Jista'l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 2236?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li m'hemmx nuqqas ta' mwejjed fl-iskola Ġuże' Despott Junior Lyceum Verdala. Numru ta' siġġijiet intbgħatu fl-iskola biex jieħdu post is-siġġijiet li ġarrbu xi ħsarat mill-bidu tas-sena skolastika 'l hawn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm snieter u armi oħra maqbuda mill-pulizija u għadhom id-depot? Kemm minnhom ingħataw lura, sena b'sena, fis-snin 1996, 1997 u 1998? Kemm hemm minnhom li għadhom pendenti quddiem il-qorti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bis-saħħa tax-xogħol li wettqet it-Taqsima ta' l-A.L.E. hemm 38 arma miżmuma mill-Pulizija, waqt li 18 l-arma oħra huma miżmuma in konnessjoni ma' każijiet pendenti quddiem il-Qorti.
L-armi li ngħataw lura wara li kienu miżmuma mill-istess Taqsima kienu kif ġej :
1996 16
1997 133
1998 43
20.01.99
Jista' l-Ministru jgħid x'numru ta'talbiet pendenti hemm għad-dħul fi djar residenzjali għall-anzjani, dar b'dar, u komporat man-numru ta' postijiet f'kull dar? Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għad-dħul fi djar ta'l-anzjani, minn persuni ġejjien mill-lokalitajiet fit-tieni distrett elettorali, lokal b'lokal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Numru ta' talbiet pendenti għad-dħul fi djar residenzjali għall-anzjani, dar b'dar. Komparat man-numru ta' postijiet eżistenti f'kull dar:
Talbiet Pendenti: Kemm Tesa':
Floriana 58 47
Gżira 29 32
Mosta 60 67
Msida 161 50
Mtarfa 136 105
Żejtun 128 60
Talbiet pendenti mit-tieni distrett:
Birgu 6
Bormla 13
Fgura 11
Isla 6
Kalkara 1
Xgħajra 0
Żabbar 16
20.1.99
Jista'l -Ministru jgħid lil din il-Kamra, x'inhuma l-proġetti ta' kostruzzjoni mill-Gvern għas-sena 1999, u jista' jagħti wkoll indikazzjoni dwar il-prijoritajiet skond kif jaħseb il-gvern li għandhom isiru?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Proġetti ta' kostruzzjoni għas-sena 1999 huma dawk li jidhru fl-estimi ġenerali u la darba jidhru hemm hekk huma ta' prijorita' minnhom infushom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il linja tat-telephone ġew installati mis-sena 1994 sal-lum?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif ġej:
SENA TOTAL TA' LINJI INSTALLATI
1994 101
1995 3,435
1996 12,427
1997 13,794
1998 11,173
1999 (SAT-13.01.1999) 255
Jista'l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-complement tal-Korp tal-Pulizija jiżdied? Jekk fl-affermattiv, kemm se jidħlu membri ġodda fil-korp? Jista'l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-korp tal-pulizija? Kemm hemm uffiċjali?
Response (BORG, TONIO)
Rigward l-ewwel u t-tieni partijiet tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3043 f'din l-istess Seduta.
Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li fil-preżent hemm 1,756 membru fil-Korp tal-Pulizija, li minnhom 84 huma fizzjali.
19.01.99
Jista' l-Ministrui jgħid kemm hemm priġunieri llum fis-CCF? Jista'l-Ministru jgħid kemm hemm barranin? Kemm hemm priġunieri f'kull diviżjoni? Kemm hemm priġunieri għadhom qed jistennew sentenza definittiva fil-każ tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fit-13 ta' Jannar, 1999, in-numru ta' priġunieri fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin kien ta' 241 li kollha huma mqassmin fid-diversi diviżjonijiet u 'units' fil-Faċilita'. Minbarra dan in-numru, hemm 29 priġunier ieħor li qegħdin l-Imtaħleb, l-Isptar San Luqa u Monte Carmeli jew bil-'Prison Leave' il-Caritas, is-Sedqa u Dar Nazaret.
Ninsab infurmat ukoll li n-numru ta' priġunieri barranin kien ta' 76 filwaqt li n-numru ta' priġunieri li qed jistennew sentenza definittiva fil-każ tagħhom hu ta' 101.
Rigward it-tielet parti tal-mistoqsija, minħabba raġunijiet ta' sigurta', ma nħossx li t-tagħrif mitlub għandu jiġi magħmul pubbliku.
19.01.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' dawk jirreġistraw għax-xogħol għax-xhur ta' Ottubru u Novembru? Kemm minn dawn għandhom anqas minn 30 sena? Kemm minn dan it-total ta' nies bla xogħol, joqogħdu f'Bormla, il-Birgu, l-Isla, l-Kalkara, il-Fgura u x-Xgħajra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' persuni li kienu qed jirregistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Novembru 1998 kien ta' 7,371. Minn dawn kien hemm 2,916 persuna li kellha anqas minn 30 sena.
Mit-total ta' 2,916 persuna, wħud minnhom kienu joqogħdu f'dawn il-lokalitajiet:-
Bormla 94
Birgu 32
Isla 42
Kalkara 18
Fgura 80
Xgħajra 6
L-aħħar figuri ppubblikati huma ta' Ottubru 1998.
19.1.99
Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra min huma l-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-MIMCOL kif ukoll il-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-kumpanniji kollha li l-MIMCOL għandha interess fihom?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus, sena b'sena, minn 1987 sal-lum għall-maintenance ta'l-iskejjel tal-gvern kollha, primarji, sekondarji, tekniċi eċċ separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista'l-Ministru jara li jissewwew żewġ bozoz li hemm fit-trejqa ta' Blokk 5 Fuq San Pawl, Bormla? X'inhi r-raġuni għaliex leħen ir-residenti, li għamlu diversi rapporti lil min hu kkonċernat, ma ġiex mismuħ? Jista' l-Ministru jgħid kif se negħlbu din l-isfida, sabiex bozoz maqtugħa fit-toroq ma jdumux ġimgħat qabel ma jiġu rranġati?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li ż-żewġ bozoz li għalihom qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant issewwew.
Il-manutenzjoni tal-bozoz issir raħal b'raħal skond roster u għaldaqstant ikun hemm perjodu li wieħed ikun irid jistenna biex bozza partikulari tinbidel. Il-Korporazzjoni Enemalta qed tagħmel kull sforz biex dan id-dewmien jitnaqqas kemm jista' jkun.
Jista'l-Prim Ministru, li taħtu jaqgħu l-kunsilli lokali, jara li trejqa fi Blokk 5, Fuq San Pawl, Bormla tiġi rranġata peress li tinsab fi stat perikoluż għar-residenti? Jista' l-Prim Ministru jgħid x'isir meta ċerti kunsilli lokali ma jkollhomx il-fondi sabiex jagħmlu ċertu xogħlijiet ta' dan it-tip?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali
huma korpi statutorji ta' gvern lokali u fil-qadi tal-
funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prijoritajiet,
esiġenzi u l-mezzi tagħhom.
Għaldaqstant nissuġġerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi
l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill tal-lokalita billi l-
funzjoni li qed jirreferi għaliha, fil-fatt hija waħda mir-
responsabbilitajiet tal-Kunsilli.
Jista'l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' applikanti pendenti (sa l-aħħar tas-sena 1998) għall-akkomodazzjoni alternattiva lokal lokal, kategorija, kategorija mid-Dipartment għall-Akkomodazzjoni Soċjali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Inerpellant.
18.1.99