Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-programm ta' għoti ta' tarmac għall-ewwel darba hemmx inkluża t-Triq fix-Xatt ta' l-Isla li tagħti għall-Ponta, li wara l-proġett li sar bil-kostruzzjoni ta' din it-triq minn Gvern Nazzjonalista tħalliet parti sostanzjali minnha mingħajr tarmak?
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda jiffunzjona l-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera u jekk huwiex se jsegwi fil-passi li ħa l-Gvern Laburista meta ħatar fih membru minn kull Kunsill Lokali tal-Kottonera?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Hija l-intenzjoni ta' dan il-Ministeru illi l-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera jiġi maħtur fil-bidu tas-sena l-ġdida u jibda jiffunzjona minnufih. Il-Gvern għandu l-intenzjoni illi jaħtar membru minn kull Kunsill Lokali fuq dan il-Kumitat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li s-sistema tad-drenaġġ fix-Xatt ta' l-Isla tkunx mibdula minħabba l-inkonvenjent li qed ibatu minnu r-residenti u l-komunita' kummerċjali ta' l-inħawi?
Jista' l-Ministru jsemmi t-talbiet għal street lighting ġdid mill-Kunsilli Lokali ta' Bormla, Birgu, Isla u Kalkara u kemm minnhom ġew milqugħa mill-1995 sal-lum?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:
KUNSILL LOKALI TALBIET APPROVATI
Bormla 31 17
Birgu 21 17
Isla 13 10
Kalkara 24 18
Total 89 62
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Water Services Corporation għandhiex pjanijiet speċifiċi sabiex jinbidlu mains ta' l-ilma fl-Isla? Jekk fl-affermattiv, liema huma dawn it-toroq?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għandha pjanijiet biex jinbidlu mains ta' l-ilma fl-Isla. L-għażla tat-toroq għadha qed tiġi analizzata.
Peress li fid-diskors tal-Budget il-Ministru qal li l-impjegati tal-Gvern se jieħdu arretrati ta' Lm234 kull persuna, jista' l-Ministru jgħid għal-liema snin se jieħdu dawn l-arretrati ta' Lm78 fis-sena?
Response (DALLI, JOHN)
L-impjegati kollha tal-Gvern sejrin jirċievu Lm78 għal kull sena bejn l-1996 u l-1998.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-futur tal-ħaddiema ta' Kalaxlokk? X'inhuma l-pjanijiet tal-gvern sabiex dawn il-ħaddiema jkollhom moħħhom mistrieħ dwar l-impjieg tagħhom?
Response (BONNICI, JOSEF)
B'risposa għall-mistoqsija parlamentari numru 2036 ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejjin diskussjonijiet mmexxija mis-Segretarju Parlamentari, l-Onor. Dr. George Hyzler, li jinvolvu fost oħrajn lill-General Workers Union, in-N.O.V.I.T.A., il-MIMCOL, u l-kumpaniji interessati fl-akkwist tal-makkinarju tal-Kalaxlokk, bl-iskop li jintlaħaq ftehim sodisfaċenti u aħħari, bl-inqas piż finanzjarju fuq il-Gvern u fl-aħjar interess tal-ħaddiema.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern dwar ingaġġ ta' ħaddiema (meta u jekk ikun hemm bżonn) għal Terminal 2 tal-Freeport? Kif se ssir sejħa għal dan it-tip ta' mpjieg, meta u jekk issir?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern jagħti l-informazzjoni dwar il-pjanijiet tiegħu għal Terminal 2 tal-Freeport meta jkun opportun. Jekk u meta jkun hemm bżonn ta' ingaġġ taż ħaddiema s-sejħa mtkun skond il-provvedimenti ta' l-att li jirregola l-ingaġġ ta' nies fżkorpi parastatali.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, intbagħtet tħallas għal xogħol li sar mill-Water Services Corporation, meta suppost dan ix-xogħol isir b'xejn kif imħabbar fl-aħħar budget ta' Gvern Laburista?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li x-xogħol fis-servizz ta' l-ilma fir-residenza tal-persuna li għaliha qed jirreferi l-onor. Interpellant sar fit-30 taż April 1997. Dak iż-żmien l-ispiża biex jinbidel is-servizz kienet responsabbilta' tal-Konsumatur.
Ix-xogħol beda jsir bla ħlas wara s-6 ta' Novembru 1997 peress li l-ispiża għall-istess xogħol kienet ġiet inkorporata fis-service charge ta' Lm24 fis-sena li kien introduċa l-Gvern Laburista.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 939 dwar il-ftuħ ta' uffiċċju distrettwali tas-saħħa pubblika fl-Isla, jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment għandux xi target date meta se jinfetaħ l-uffiċċju għal pubbliku?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Kif diġa ndikajt fit-tweġiba għall-Interpellanza Nru. 939, id-Dipartiment qiegħed jiffinalizza proċeduri mad-Dipartiment tal-Politika Soċjali sabiex l-Uffiċċju distrettwali tas-Saħħa Pubblika fl-Isla jiġi funzjonabbli. Għaldaqstant id-Dipartiment, waqt li qed jagħti prijorita' lil din il-kwistjoni, ma jistax jiffissa target date speċifika meta l-uffiċċju se jinfetaħ għall-pubbliku.
Jista' l-Ministru jsemmi meta beħsiebha l-Korporazzjoni Enemalta tagħmel it-tiswijiet neċessarji sabiex il-parti magħrufa bħala l-Ponta ta' l-Isla, tkun mill-ġdid mixgħula, issa li ilha aktar minn xahar u nofs mingħajr dan is-servizz?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-lanterni li hemm fil-Ponta ta' l-Isla kienu provduti mill-Kunsill Lokali u għalhekk l-istess Kunsill ġie mgħarraf dwar l-istat ta' dawn il-lanterni.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tintlaqa' t-talba tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, sabiex ikollha s-servizz li jingħata mill-assistenti soċjali każwali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ġie eżaminat mill-Bord li ddeċieda li din il-persuna ma tingħatax is-servizz tal-'Home Help'.
3.12.98
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu rranġati l-gallarijiet tal-post, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, liema talba ilha li ġiet mistħarrġa mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li x-xogħolijiet tal-ħadid tal-gallarijiet ġew approvati mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar u ġie referut lid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi biex isiru ix-xogħolijiet b'Requisition No. DMS6/97/082. Wieħed jittama li x-xogħol ma jdumx ma jitlesta minn dan id-Dipartiment li jaqa' taħt il-Ministeru għall-Ambjent.
3.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu maħsub li jibbenefikaw familji mill-miżura meħuda fil-Budget għas-sena 1999, rigward iċ-children's allowance?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma li l-Onor. Interpellant li billi s'issa l-ogħla dħul fil-'means test' għall-'Allowance' tat-tfal kien ta' madwar Lm10,000, mhux magħruf eżatt kemm ser jibbenifikaw familji bil-miżura imsemmija. Dan għaliex numru ta' familji jagħżlu li ma jagħmlux talba għall-'Allowance' tat-Tfal peress li jafu li bid-dħul tagħhom ma jikkwalifikawx.
3.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma maħsuba li jinġabru aktar flus mis-sena l-oħra mill-ħlas tal-bolla tan-National Insurance kaġun taż-żieda fil-bolla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li ż-żieda fid-dħul mill-kontribuzzjoni tas-Sigurta' Soċjali fl-1999, b'effett taż-żieda fil-bolla kif imħabbra fid-diskors ta' l-Onor. Ministru tal-Finanzi, hu maħsub li jlaħħaq madwar Lm4.8 miljuni li Lm1.6 miljun minnhom huma bħala State Grant.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' toroq li se jiġu nklużi fil-programm tal-gvern ta' titjib ta' l-istat ta' 75 kilometru ta' toroq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-programm ta` xogħolijiet għadu qiegħed jitfassal u informazzjoni dwaru tkun tista` tingħata aktar `il quddiem, meta jkun tfassal kollu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li xtrat post mingħand l-Awtorita' tad-Djar snin ilu, u ż-żwieġ falla u issa huwa separat legalment, jistax ibiegħ dan il-post?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jekk il-persuna indikata titlob permess biex tbiegħ dan il-post, dan jingħata taħt il-kundizzjonijiet indikati fil-Kuntratt tal-akkwist, fosthom ir-rifuzjoni tas-sussidju, jew parti minnu skond il-każ, fuq il-prezz u fuq is-self li bbenefika minnhu dan il-benefiċjarju.
30.11.98
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra min huma d-diretturi tal-Bank of Valletta kif ukoll tal-kumpanniji kollha li fihom dan il-bank għandu xi interessi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Peress li l-bank imsemmi mill-Onor. Interpellant huwa kumpanija privata u kkwotat ukoll fil-Borża ta' Malta, dan ma jaqax taħt id-dekasteru tal-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi.