u għalhekk l-Onor. Interpellant mitlub jagħmel il-mistoqsija tieghu lill-Ministru kkonċernat.

Djar — Bormla - Sur Santa Liena

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa dwar l-erba' appartamenti li nbnew snin ilu fl-area tal-HOS, Sur Sta Liena, Bormla u li tħallew fi stat ta' ġebel u saqaf u qed isiru wkoll bħala lok għall-abbużi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorita' tad-Djar għada kif irċeviet il-permessi meħtieġa mingħand l-Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex isiru xi alterazzjonijiet fil-bini eżistenti. Għalhekk, issa qegħdin isiru l-preparamenti għall-ħruġ ta' tender għal dawn ix-xogħolijiet. 2.11.98