Legislature:
Category:
Reset
Active:

Djar — Allokazzjoni ta' postijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu postijiet mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Fejn kienu dawn il-postijiet u minn fejn kienu l-persuni li ħaduhom? Taħt liema kategorija (jiġifieri evictees, single parents, homeless, eċċ.) jaqgħu dawk li ngħataw dawn il-postijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. 1.2.99

Pensjonijiet — Riforma

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament hux se jibbenefika mir-riforma dwar il-pensjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Membru illi l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-miktub dwar ir-rata ta' pensjoni tas-Sigurta' Soċjali li qed tirċievi. 1.2.99

Djar — Requisition

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba ta' sid post f'Bormla sabiex titneħħa r-requisition bin-numru R/O 44880?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi s-sid xtara l-post, li kien jaf li hu rekwiżizzjonat u bin-nies fih, mingħajr ma talab il-permess tad-Dipartiment. It-talba għat-tneħħija tal-ordni ma tistax tintlaqa' qabel jiġi aċċertat li l-inkwilin għandu post ieħor fejn joqgħod. 1.2.99

Bormla — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li numru ta' toroq żgħar madwar il-blokkijiet ta' appartamenti, lesti u bin-nies fihom, li nbnew fl-area ta' Santa Liena, Bormla tingħatalhom kisja tarmac?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li dawn it-toroq huma asfaltati, iżda jidher illi tkissru meta nbena l-iżvilupp fil-ġnub tagħhom. Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq sabiex dan jikkunsidra li dawn it-toroq jiġu nklużi fil-programm tax-xogħol.

Żabbar — Triq Papa Alessandru - Asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq Papa Alessandru, Żabbar tingħata kisja tarmac għaliex tinsab fi stat diżastruż?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ma għandi x`inżid xejn mar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari mill-Onor. Chris Agius, Numru 491.
Leg 9 PQ #3875 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MDD/MSCL — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema tal-MDD u tal-MSCL li huma sekondati ma' xi dipartiment tal-gvern? Jista' l-Ministru jgħid wkoll ma' liema dipartment qegħdin u mnejn huma? Jista' jgħid ukoll x'inhi l-policy addottata sabiex ħaddiema minn dawn iż-żewġ kumpanniji jintbagħtu on secondment ma' dipartimenti tal-gvern?

Response (BONNICI, JOSEF)

In-numru ta' ħaddiema tal-Malta Drydocks u l-Malta Shipbuilding Co. Ltd. li fis-snin preċedenti ġew sekondati ma' liema dipartiment u minn fejn huma,jidhru fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hija policy tal-Gvern preżenti li ma jkunx hemm secondment ta' ħaddiema minn kumpaniji parastatali għal dipartimenti tal-Gvern.
Leg 9 PQ #3876 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Birgu — Xogħol fuq il-moll

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol li kien beda fuq il-moll tax-Xatt tal-Birgu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed nassumi li l-Onorevoli Membru qiegħed jirreferi għax-xogħol tat-twaqqiegħ li kien qiegħed isir fix-Xatt tal-Birgu liema xogħol issa tlesta.
Leg 9 PQ #3877 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Birgu — Sant'Anġlu - Bozoz

Question

Jista' l-Ministru jara li jitpoġġew xi bozoz fuq il-moll tax-Xatt tal-Birgu, inti u dieħel lejn Sant'Anġlu?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3878 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Monument tal-Vittmi tal-Gwerra - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Monument tal-Vittmi tal-Gwerra li hemm taħt il-Knisja Parrokjali ta'Bormla jkun jista' jinxtegħel kuljum, bil-kont tal-konsum tad-dawl ma jibqax jitħallas minn individwi? X'inhi l-policy tal-Korporazzjoni Enemalta rigward ħlas ta' konsum ta' dawk fuq monumenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Proprjeta' tal-Gvern — Rikonoxximent

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji tista' tingħata rikonoxximent fuq proprjeta' tal-Gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed nippresumi li l-Onor. Membru qed jirreferi għal rikonoxximent ta' kirijiet ta' postijiet li huma proprjeta' tal-Gvern. Jien infurmat li, f'dak il-każ, id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jevalwa u jiddeċiedi kull talba għal rikonoxximent fuq il-mertu tagħha. 25.1.99
Leg 9 PQ #3419 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Bormla

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol fuq il-ground ta' quddiem l-iskola primarja ta' Bormla? Jista' l-Ministru ta'lanqas jagħti indikazzjoni meta se jkun lest dan ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol fuq il-ground ta' quddiem l-iskola primarja ta' Bormla jinsab sospiż wara talba f'dan is-sens mid-Direttur tad-Dipartiment tal-Bini u Inġinerija fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet li saret fis-7 ta' dan ix-xahar bl-iskop li l-pjan tax-xogħlijiet fuq Pjazza Santa Margerita jiġi koordinat aħjar. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ma tinsabx f'pożizzjoni li tgħid meta jkun lest dan ix-xogħol u jkun tajjeb li l-Onor. Membru jirreferi l-materja lill-Ministru responsabbli.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Impjegati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni kollha li huma fis-segretarjat privat tiegħu u tas-segretarju parlamentari li jaqa' taħtu? Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu x-xogħol ta' kull wieħed u f'liema impjieg kienu l-aħħar qabel ġew fis-segretarjat?

Response (MARCO, GUIDO DE)

Nirriferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li diġa tajt fuq dan is-suġġett għall-interpellanza No. 3450.
Leg 9 PQ #3871 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Junior Lyceum ta' Maria Reġina

Question

Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li l-istudenti ta' Form III tal-Junior Lyceum ta' Maria Reġina ilhom sitt ġimgħat mingħajr lezzjoni tal-Business Studies b'mod li dan in-nuqqas ta' lezzjonijiet se jpoġġi lill-istudenti f'sitwazzjoni diffiċli biex jkopru s-syllabus? Jikkonferma l-istess Ministru li għall-istess sena fl-istess skola, anke kellhom nuqqas ta' teacher tal-Ġeografija li jista' jwassal sabiex l-eżami tal-Half Yearly fl-istess suġġett ma jsirx?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba simili ngħatat għall-mistoqsija 3846. Informat li ntbgħat għalliem tal-Business Studies fil-Junior Lyceum Maria Reġina. Hemm nuqqas ta' għalliem tal-Ġeografija minħabba mard. Qed isiru sforzi biex is-syllabus jiġi kopert.
Leg 9 PQ #3872 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalkara — Triq is-Sibi - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza fin-nofs ta' Triq is-Sibi l-Kalkara?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3873 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Għajn Dwieli — Xogħol fil-Mina

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq il-Mina ta' Għajn Dwieli li kien nbeda xhur ilu, huwiex se jitkompla?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Huwa maħsub li dan ix-xogħol jitkompla wara li jitlestew il-pjanti u jinġiebu l-permessi neċessarji mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #3412 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Towing ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ittowjati karozzi xahar b'xahar minn meta daħlet fis-seħħ? Jista'l-Ministru jgħid ukoll minn liema lokalita' ġew towed?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 21.01.99
Leg 9 PQ #3413 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bormla — Ground

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 2241?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li nhar it-Tnejn 14 ta' Diċembru 1998 tkompla x-xogħol tat-twaħħil tal-fencing wara li tqiegħdu l-pajpijiet meħtieġa. Ix-xogħol li fadal hu antiċipat li jdum tlett ġimgħat.
Leg 9 PQ #3414 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Triq magħluqa

Question

Jista'l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 2243?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi hemm aċċess liberu għall-garaxxijiet biswit id-Dar ta' l-Anzjani fi Pjazza Santa Margerita, Bormla.