Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-clubs tal-football f'Malta u f'Għawdex li saru proprjetarji ta' grounds tal-football u meta ġew mgħoddija lilhom mill-gvern?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal mid-Dipartiment konċernat, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-club tal-football tas-St. George's ikollhom ground tal-football tagħhom hekk kif imwiegħed żmien ilu fil-bidu tas-snin disgħin minn Gvern Nazzjonalista?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ground tal-football li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant kien maħsub li seta' jifforma parti mill-kumpless sportiv li kien hemm propost għall-area tal-Kottonera.
Qiegħda ssir evalwazzjoni tal-pjanijiet tal-proposti li saru s'issa.
Jista'l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet minn ġenituri li matul din is-sena xtaqu jibagħtu lil uliedhom fil-kindergarten, lokalita' b'lokalita'?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li talbiet minn ġenituri biex idaħħlu lil uliedhom fil-kindergarten kienu kif jidhru fil-listi li ser jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-risposta li ta l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 944 tfissirx li l-Ministeru tiegħu mhux se jonora dak li ġie miftiehem bejn il-Kunsill Lokali Senglea u l-gvern preċedenti, fejn anke l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kienet approvat dan l-istess xogħol? Jekk fl-affermattiv, x'wassal sabiex dan seħħ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qatt ma kien involut fuq dan il-proġett u għalhekk mhuwiex infurmat dwar xi forma ta` ftehiem kif imsemmi mill-Onor. Interpellant.
L-Onor. Interpellant hu mitlub jagħti aktar informazzjoni dwar dan il-proġett.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom working permit li ġejjin minn pajjiż mhux fl-Unjoni Ewropea? Minn liema pajjiżi ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Membru jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat, jiġifieri lill-Ministru ta' l-Intern li taħt id-dikasteru tiegħu jaqa' d-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta' l-Expatriates.
16.12.98
Jista' l-Ministru jpoġġi kopja ta' l-applikazjoni u kondizzjonijiet applikabbli għall-iskema ġdida mħabbra mill-Awtorita' tad-Djar għal sussidju fuq xogħlijiet ta' irranġar u titjib fi djar fil-Kottonera, il-Belt Valletta u l-Furjana?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li jipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru.
16.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn fabbriki vojta li mhux isir xogħol fihom f'Malta u Għawdex? Jista' l-Ministru jgħid ukoll f'liema qasam industrijali qegħdin?
Response (BONNICI, JOSEF)
Fil-preżent in-numru ta` fabbriki vojta li mhux isir xogħol fihom huwa ta` 29.
Minn dawn id- 29 hemm 23 li huma riservati għall-proġetti.
Il-fabbriki vojta jinsabu fl-oqsma industrijali tal-Marsa, Kordin, San Gwann, Bulebel, Hal-Far, Ricasoli, Mosta u x-Xewkija.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm inkjesti maġisterjali pendenti li għadhom ma għalqux? Għal-liema maġistrat jappartjenu l-akbar numru ta' inkjesti li għadhom ma għalqux?
Kemm inqatgħu kawżi ċivili quddiem il-Qorti tal-Maġistrati bejn Novembru 1997 u Novembru 1998 fil-perijodu bejn l-1995 u 1996? Kemm inqatgħu sentenzi mill-Prim Awla, Qorti ta' l-Appell Ċivili għall-istess perijodi?
Kemm saru u nqatgħu ġurijiet matul l-istess perijodi msemmija? Kemm ingħataw deċiżjonijiet kriminali ta' kompetenza ta' aktar minn sitt xhur ħabs għall-istess perijodi u kemm hemm minnhom li ilhom diferti għas-sentenza għal aktar minn tliet snin?
Jista' l-Ministru jara hux minnhom l-ilmenti ta' xi persuni li fl-area magħrufa bħala Tal-Ħawli, fejn ħafna tfal ta' l-iskola jittieħdu jagħmlu field work, hemmx numru kbir ta' siringi użati mitluqa qalb il-ħaxix?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Pulizija kellha lmenti minn skola fil-lokalita` li rrefera għaliha l-Onorevoli Interpellant dwar siringi użati mitluqa fil-viċinanza ta` l-istess skola. Ninsab infurmat ukoll illi l-Pulizija qed tieħu l-passi neċessarji billi tagħmel diversi patrols f`dawn l-inħawi.
09.12.98 (a.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm se ddum magħluqa t-triq ta' fejn qed tinbena d-dar għall-anzjani, Bormla sabiex issir sistema tad-drenaġġ għall-istess dar għall-anzjani, peress li qed jimblokka numru ta' garages?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, hijiex se tibbenefika mill-miżura li kien ħa Gvern Laburista dwar pensjonijiet tas-servizzi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma l-Onor. Membru illi l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-fomm dwar ir-rata tal-Pensjoni tas-Sigurta' Soċjali li qed tirċievi u r-reviżjoni tagħha bl-emendi dwar pensjonijiet tas-Servizz.
Jien infurmat ukoll li issa l-istess persuna ser tiġi nfurmata bil-miktub dwar dan.
7.12.98
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba għal akkomodazzjoni tas-sinjura, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-applikazzjoni indikata qed tiġi kkunsidrata flimkien mal-oħrajn kollha li hemm pendenti, u fid-dawl tan-numru limitat ta' postijiet li jkollu d-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
7.12.98
Jikkonferma l-Ministru li fl-iskola Guże' Despott, Bormla hemm nuqqas ta' siġġijiet u mwejjed fil-klassijiet? X'beħsiebu jagħmel il-Ministru sabiex din is-sitwazzjoni tiġi rranġata?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tingħabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema nieqsa mill-full compliment għall-iskola Guże' Despott, Bormla? Għal-liema suġġetti hemm għalliema nieqsa f'din l-istess skola?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.