Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #700 Sitting 9 1998-11-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Unpaid leave

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Gvern rigward it-talba tal-ħaddiema taċ-Ċivil u korpi parastatali sabiex jieħdu unpaid leave sabiex jagħmlu xogħol ma' xi kumpannija privata waqt li jkunu bl-istess leave?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-policy tal-Gvern għall-impjegati fis-Servizz Pubbliku biex jieħdu unpaid leave biex jippruvaw xogħol ma' kumpanija privata hija spjegata fiċ-Ċirkulari OPM 117/92 u Ċirkulari MPO BI/6/94. Talba għal dan il-għan tiġi kkunsidrata taħt il-kriterju ta' ċirkostanzi speċjali u jekk din tiġi milqugħa, l-impjegat jista jingħata sa tletin (30) ġurnata leave bla ħlas. Din il-policy ma tkoprix impjegati ma' Korpi Parastatali u entitajiet pubbliċi.

Djar — Post rekwiżizzjonat

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet it-talba tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, rigward il-post rekwiżizzjonat tiegħu li mhux qed ikun abitat mill-persuna rikonoxxuta mid-D.A.S., liema talba jaf biha d-direttur tad-D.A.S.?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-allegazzjonijiet ta' sid il-post dwar l-inkwilin, għadhom qed jiġu nvestigati 10.11.98

Impjiegi — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-figuri tal-persuni jirreġistraw għax-xogħol fix-xahar ta' Settembru 1998 bejn l-eta' ta' 16-il sena u 20 sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni bejn l-eta' ta' 16-il sena u 19-il sena li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol f'Awissu 1998 kien ta' 1,056. L-aħħar figuri ppublikati huma ta' Awissu 1998. 10.11.98
Leg 9 PQ #640 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Bormla - Skola primarja

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 207 relatata ma' xogħol fuq in-netting tal-ground ta' l-iskola primarja ta' Bormla, jista' l-Ministru jgħid meta se jsir dan ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħlijiet meħtieġa ġew fdati f'idejn id-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi tat-Taqsima tax-Xogħlijiet u dawn inbdew nhar il-Ġimgħa 30 ta' Ottubru 1998.

Impjiegi — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-figuri ta' nies, belt belt, li kienu jirreġistraw għax-xogħol fix-xhur ta' Awissu u Settembru 1998?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lil Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 339 (kopja mehmuża). L-aħħar figuri ppublikati huma ta' Awissu 1998. 9.11.98

Impjiegi — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar liema tip ta' impjieg kienu qed jirreġistraw għalih dawk li kienu jirreġistraw għax-xogħol fix-xhur ta' Awissu u Settembru 1998?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra, l-informazzjoni mitluba għax-xahar ta' Awwissu. L-informazzjoni dwar ix-xahar ta' Settembru għad trid tinħadem. 9.11.98
Leg 9 PQ #695 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Triq Santa Tereża

Question

Peress li fi Triq Santa Tereża kantuniera ma' Triq Matty Grima, f'Bormla hemm problema ta' ilma ħiereġ minn taħt l-art u kemm-il darba saru tentattivi sabiex dan ix-xogħol jissewwa, jista' l-Ministru jara li dan ix-xogħol isir u fl-istess ħin tissewwa l-istess bankina li ilha maqlugħa għal ħafna żmien?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onor Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-Mistoqsija tiegħu direttament lill Kunsill Lokali konċernat.
Leg 9 PQ #696 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Laneċ tas-sajd barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed issir sorveljanza u attenzjoni fuq in-numru ta' laneċ tas-sajd barranin li jorbtu minn żmien għal żmien mal-moll ta' Xatt ir-Risq, fil-Birgu?

Response (BORG, TONIO)

Kull bastiment li jidħol il-Port, hu suġġett għar-regolamenti li jikkontrollaw id-dħul ta' bastimenti fil-port. Il-bastimenti li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant huma suġġetti għall-istess proċedura. Nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal sorveljanza mill-pulizija. Għal raġunijiet ovvji ma jidhirlix li hu xieraq li l-informazzjoni mitluba tiġi ppublikata. B'dankollu, jekk l-Onor. Interpellant għandu xi nformazzjoni speċifika f'dan ir-rigward għandu jgħaddiha lill-Pulizija biex tinvestiga. 09.11.98

Malta Drydocks — Baċir Nru. 1

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern għar-rigward l-użu ta' Baċir Nru. 1?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-pożizzjoni tal-Gvern dwar l-użu tal-Baċir Nru 1 għada qed tiġi kkunsidrata.
Leg 9 PQ #342 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kottonera — Bini ta' kumpless sportiv

Question

Peress illi f'diskors li ġie rrapportat f'sezzjoni ta' l-Istampa li l-gvern għandu l-ħsieb li jibni tlett kumplessi sportivi madwar Malta, jaħseb il-Ministru li jkun xieraq li wieħed minn dawn jinbena fin-naħat tal-Kottonera, peress li għal numru ta' snin Ministri Nazzjonalisti preċedenti kienu wiegħdu li kellu jinbena kumpless sportiv quddiem il-Kulleġġ De La Salle?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Gvern qed jimpenja ruħu li jassigura faċilitajiet sportivi adegwati fi tliet reġjuni f'Malta fit-tramuntana, fiċ-ċentru u fin-nofs in-nhar ta' Malta. L-għaqal jitlob konsultazzjoni sħiħa ma' kull min hu involut biex id-deċiżjoni mwettqa tkun fl-aħjar interessi tal-komunitajiet konċernati u ta' l-isport Malti. L-għażla fuq il-lokalitajiet issir wara studju u wara analiżi ta' siti vojta, proprjeta' tal-Gvern, li jkunu jistgħu jiġu żviluppati għal dan il-għan.
Leg 9 PQ #343 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew trasferiti ħaddiema li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu mis-7 ta' Settembru, 1998?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 141.

Port Ħieles — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies mal-kumpannija Malta Freeport Corporation mis-7 ta' Settembru, 1998 sal-25 ta' Ottubru, 1998?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ħadd ma ġie ngaġġat fil-Malta Freeport Corporation Ltd.
Leg 9 PQ #336 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Impjegati tal-Malta Drydocks/Malta Shipbuilding

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew sekondati mpjegati mill-Malta Drydocks u Malta Shipbuilding għal mal-Ministeru jew xi dipartiment li jaqa' taħt id-dikasteru tiegħu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-impjegati sekondati huma kif se nsemmi: - mill-Malta Drydocks - 12 - mill-Malta Shipbuilding - 1
Leg 9 PQ #337 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi ta' snatch and grab

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' snatch and grab għax-xhur ta' Settembru u Ottubru 1998?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Settembru, 1998, u d-29 ta' Ottubru, 1998, in-numru ta' każijiet ta' 'snatch and grab' irrapurtati lill-Pulizija kien ta' 65. 03.11.98
Leg 9 PQ #338 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Qbid ta' droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' qbid ta' droga għax-xhur ta' Settembru u Ottubru 1998? Jista' l-Ministru jagħti x'ammonti u x'tip ta' droga nqabdu f'dan l-istess perjodu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' każi ta' qbid ta' droga f'Settembru u f'Ottubru, 1998, kien ta' 35. Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija nirrferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 155 f'Seduta Numru 5. 03.11.98

Impjiegi — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' nies, belt belt, jirreġistraw għax-xogħol għax-xahar ta' Settembru u Ottubru 1998?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' nies li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Awwissu 1998, skond il-Kunsilli Lokali kien kif jidher hawn taħt: MALTA GOZO ___________ _________ Attard 65 Msida 121 Fontana 16 Balzan 40 Naxxar 119 Għajnsielem 54 B'Kara 387 Paola 178 Għarb 15 B'Bugia 163 Pembroke 16 Għasri 5 Cospicua 252 Pieta' 65 Kerċem 27 Dingli 40 Qormi 399 Munxar 17 Fgura 164 Qrendi 55 Nadur 82 Floriana 61 Rabat Malta 160 Qala 27 Għargħur 58 San Gwann 188 San Lawrenz 8 Għaxaq 107 Santa Lucia 75 Sannat 31 Gudja 64 Santa Venera 117 Victoria 112 Gżira 128 Senglea 115 Xagħra 82 Ħal Safi 30 Siġġiewi 126 Xewkija 48 Ħamrun 293 Sliema 150 Żebbuġ 48 Kalkara 65 St. Julian's 107 Kirkop 44 St. Paul's Bay 151 TOTAL 572 Lija 27 Swieqi 36 _________________ Luqa 127 Tarxien 119 L-Iklin 23 Ta' Xbiex 35 Marsa 234 Valletta 254 Marsascala 108 Vittoriosa 67 Marsaxlokk 59 Xgħajra 18 Mdina 5 Zabbar 344 Mellieħa 41 Zebbuġ Malta 206 Mġarr Malta 25 Zejtun 266 Mosta l89 Zurrieq 188 Mqabba 65 TOTAL 6,539 ____________________________ 6.11.98

Impjiegi — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' persuni li għandhom 'il fuq minn 40 sena u kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fix-xhur ta' Settembru u Ottubru 1998?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fl-ahhar ta' Awwissu 1998, in-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol 'il fuq minn 40 sena kien ta' 2,709. 3.11.98
Leg 9 PQ #205 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Pensjonijiet tas-Servizzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, se tibbenefika mill-miżura dwar il-pensjonijiet tas-Servizzi?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru għall-Politika Soċjali.

Djar — Kera

Question

Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni wara l-ammont esaġerat tal-kera tal-post okkupat mill-persuna, li d-dettalji tagħha qed nibgħathom separatament, u wara li din il-persuna ilha tgħix f'dan l-appartament ma' ommha li issa ilha mejta għal aktar minn 20 sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi għall-każ imsemmi fil-mistoqsija, il-kera ġiet maħduma skond l-Avviż 202 tat-13 ta' Marzu 1987 li jirregola l-kirjiet ta' rikonoxximenti. 2.11.98