Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kummissjoni Ċinematografika ta' Malta — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Kummissjoni Ċinematografika ta' Malta fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Enemalta — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji oħra

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Korporazzjoni Enemalta fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar

FTS — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada (FTS) fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada fi Frar 2013 kienu: - Mr Raymond Fenech - Chairman - (Honoraria -€13,976.24 p.a.) - Mr Joseph Magro - Member - (Honoraria - €2,795.26 p.a.) - Ms Marilyn Sciortino - Member - (Honoraria €2,795.26 p.a.) - Ms Roslyn Vella - Member - NIL - Mr Alfred Rizzo - Member - (Honoraria €2,795.26 p.a.)
Leg 12 PQ #137 Sitting 9 2013-04-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Gozo Channel fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra

Awtorità tad-Djar — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Tista' l-Ministru tgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità tad-Djar fi Frar 2013? Tista' tgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fi Frar 2013, ic-Chairman u l-Bord tad-Diretturi ta’ l-Awtorita’ tad-Djar kien kompost mis-segwenti: Onorarja Fix -xahar Onorarja Annwali Benefi``ji Dr. Saviour Gauci Chairman €1,358.80 €16,305.6 Petrol Allowance ta’€175 fix-xahar u servizz tal- mobile. * Dr. George Grech Deputy Chairman €232.92 €2,795.04 Private Medical Hospital Plan Cover lilu u lill-familja tieg]u. Borg Cardona Tanya Member €232.92 €2,795.04 Cassar Lorraine Member €232.92 €2,795.04 Galea Mark Ing. Member €232.92 €2,795.04 Grima Maria Member €232.92 €2,795.04 Mangion Daniela Member €232.92 €2,795.04 Dr. Ray Zammit Board Secretary €232.92 €2,795.04
Leg 12 PQ #139 Sitting 9 2013-04-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. (Ara dokument Nru. 157 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 12 tal-Erbgħa, 24 ta' April 2013)

Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob — Bord tad-Direttur u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li fi Frar 2013, iċ-Chairman tal-Awtorità dwar il-Lotteriji u Logħob kien is-sinjur Nicholas Xuereb, kellu €13,976.244 fis-sena u użu ta’ mowbajl. Il-Bord tad-Diretturi kienu Dr.Pauline Debono, Dr.Roberta Fenech Gauci u Dr.Stanely Portelli. Kull wieħed kellu €2,795.244 fis-sena.

ETC — bord tad-diretturi u chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

KMS — bord tad-diretturi u chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Kunsill Malti għall-Isports (KMS) fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tax-Xandir — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità tax-Xandir fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninfurma lill-Onor. Interpellant li l-Bord tal-Awtorità tax-Xandir, li hija awtorità kostituzzjonali, hija komposta kif ġej : Chairperson: Is-Sur Anthony J Tabone Membri: Is-Sur Alfred Mallia-Milanes Dr Reno Borg LL.D Dr Peter Fenech LL.D Is-Sinjura Rose Sciberras L.P Ic-Charman huwa ntitolat għal: • Honoraria- €19,708.83 fis-sena • Ħlas ta' Linja waħda ta' Telefonija fissa (Residenza) • Ħlas ta' Linja ta' Telefonija cellulari • Ħlas ta' servizz ta' Cable Television • Ħlas ta' servizz ta' GO • Ħlas ta' Health Insurance liċ-Chairman u lill-mara tiegħu Il-membri huma intitolati għas-segwenti: • Honoraria- € 10,512.46 fis-sena • Ħlas ta' servizz ta' Cable Television • Provizjoni ta' TV set u DVD player • Ħlas ta' Health Insurance lill-membru u lill-mara/raġel tiegħu/tagħha

BICC — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Kunsill Konsultattiv tal-Industrija tal-Bini (BICC) fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (MIZZI, JOE)

Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li l-Buliding Industry Consulting Council fi Frar 2013 ma kellux Bord ta’ Diretturi imma kellu lil Perit Ċensu Galea bħala chairman li kien jitħallas salarju ta €29,101 skont il-kuntratt li kien iffirma meta beda fil-21 ta’ Ġunju 2010,
Leg 12 PQ #133 Sitting 8 2013-04-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi

Bank Ċentrali — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Bank Ċentrali fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-Bank Ċentrali ta’ Malta huma: Il-Professsur Josef Bonnici bħala Chairman; is-Sur Alfred DeMarco, Deputat Gvernatur; is-Sur Victor Busuttil, is-Sinjura Antoinette Caruana u s-Sinjura Philomena Meli bħala Diretturi mhux Eżekuttivi. Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsijiet parlamentari W230 tal-2011 u 18058 tal-2010 u nikkonferma li r-remunerazzjoni tal-membri tal-Bord ma nbidlux mit-tweġiba mogħtija għal dawk il-mistoqsijiet.

Bord tal-Koperattivi — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Bord tal-Koperattivi fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Wasteserv — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-WasteServ Malta Ltd fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond l-informazzjoni li għaddewlna il-Wasteserv, iċ-Chairman fi Frar 2013 kien is-Sur Benedict Farrugia, li għandu onorarja ta’ €17,305.20 fis-sena u bħala benefiċji oħra għandu car allowance li tammonta għall- €14,563.50 fis-sena u communications allowance (għal użu ta’ telefonija u l-internet) li tammonta għall-valur medju ta’ €1,000 fis-sena. Fi Frar 2013, id-Diretturi tal-Wasteserv kienu is-Sinjuri Isabelle Borg, Mathieu Cilia, Gabriella Cuschieri, Peter Perotti, Marthese Portelli u William Spiteri. Kull direttur/direttriċi kellhom Onorarja ta’ €3,494.04 fis-sena. Bħala benefiċji igawdu minn €35 ir-ras meta xi ħadd minnhom jattendi/tattendi sezzjoni żejda u benefiċċju ieħor hu dak ta’ €48.53 li jingħata għal kull laqgħa tal-Bord lill-membri residenti Għawdex. Żewġ membri, is-Sinjuri Perotti u Spiteri, gawdew mil-ewwel bennefiċju, filwaqt li s-Sinjura Portelli gawdiet mit-tieni benefiċju.

Transport Malta — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi ta' Transport Malta fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (MIZZI, JOE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #125 Sitting 7 2013-04-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Heritage Malta — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Heritage Malta fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #126 Sitting 7 2013-04-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (VELLA, KARMENU)

Ir-risposta għal din il-mistoqsija qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #127 Sitting 7 2013-04-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Air Malta fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #128 Sitting 7 2013-04-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

MCC — bord tad-Diretturi u chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Mediterrean Conference Centre fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (VELLA, KARMENU)

Ir-risposta għal din il-mistoqsija qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

skema għall-awturi, kompożituri u artisti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38359 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’ħidma saret matul l-2012 fuq skema mħabbra fil-budget għal din is-sena għal self-employed reġistrati bħala awturi, kompożituri, artisti fl-arti viżiva u f’dik performattiva, fil-film u fid-disinn, li joperaw mill-Belt Valletta? Jista' jgħid kemm ikkwalifikaw biex jibbenefikaw minn din l-iskema?

Response (MARCO, MARIO DE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 38599.