Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #5179 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Kottonera — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ż-żewġ konsorzja magħżula għall-proġett tal-Kottonera se jippreżentaw il-pjani bl-iżvilupp li se jwettqu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Gvern fi żmien opportun se jressaq quddiem il-Parlament reżoluzzjoni għall-approvazzjoni tal-kuntratt suġġerit maż-żewġ konsorzja, fejn kien ukoll indikat it-termini li dwaru qed isaqsi l-Onorevoli kollega.
Leg 9 PQ #5180 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Cottonera — Swar

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-gvern sabiex is-swar tal-Cottonera jingħataw l-attenzjoni li jixirqilhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-pjan biex is-swar tal-Kottonera jingħataw l-attenzjoni xierqa jifforma parti minn pjan akbar għas-swar kollha ta' Malta inklużi dawk tal-Belt, il-Furjana, tal-Kottonera u ta' l-Imdina fost l-oħrajn, liema pjan qiegħed jiġi ikkordinat ma' l-Universita' ta' Bologna. Matul din is-sena kif l-Onor. Interpellant jaf il-Gvern ivvota is-somma ta' Lm600,000 li hija ntiża biex jibda x-xogħol preparatorju fuq dan il-proġett.
Leg 9 PQ #5181 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tug Malta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni mpjegati mat-Tug Malta mill-1985 sal-lum, sena b'sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija kif ġej: SENA NUMRU TA'IMPJEGATI 1985 45 1986 45 1987 46 1988 40 1989 42 1990 44 1991 50 1992 52 1993 53 1994 52 1995 55 1996 56 1997 55 1998 55 1999 55

Djar — Kera

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa fil-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandu kera għolja ħafna meta hu għandu paga minima?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-kera inħadmet skond il-kundizzjonijiet tal-ħarġa numru 56 tal-Awtorita' tad-Djar li għaliha applikat il-persuna indikata, u skond il-kuntratt li hi ffirmat. Is-sussidju ġia ġie rivedut iżda nstab li skond il-kundizzjonijiet, dan għandu jibqa' l-istess. 3.3.99

Bormla — Triq San Ġwann

Question

Peress li x-xogħol ta' slum clearance fi Triq San Ġwann, Bormla issa beda, jista' l-Ministru jikkonferma li dan il-proġett kien diġa' ipproġettat u mfassal mill-Awtorita' tad-Djar fil-programm tagħha tas-sena l-oħra? Jikkonferma wkoll il-Ministru li fis-sajf tas-sena 1998 ittellgħet exhibition dwar dan il-proġett mill-Awtorita' tad-Djar fil-Każin tal-Banda San Ġorġ ta' Bormla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Iva nikkonferma li l-proġett ta' Triq San Gwann, Bormla huwa inkluż fl-estimi ta' l-Awtorita' tas-sena l-oħra kif nikkonferma wkoll li l-esebizzjoni dwaru dehret fil-każin tal-Banda ta' San Ġorġ Bormla fis-Sajf ta' l-1998. Biss ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel xogħol ta' kejl tal-bini affettwat minn dal-proġett inbeda fis-Sajf ta' l-1995 u l-pjanti bdew jitħejjew propju f'dak iż-żmien. Fil-fatt l-applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar kienet saret f'Marzu ta' l-1997, jiġifieri madwar sena u nofs wara. Dan qed ngħidu biex nuri li dal-proġett ilu ġej u fil-fatt l-ewwel tħejjijiet saru fil-leġislatura ta' bejn l-1992 u l-1996. Jibqa' l-fatt li l-proċess għat-twaqqiegħ beda issa, taħt dan il-Gvern, wara ħafna telf ta' żmien bla bżonn matul l-amministrazzjoni Laburista. Nappella lill-Onor. Membru biex ma noqgħodux nargumentaw dwar min kellu l-idea oriġinali u nieħu pjaċir ninnota li fuq il-ħtieġa ta' dan it-tip ta' proġetti fil-Kottonera, hemm qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra. 2.3.99
Leg 9 PQ #4948 Sitting 70 1999-03-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna ta' Malta — Sussidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif se jaġixxi l-gvern għat-talbiet tal-EU rigward it-tnaqqis ta' ħaddiema minn mas-Servizz Pubbliku u dwar is-sussidju lit-tarznari tagħna?

Response (BONNICI, JOSEF)

Rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dwar l-amministrazzjoni pubblika, ir-rapport ta' l-Unjoni Ewropea jispeċifika: 'The executive's institutions function smoothly. The civil service numbers 30,500 employees in central government, which represents approximately 20% of the working population. There is scope for improving the efficiency and effectiveness of the public administration.' Għal dak li għandu x'jaqsam mas-sussidju lit-tarznari tagħna, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 4622.
Leg 9 PQ #4949 Sitting 70 1999-03-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mediċini b'xejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi jrid ikun id-dħul sabiex persuna tkun tista' tikkwalifika għall-benefiċċju tal-mediċini b'xejn? Liema huma l-iskedi li joffri d-Dipartiment tas-Saħħa għall-mediċini b'xejn? U liema mediċiuna tingħata taħt kull skeda?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel żewg domandi ta' din il-mistoqsija jikkonċernaw il-Ministeru tal-Politika Soċjali u għalhekk il-mistoqsija għandha ssir lill-Onor. Ministru kkonċernat. Dwar it-tielet domanda ninforma l-Onor. Interpellant li kull pazjent jingħata mediċini addatati skond il-bżonnijiet partikulari tiegħu.
Leg 9 PQ #4950 Sitting 70 1999-03-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tat-Turiżmu

Birgu Fest

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jerġa' jsir il-Birgu Fest?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li l-Birgu Fest ma jsirx kull sena u li, skond l-`Events Action Plan' ta' l-'NTOM', edizzjoni oħra tal-Birgu Festival hija ppjanata għal Settembru 2001.

Vetturi — Reġistrazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn karozzi rreġistrati f'Malta u Għawdex, imqasssma skond iċ-ċilindraġġ, sena b'sena mill-1995 sal-lum?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta` karozzi irreġistrati f`Malta u Għawdex, imqassma skond iċ-ċillindraġġ, sena b`sena mill-1995 sal-1998 huwa kif muri fuq it-tabella li ser inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.

Djar — Xiri ta' djar mill-inkwilini

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, sabiex tkun tista' tixtri l-appartament li tgħix fih?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li, skond ir-Reġistru Elettorali, l-persuna ndikata mill-Onor. Membru toqgħod f'appartament ieħor fl-istess inħawi u mhux f'dak imsemmi fid-dettalji mehmuża mall-Mistoqsija. Ma jirriżultax li saret xi talba għax-xiri ta' din ir-residenza. 2.3.99
Leg 9 PQ #4941 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Dawl fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li d-dawl fit-toroq Alessandra, Rikkardu Taylor u San Mark, kolla f'Bormla jiġi rranġat għax qed ikun ta' sikwit mitfi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-manutenzjoni meħtieġa saret fl-24 ta' Frar 1999.
Leg 9 PQ #4942 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Banek — Bank Ċentrali

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm kienu l-assi ta' deheb u metall ieħor prezzjuż tal-Bank Ċentrali mill-1971 sal-lum?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa ippubblikat fir-rapport annwali tal-Bank Ċentrali.
Leg 9 PQ #4943 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Pensjoni — Pensjoni tas-Servizzi Ingliżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex se jkompli l-proċess mibdi minn Gvern Laburista ta' l-1996 sabiex dawk il-pensjonanti tas-Servizzi Ingliżi jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-miżura dwar il-pensjonijiet? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla dan il-proċess?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru għall-Politika Soċjali.
Leg 9 PQ #4944 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Pensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu f'pensjonijiet, kategorija b'kategorija u sena b'sena, mill-1987 sal-lum?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu ppublikat fl-Estimi Ġenerali.
Leg 9 PQ #4945 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Sigurta' Soċjali — Kontribuzzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru flus mill-ħlas tal-kontribuzzjoni tas-Sigurta' Soċjali, sena b'sena, mill-1987 sal-lum?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu ppublikat fl-Estimi Ġenerali.

Sigurta' Soċjali — Unemployment benefits

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu f'unemployment benefits sena b'sena, bejn l-1994 u llum, f'kull uffiċċju distrettwali, uffiċċju b'uffiċċju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. 1.3.99

Djar

Question

Jista' l-Ministru jara li tintlaqa' t-talba ta' l-anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament sabiex il-bieb tal-flat li ġiet allokata ftit ilu jiġi msaħħaħ peress li qed tibża' tidħol fih?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-ispezzjoni meħtieġa. 23.2.99

Djar — Bini ta' appartamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' tad-Djar hux se tkompli bil-ħsieb li jinbnew sulari addizzjonali fuq appartamenti tal-gvern diġa' abitati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

S'issa għada ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni finali jekk l-proġett ta' bini ta' sulari addizjonali ghandux jitkompla. 23.2.99
Leg 9 PQ #4780 Sitting 67 1999-02-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — San Gwan t'Għuxa - Swar

Question

Jista' l-Ministru jara li titneħħa eyesore li hemm f'waħda mill-arkati fis-swar quddiem il-flats ta' San Gwann t'Għuxa, Bormla, peress li hemm bieb ta' l-aluminium li jistona, bil-ħġieġ kollu mkisser?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #4781 Sitting 67 1999-02-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — It-Tieni Distrett - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet għal xi tip ta' xogħol tal-Water Services Corporation fil-lokalitajiet tat-Tieni Distrett, lokal b'lokal? X'inhi r-raġuni li qed ikun hemm dewmien fuq ċerti xogħlijiet f'dawn il-lokalitajiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.