Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati tal-gvern li għadhom ma ħadux l-arretrati dovuti skond l-aħħar ftehim kollettiv? X'inhi r-raġuni wara dan id-dewmien u meta se jkun ħadhom kulħadd?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-Onor Interpellant mitlub jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba sabiex isir xogħol mill-Housing Const. and Maintenance Department fi Flat 8, Blk 7, Triq De Opertis, Birgu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt din it-talba lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar; Jien infurmat li m'hemm ebda talba pendenti għal xogħolijiet fil-flat propja ħlief għat-tikħil tal-faċċati u tibjid tat-tromba. Jien infurmat li dawn ġew inklużi fil-programm ta' xogħolijiet tad-Dipartiment.
8.2.99
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy sabiex studenti jiġu exempted mill-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li applikazzjonijiet biex studenti jiġu exempted mill-iskola jiġu kkonsidrati fuq dawn il-kriterji: li l-istudent ikun qorob biex jagħlaq is-sittax-il sena; jew, li l-istudent ikun lesta l-kors provdut mill-iskola; jew, li jkun hemm raġunijiet umanitarji serji.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li s-sena d-dieħla jkun hemm klassi tar-repeaters tal-Year 6 (jekk ikun il-każ) fl-iskola primarja ta' Bormla?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-faċilita' li jirrepetu l-Year 6 tingħata lit-tfal ta' l-iskejjel kollha ta' Malta u Għawdex. Id-Diviżjoni tara li jkun aktar ta' benefiċċju li tfal i jirrepetu jkunu fi klassijiet għalihom billi l-ħtiġijiet tagħhom ma jkunux l-istess bħal ta' dawk li ser jagħmlu l-eżami għall-ewwel darba. Għalhekk, sa fejn hu prattikabbli, fejn ma jkunx hemm biżżejjed repeaters f'lokalita' waħda biex tifforma klassi dawn jingħaqdu ma' repeaters oħra fi skola viċin.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnu l-pjan lokali għan-nofsinhar ta' Malta li kien tfassal mill-kumitat immexxi mill-Perit Bianco? X'inhuma l-pjanijiet tal-gvern fir-rigward ta' dan il-pjan?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-pjan lokali għan-nofs in-nhar ta' Malta sejjer jiġi riattivat biex jitwettqu numru ta' inizjattivi li ġew identifikati u li ser ikunu ta' benefiċċju għal dan ir-reġjun.
Biex dan il-pjan jirnexxi, il-Gvern għandu l-intenzjoni li jinvolvi sew dawk il-ministeri li b'mod dirett jew indirett għandhom x'jaqsmu mal-proposti tal-pjan, filwaqt li ser tkompli tissaħħaħ ir-rappreżentanza tal-kunsill lokali fit-twettiq ta' dan il-pjan.
Jista' l-Ministru jgħid b'kemm titnaqqas il-pensjoni ta' min qiegħed f'dar ta' l-anzjani tal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-anzjani fid-djar tal-gvern jikkontribwixxu sittin fil-mija tad-dħul kollu tagħhom fis-sena. Din il-kontribuzzjoni ma tistax taqbeż l-Lm1,460 fis-sena. Għaldaqstant m'hemmx rata fissa ta' tnaqqis mill-Pensjoni.
Meta resident jidħol f'San Vinċenz, jibda jitnaqqaslu 40% mill-pensjoni tas-Sigurta' Soċjali tiegħu. Dan jinkludi wkoll il-bonus.
3.2.99
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex l-anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ġie rifjutat s-servizz tal-homehelp minn CSA?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni li hija konfidenzjali tingħata biss jekk ikun hemm il-permess tal-persuna konċernata. Normalment, id-deċiżjoni tittieħed għaliex mir-rapport tas-social worker ikun jidher li l-persuna tkun "fully independent" u għalhekk ma jkolliex il-ħtieġa ta' Home Help.
3.2.99
Peress li f'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3413, il-Ministru ta' l-Edukazzjoni qal li x-xogħol fuq il-ground ta' l-iskola primarja ta' Bormla kellu jitlesta fi żmien tliet ġimgħat, imbagħad f'risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3419 l-għada, il-Ministru qal li x-xogħol kien sospiż minħabba talba mid-direttur tad-Dipartiment tal-Bini u Inġinerija, jista' l-Ministru jiċċara ftit x'inhi l-pożizzjoni dwar dan il-ground li tħalla nofs leħja minn dan il-gvern wara li kien inbeda minn Gvern Laburista fis-sajf li għadda?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li t-talba biex jiġi sospiż ix-xogħol saret permezz ta' ittra bid-data 7 ta' Jannar 1999. Riċentament kien hemm żviluppi ġodda dwar l-implimentazzjoni tal-proġett ta' pjazza Santa Margerita Bormla. Hu mistenni li l-ewwel fażi tax-xogħol fuq din il-pjazza jinbeda fi żmien qasir. L-ittra biex jieqaf ix-xogħol intbagħtet għax parti mix-xogħol li sar u kien qed isir ma kienx fi qbil strett mal-pjanti għall-ewwel fażi tal-proġett tal-pjazza ta' Santa Margerita liema pjanti kienu approvati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Dan il-permess kien jimponi li jsir ġibjun kbir għall-ilma tax-xita, u kien instab li l-post idejali biex dan jinbena, kien taħt il-ground tal-football li jifforma parti mill-ġnien.
Peress li d-dar għall-anzjani f'Bormla tinsab fi stadju avvanzat, jista' l-Ministru jgħid x'sar u x'se jsir mill-proġett imwiegħed fi Pjazza Santa Margherita, Bormla?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi peress li dan hu proġett ta' ċerta entita', hemm ħsieb li xogħol fuq dan il-proġett ikun maqsum fi tlett fażijiet.
Ix-xogħol fuq l-ewwel fażi sejjer ikun ikkonċentrat viċin id-Dar għall-Anzjani u sejjer jibda fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba tal-persuni li joqogħdu fl-indirizz li qed nibgħat separatament sabiex isir xi xogħol fil-flat tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar ser jagħti priorita'lit-talba ta' dawn l-inkwilini. Nissuġġerixxi li l-inkwilini issa għandhom isegwu t-talba tagħhom direttament mad-Dipartiment.
3.2.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk għadux jiffunzjona l-Cottonera Community Development Programme?
Response (GALEA, LOUIS)
Mill-informazzjoni li għandi jidher illi x'laħaq sar is-sena li għaddiet kienet Action Plan. Ma jidhirx illi l-programm kien beda jiffunzjona u jwettaq l-għanijiet tiegħu. Inħoss li jkun xieraq li qabel ma l-inizjattivi imsemmija fl-Action Plan jitwettqu, il-Ministeri konċernati jerġgħu jgħatu ħarsa lejn l-istrateġija u l-implikazzjonijiet tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma s-suġġetti obbligatorji li għandhom jiġu mgħallma fl-iskejjel ta' Malta u Għawdex? Jista' jgħid ukoll jekk dawn japplikawx anke għal skejjel privati u tal-Knisja?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li suġġetti obbligatorji fl-iskejjel ta' l-Istat huma dawn:
Primarji
Reliġjon* Studju Soċjali Edukazzjoni Fiżika
Malti Ingliż Matematika
Xjenza Integrata Mużika Art/Craft/NC
*L-istudenti jistgħu ma jattendux il-lezzjonijiet tar-Reliġjon għal-raġunijiet ta' kuxjenza.
Sekondarji
Reliġjon Studju Soċjali Edukazzjoni Fiżika
Malti Ingliż Matematika
Lingwa Barranija Ġografija Storja
Arti/Letteratura/Mużika PSE IT
Xjenza Intergrata -
Forms I & II
Fiżika - Forms III,IV & V
L-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti ġeneralment jimxu mal-porvvedimenti li hemm fil-Kurrikulu Nazzjonali apparenti għas-settur tagħhom.
Jista' l-Ministru jara li plot fi Triq San Gorg, Bormla, wara l-Kunsill Lokali ta' Bormla, jittella' ħajt mal-madwar sabiex jinqata' kull abbuż li qed isir peress li din il-plot spiċċat miżbla?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi s-sit in kwestjoni huwa kopert minn permess PA 3434/98 għall-bini ta' Crisis Intervention Centre fuq talba tal-Caritas u li ġie approvat fl-1 ta' Ottubru, 1998. Il-permess imsemmi jispeċifika li l-Caritas huwa fid-dmir li jdawwru s-sit b'ċint biex jiġi evitat kull periklu waqt il-kostruzzjoni. Il-Caritas qed jiġu nfurmati biex josservaw il-kundizzjonijiet tal-permess kif approvat.
02.02.99
Impjiegi — Reġistrazzjoni għax-xogħol ta' gradwati
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' gradwati li qed jirreġistraw għax-xogħol? X'tip ta' gradwati huma? Kemm ilhom jirreġistraw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
F'Ottubru 1998 in-numru ta' gradwati li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ kien ta' 45.
Mehmuż issib tabella A - li turi x'tip ta' kwalifiki għandhom, filwaqt li tabella B turi għalxiex qed jirreġistraw u kemm ilhom jirreġistraw.
2.2.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jaqa' xi blokk bini fi Triq San Mark, Bormla bħala kontinwazzjoni tal-proġett ta' slum clearance?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'dawn il-ġranet beda x-xogħol ta' kejl tal-bini li jinsab bejn Triq Hanover, Triq Santa Liena, Triq l-Irlandiżi u Triq San Mark biex eventwalment ikun jista jsir ix-xogħol tat-tielet fażi tal-progett ta' Sta Liena. Id-deċiżjoni jaqax il-blokk kollu jew parti minnu tittieħed wara li jkun sar 'survey' tal-proprjeta' kollha u jsiru konsultazzjonijiet ma' l-awtorita' ta' l-Ippjanar u l-Kunsill Lokali u għalhekk għadu prematur biex wieħed jgħid eżattament x'ser jiġri f'dan l-istadju.
1.2.99
Jista' l-Ministru jgħid meta se tibbenefika l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament mir-riforma dwar il-pensjonijiet tas-Servizzi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Membru illi l-persuna minnu ndikata għandha tiġi infurmata mill-uffiċċjal tad-distrett tagħha dwar ir-rata ta' pensjoni tas-Sigurta' Soċjali li qed tirċievi.
1.2.99