Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #1793 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Pazjenti li ntbagħtu barra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-pazjenti Maltin li bbenefikaw min kura barra minn Malta matul l-1998 xahar b'xahar? X'kienet l-ispiża?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-pazjenti Maltin li bbenefikaw minn kura barra minn Malta matul l-1998 kienu: 1998 ______ Jannar - 30 Frar - 34 Marzu - 39 April - 34 Mejju - 33 Ġunju - 18 Lulju - 36 Awissu - 38 Settembru - 38 Ottubru - 29 L-ispiża totali sa l-aħħar ta' Ottubru kienet: Lm469,335.18,0. ________________

Benefiċċji Soċjali — Għajnuna medika

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament mhijiex intitolata għall-għajnuna medika? X'inhu d-dħul applikabbli sabiex persuna tkun intitolata għal din it-tip ta' għajnuna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lil Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija fl-interpellanza tiegħu ġiet infurmata bir-raġuni għaliex ma tikkwalifikax għal-Għajnuna Medika. Ninfurmah ukoll illi biex persuna tikkwalifika għal-Għajnuna Medika tkun trid tisodisfa t-test tal-kapital kif ukoll it-test tal-mezzi kif jinsabu fit-Tieni Parti tat-Tieni Skeda ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali li huma: (a) il-Kapital ma jridx jeċċedi Lm7000 f' każ ta' koppja miżżewġa jew Lm4000 f'każ ta' persuni oħra. (b) (i) f'każ ta' Pensjonanti, id-dħul fil-ġimgħa ta' koppja miżżewġa ma jridx jeċċedi Lm51.35 fil-ġimgħa jew Lm42.80 fil-ġimgħa għal persuni oħra. (ii) f'każ li l-applikant li ma jirċievi ebda pensjoni, id-dħul ma jridx jeċċedi Lm12.80 fil-ġimgħa f'każ ta' koppja miżżewġa jew Lm9.30 fil-ġimgħa f'każ ta' persuni oħra. Għal dawn il-każi, jew fejn pensjonant u l-mara tiegħu jkunu taħt is-60 sena, l-iskali (Lm12.80 jew Lm9.30) jiżdiedu bi Lm3.50 fil-ġimgħa għal kull membru ieħor fil-familja li ma jkunx impjegat jew jaħdem għal-rasu. 30.11.98

Djar — Xiri ta' djar

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbgħatu separatament, għal xiri ta' post taħt avviż 61 ġiet rifjutata bir-raġuni mogħtija tkun li kienu rrifjutaw post mogħti lilhom taħt Avviż 60, meta taħt dan l-istess avviż setgħu jirrifjutaw b'raġuni valida?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għandi ninforma lill-Onor. Membru li dan il-każ kien diġa ġie rreferut lill-Ombudsman li ddeċieda li dan l-ilment mhux ġustifikat u għalaq il-każ. 30.11.98
Leg 9 PQ #1463 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Servizz ta'Assistenti soċjali każwali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tintlaqa t-talba tal-persuna, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, sabiex ikollha s-servizz li jingħata mill-assistenti soċjali każwali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Domanda għandha tiġi rreferuta lill-Ministru tal-Politika Soċjali.

Bord għall-Kontroll tat-traffiku — Sinjali tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra x-xewqa tar-residenti fi Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur fil-Birgu, sabiex parti minn din it-triq issir "No Entry", liema talba kienet saret mill-Kunsilli Lokali, Birgu f'isem l-istess residenti lill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku diġa` għamel rakkomandazzjonijiet għall-traffic management f`parti minn Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur u dawn għandhom jiġu implimentati mill-Kunsill Lokali. Fil-parti tat-tramuntana ta` din it-triq il-Bord qed jistenna l-kummenti tal-Kunsill Lokali qabel ma jittieħdu deċiżjonijiet oħra.

Djar — Reviżjoni ta' kera

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi riveduta l-kirja tal-persuna, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, peress li għandu Lm390 kera fis-sena meta hu mpjegat b'paga baxxa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tajt struzzjonijiet lid-dipartiment biex jibgħatu għall-persuna ħalli ssir ir-reviżjoni skond il-proċedura stabbilita. 24.11.98
Leg 9 PQ #1458 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Joint Office — Ref R682/97

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba għal xiri ta' proprjeta' tal-Joint Office bin-numru R682/97?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li wara li ġew solvuti diffikultajiet dwar l-ammont tal-kera li qed jitħallas, issa qed tittieħed azzjoni biex il-proprjeta' li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant tiġi reġistrata mar-Reġistratur ta' l-Artijiet. Meta jitlesta dan il-proċess, l-applikant jiġi mitlub jersaq għall-kuntratt għax-xiri tal-proprjeta' in kwestjoni. 24.11.98
Leg 9 PQ #1460 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Flus imħallsa f'overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'overtime għax-xhur ta' Settembru u Ottubru, 1998 għall-impjegati fid-diviżjoni tas-Saħħa? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kif tqassmu dawn il-flus għall-overtime fid-dipartiment tal-Onchology u Radiotherapy fl-Isptar Sir Paul Boffa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Matul ix-xhur ta' Settembru u Ottubru 1998 tħallset is-somma ta' LM105,749 u LM135,153 rispettivament. Fid-Dipartiment tal-`Onkoloġija u Radjoterapija' tħallsu LM369.79 f'Settembru u LM644.66 f'Ottubru.
Leg 9 PQ #1461 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Tiswija ta' gallariji

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu rranġati l-gallarijiet tal-post, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, liema talba ilha li ġiet approvata?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #1462 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet — Refund ta' kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata refund għal kera li tħallset mill-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għall-post li hija ma baqgħetx tgħix fih?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li, ir-refund tal-kera li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant ser jitħallas dalwaqt. 24.11.98

Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali — Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru, belt belt, ta' l-applikazzjonijiet li hemm quddiem id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Interpellant hu mitlub jara r-risposta li jiena tajt għall-Mistoqsija Nru. 661. 23.11.98
Leg 9 PQ #1041 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Police Appeals Tribunal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-Police Appeals Tribunal mis-7 ta' Settembru, 1998 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-Tribunal ta' l-Appelli dwar Liċenzji tal-Pulizija ma' ltaqax bejn is-7 ta' Settembru, 1998, u d-9 ta' Novembru, 1998, minħabba li c-Chairman ta' dan il-bord irreżenja b'mod defenittiv u ġew sostituti l-membri l-oħra. Il-Bord ġdid kif kostitut, iltaqa' l-ewwel darba fit-18 ta' Novembru, 1998. 23.11.98
Leg 9 PQ #1042 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Bormla — Conservatorio San Giuseppe

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx sar xi rapport dwar serq ta' statwi u oġġetti oħra mill-Kappella tal-Conservatorio San Giuseppe, Bormla fejn illum qed tinbena dar għall-anzjani? Jista' l-Ministru jgħid eżattament x'kien ġie rrapportat li nsteraq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kienu saru tlett rapporti ta' serq mill-kappella tal-Conservatorio San Giuseppe f'Bormla. Wieħed kien sar fl-20 ta' Marzu, 1996, fejn kien ġie rrappurtat serq ta' żewġ armonji, konfessjonarju u ħawt tal-ħasil ta' l-idejn. Rapport ieħor sar fit-23 ta' Diċembru, 1996, fejn kien ġie rrappurtat illi kienu nsterqu mill-istess kappella, erba' kolonni, żewġ anġli, żewġ stemmi u statwa ta' San Ġużepp. L-aħħar rapport kien sar fit-18 ta' Settembru, 1997, u kienu rrappurtati nieqsa tlett mannaretti, lupa tal-ġebel, żewġ clipping hammers, kazzola, ħabel tan-nylon u tnejn u għoxrin G clamp. 23.11.98
Leg 9 PQ #1043 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Priġunieri barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri barranin fil-ħabs ta' Kordin? Jista' l-Ministru jgħid minn liema pajjiżi ġejjien?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li, fl-10 ta' Novembru, 1998, in-numru ta' priġunieri ta' nazzjonalita' barranija li kienu fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin kien ta' 69. Il-pajjiżi mnejn kienu ġejjin dawn il-persuni hu kif ġej : - Eġittu Alġerija Filippini Italja Tuneżija Olanda Jugoslavja Kanada Libja Ġordan Ingilterra 23.11.98
Leg 9 PQ #1044 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna ta' Malta — Twaqqigħ ta' ħajt

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jitkompla t-twaqqigħ tal-ħajt tat-Tarzna f'Bormla? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li l-ħajt li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant jifforma parti mill-Baċir numru 1, nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet numri 341 u 1037.
Leg 9 PQ #1045 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-Lotto — Logħob

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm dħul għal dawn l-aħħar tlett snin, sena sena, mil-logħob tal-Lottu, Super 5 u Lotterija Nazzjonali?

Response (DALLI, JOHN)

Id-dħul kien kif ġej: Logħba 1996 1997 1998 Lm Lm Lm Lottu 3,859,006 3,458,177 2,462,802 Super 5 2,487,688 2,640,349 2,671,167 Lotterija Nazzjonali 120,480 252,308 108,558 Il-figuri għas-sena 1998 huma sa l-aħħar ta` Ottubru 1998.
Leg 9 PQ #1034 Sitting 13 1998-11-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Drydocks — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-ħaddiema li hemm jaħdmu fil-Malta Drydocks belt belt?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #1035 Sitting 13 1998-11-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Sant'Anglu — Żvilupp

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għall-iżvilupp ta' Sant'Anġlu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Sant'Anġlu jinkwadra ruħu fl-iżvilupp kollu tal-Kottonera u d-dettalji jingħataw fi żmien li jkun opportun.
Leg 9 PQ #1036 Sitting 13 1998-11-18 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Programm Ellettorali tal-Partit Nazzjonalista — Proġett tal-Kottonera

Question

Peress li fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista hemm li l-proġett tal-Kottonera jingħata prijorita', jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li dan il-proġett (yacht marina fil-Birgu) jinbeda?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Id-diskussjonijiet dwar dan il-Proġett qegħdin isiru b'ritmu mgħaġġel u l-ħsieb tal-Gvern hu li l-Proġett jibda malajr kemm jista' jkun. Bħalma jaf l-Onorevoli Interpellant meta l-Gvern kien fl-oppożizzjoni kien diġa' esprima l-opinjoni tiegħu dwar dak li ma kienx jaqbel kif kien qiegħed isir, u dawn l-affarijiet qed jiġu rranġati issa. Dettalji jingħataw fi żmien li jkun opportun.