Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bormla — Triq il-Pellegrinaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata ftit it-triq quddiem il-flats il-ġodda fi Triq il-Pellegrinaġġ, Bormla? Jaf il-Ministru li minħabba l-istat ħażin ta' din it-triq, fejn hemm uffiċċju tal-Maltacom u l-poliklinika, qed ikun hemm konfużjoni tat-traffiku minħabba l-ipparkjar u t-tħarbit tat-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għal risposta li diġa ngħatat għal Mistoqsija ParlamentariNru. 5487.
Leg 9 PQ #5481 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Pjazza Sta. Margerita

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti relatati mal-proġett ta' Pjazza Sta. Margerita, Bormla?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta mitluba.
Leg 9 PQ #5482 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Birgu — Harry Stanger School

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern għall-post magħruf bħala Harry Stanger school fil-Birgu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #5483 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Birgu — Bieb is-Sultan

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern għal Bieb is-Sultan fil-Birgu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol ta' restawr u manutenzjoni fuq is-swar tal-Kottonera m'huwiex ir-responsabbilta' tad-Dipartiment tal-Mużewijiet. Dan ix-xogħol, inkluż dak fuq Bieb is-Sultan, il-Birgu, huwa responsabbilta' tal-Kottonera Rehabilitation Project.

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-possibbilitajiet li l-familja li għandha file mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali bin-numru H 15467, tkun tista' tingħata post alternattiv għax qed tgħix f'żewġt ikmamar żgħar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-applikazzjoni indikata qed tiġi kkunsidrata flimkien mal-oħrajn kollha li hemm pendenti, u fid-dawl tan-numru limitat ta' postijiet li jkollu d-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali. 15.3.99
Leg 9 PQ #5485 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Bormla - G. Despott

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex se ssir sejħa sabiex jimtela l-post li hemm vakant ta' librar fl-iskola G. Despott, f'Bormla?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ser tiġi segwita l-proċedura tas-soltu u dalwaqt ser toħroġ 'call for applications' għal-librara. Din hi proċedura annwali u, l-ħatriet isiru fis-sena skolastika ta' wara.
Leg 9 PQ #5486 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Triq il-Pellegrinaġġ - Bozza

Question

Jista' l-Ministru jara li tissewwa bozza fi Triq il-Pellegrinaġġ, f'Bormla li ilha ma tixgħel numru ta' ġimgħat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-manutenzjoni meħtieġa saret fit-12 ta' Marzu 1999.
Leg 9 PQ #5316 Sitting 74 1999-03-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bormla — Crisis Intervention Centre

Question

Jista' l-Prim MInistru jgħid jekk hux se jintervjeni u jilqa' t-talbiet ta' numru kbir ta' residenti f'Bormla li qed joġġezzjonaw għall-bini ta' Crisis Intervention Centre f'Bormla? Jista' jgħid ukoll jekk jaħsibx li l-bini ta' dan it-tip ta' ċentru f'nofs Bormla se jkompli jżid il-problemi lin-nies ta' din il-belt?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-Gvern ma jidhirlux li għandu jintervjeni fis-sens li jeżiġi li proġett simili ma jsirx. Iżda l-Gvern huwa persważ li l-fehmiet raġjonevoli ta' kullħadd għandhom jingħataw l-attenzjoni li jixirqilhom u b'hekk ikun hemm riżultat li huwa fl-aħjar interess soċjali.
Leg 9 PQ #5317 Sitting 74 1999-03-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Bormla — Ċentru tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' servizzi se jkunu available mill-poliklinika ta' Bormla?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Bormla eventwalment ser jipprovdi dawk is-servizzi mediċi kollha li huma pprovduti miċ-Ċentri tas-Saħħa l-oħra.

Impjiegi — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol fix-xahar ta' Diċembru mill-1990 sa l-1998?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dawn in-nies kienu qegħdin jirreżistraw għax-xogħol fuq l-ewwel Parti tar-reġistru fl-aħħar ta' Diċembru ta' kull sena: 1990 5,087 1991 4,919 1992 5,548 1993 6,175 1994 5,585 1995 5,247 1996 6,245 1997 7,149 1998 7,437 9.3.99
Leg 9 PQ #5184 Sitting 73 1999-03-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Distrett Nru. 2 — Bozoz

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti għal bozoz ġodda fl-ibliet tat-Tieni Distrett?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talbiet pendenti għall-bozoz ġodda fl-ibliet li jiffurmaw it-Tieni Distrett Elettorali huwa kif ġej: LOKALITA` NUMRU TA' TALBIET PENDENTI Birgu 2 Bormla 8 Fgura 59 Isla 3 Kalkara 11 Xgħajra 5

Pensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għandha pensjoni żgħira tant li qed issibha diffiċli biex tlaħħaq mal-ħajja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata qed tirċievi pensjoni taħt il-Ftehim Reċiproku bejn Malta u l-Awstralja. Jiena nfurmat li r-rata ta' pensjoni kontributorja li qed tirċievi l-Armla issa, tirrefletti l-medja ta' kontribuzzjonijiet imħalsa jew akkreditati ta' żewġha hawn Malta. Ninforma lil Onor. Membru li l-persuna kkonċernata ser tiġi nfurmata dwar ik-każ tagħha kif ukoll tingħata l-pariri kollha biex tapplika għal dawk il-beneffiċċji kollha li jista' jkolla dritt għalihom. 9.3.99
Leg 9 PQ #5314 Sitting 73 1999-03-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kumpannija MGM

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għandu ppjanat il-gvern fil-futur għall-kupannija MGM (Malta Gantry)?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-futur tal-kumpanija Malta Gantry Manufacturing Ltd. huwa marbut b'mod dirett mal-kuntratt tal-Malta Freeport, taħt liema kuntratt il-kumpanija għandha l-obbligu li tissuplixxi numru ta' Quay Side Cranes u Rubber Tyred Gantry Cranes. Ir-rwol prinċipali tal-Malta Gantyr Manufacturing Limited fix-xhur li ġejjin ser ikun il-'commissioning' u d-'delivery' ta' dawn il-krejnijiet lill-Mlata Freeport.

Bormla — Crisis Intervention Centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se tingħata l-attenzjoni li jixirqilha t-talba ta' numru ta' residenti minn Bormla li qed joġġezzjonaw għal bini ta' Crisis Intervention Centre f'Bormla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat Tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Nru. 212. 9.3.99

Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali — Bolol

Question

Jista' l-Ministru jara jekk il-persuna, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għandhiex bolol tas-sigurta' soċjali neqsin għall-perjodu bejn l-1975 u l-1987? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jagħti ndikazzjoni kemm hemm neqsin u għal liema perjodu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata mid-dipartiment dwar il-qagħda tagħha.

Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali — Bolol

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna, li d-dettalaji tagħha qed jintbagħtu separatament, li waslet sabiex tispiċċa mix-xogħol bl-eta', għndhiex bolol tas-sigurta' soċjali neqsin? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid ta' liema perjodu hemm neqsin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata mid-dipartiment dwar il-qagħda tagħha.
Leg 9 PQ #5176 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi twila l-waiting list għall-operazzjonijiet tal-katarretti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-preżent hemm 503 pazjent jistennew operazzjoni tal-kataretti. 275 minnhom huma ta' waħda mill-firms u għandhom waiting time ta' 7 xhur. Il-firm l-oħra għandha 225 pazjent u waiting time ta' 5 xhur. L-ebda minn dawn l-operazzjonijiet m'huma urġenti. F'sitwazzjoni meta l-pazjent ikollu kataretti avvanzati f'għajnejh it-tnejn w allura jkollu problemi kbar tal-vista, l-operazzjoni tingħata prijorita' u l-pazjent ma jitħalliex jistenna fil-waiting list normali.

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta u kif iridu japplikaw nisa li jkunu ħadmu tul ħajjithom sabiex jieħdu l-pensjoni ta' l-eta'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li fil-każ ta' pensjoni ta' l-Eta', li hija pensjoni mhux kontributorja, persuna għanda tapplika ftit qabel ma tagħlaq l-eta' ta' sittin sena biex tirċievi l-pensjoni mill-eta' ta' sittin sena. Id-dritt għal din il-pensjoni jkun jiddependi minn test tal-Mezzi. Mill-Mistoqsija ta' l-Onor. Membru, aktar naħseb li qed jirreferi għall- pensjoni kontriburorja għal Min Jirtira. Dan għaliex qed isemmi nisa li jkunu ħadmu u għalhekk ikkontribwew permezz tal-kontribuzzjoni tas-Sigurta' Soċjali. F'dan il-każ, dejjem kienet il-prassi li l-persuna assigurata tintalab li tagħmel it-talba sa tliet xhur qabel ma tilħaq l-eta' ta' irtirat. Dan isir biex id-Dipartiment f'dan iż-żmien jilħaq jiġbor l-informazzjoni kollha li tkun tinħtieġ biex tiġi kkalkulata r-rata ta' pensjoni dovuta u b'hekk din titħallas kemm jista' jkun ma' l-ewwel pagamenti ta' pensjonijiet li jkun hemm wara li tilħaq l-eta', ta' l-irtirat. It-talba trid issir fuq formola apposta li tinkiseb mill-Uffiċċji Distrettwali li għandu d-Dipartiment imxerrdin ma' Malta u Għawdex. 8.3.99

Trasport pubbliku — Rotta lejn l-Isptar San Vinċenz de Paule

Question

Jista' l-Ministru jara hijiex possibbli li ssir rotta diretta lejn l-Isptar San Vinċenz de Paule peress li bħalissa hemm mixja twila mill-istage sa l-istess sptar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku qed tipprova ssib mod kif il-karozzi tal-linja tar-Rotta 35 ikunu jistgħu jgħaddu qrib il-kumpless San Vinċenz de Paul.