Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #5904 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Pjazza Sta. Margerita

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li meta jkun lest il-proġett ta' Pjazza Sta. Margerita, f'Bormla t-tmexxija tal-ground li se jkun hemm fl-area, jgħaddi f'idejn it-team tas-St. George's?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Meta x-xogħol ikun lest, il-ground jgħaddi f'idejn il-Ministeru responsabbli li jiddisponi minnu skond il-proċeduri stabbiliti u għalhekk nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #5905 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Pjazza Sta. Margerita

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn fejn se jibdew jgħaddu l-purċissjonijiet bħal tal-Kunċizzjoni, l-Ġimgħa l-Kbira u l-Irxoxt, meta mill-pjanti tal-proġett ta' Pjazza Sta. Margerita jidher li t-triq użata bħalissa, quddiem il-Kunsill Lokali ta' Bormla, mhux se tibqa' teżisti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fil-pjanti ġie maħsub illi peress illi dawn il-purċissjonijiet jirrapreżentaw tradizzjoni importanti u sabiħa, dawn jibqgħu jgħaddu mill-istess post li qegħdin jgħaddu minnu bħalissa.
Leg 9 PQ #5906 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Ground

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-possibbilta' li l-ground ta' quddiem l-iskola primarja ta' Bormla jikber kemm possibbilment jista'? X'se jkun id-daqs ta' dan il-ground?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi m'hemmx possibilita' li l-ground ta' quddiem l-Iskola Primarja ta' Bormla jikber, iżda sejjer jibqa' kif inhu bħalissa.
Leg 9 PQ #5796 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Proġett tal-Baċir Nru. 1 — Wirt storiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jiġi kkonsidrat il-wirt storiku li jeżisti fiż-żoni tal-proġett tal-Baċir Nru. 1 u f'qiegħ il-baħar tad-daħla ta' Bormla? X'se jsir dwar dawn jekk jirriżultaw?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-kuntratt propost mill-Gvern preżenti jipprovdi biex jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa biex ikunu mħarsa l-fdalijiet,jekk hemm,li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant. Jekk dawn il-fdalijiet jirriżultaw jitqiesu bħala propjeta' tal-Gvern.
Leg 9 PQ #5797 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Baċir Nru. 1 — Xogħol fuq vapuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitwaqqaf ix-xogħol fuq vapuri fil-Baċir Nru. 1? Fiex wasal il-ftehim li ssemma bejn dawk interessati, il-gvern u t-Tarzna?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #5798 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Baċir Nru. 1 — Blasting

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inkisirx il-ftehim li kien sar bejn il-Kunsill Lokali ta' Bormla u t-Tarzna sabiex ma jsirx blasting fil-Baċir Nru. 1? Jikkonferma l-Ministru li nhar l-10 u t-12 ta' Marzu, 1999 sar xogħol ta' blasting fuq il-vapuri tal-Gozo Channel? Għalfejn dan ix-xogħol sar f'dan il-baċir?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li sar xogħol ta' blasting fuq il-vapur tal-Gozo Channel Cittadella fl-10 ta' Marzu 1999 biss u mhux kif ingħad mill-Onorevoli Interpellant. It-tip ta' sistema li ntużat hija dik magħrufa bħala 'Slurry Blasting' u l-ħaddiema li kienu qed jaħdmu fuq dan il-vapur baqgħu fuq il-post waqt li kien għaddej dan ix-xogħol. Għalhekk ma naħsibx li nħoloq xi nkonvenjent għar-residenti viċin il-baċir. It-teknoloġija wżata, kienet għadha fi stadju sperimentali meta sar il-ftehim imsemmi. It-Tarzna qed tagħmel l-almu tagħha biex l-użu ta' din it-teknoloġija jiġi estiż u b'hekk jitnaqqsu l-inkonvenjenzi għar-residenti ta' madwar l-azjenda.
Leg 9 PQ #5898 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Club tar-Regatta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-imħażen użati mill-Club tar-Regatta, f'Bormla humiex se jintmissu minħabba l-proġett tal-Marina?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Assolutament le.
Leg 9 PQ #5899 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Xatt ir-Risq — Mini

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'hemm fil-futur għal dawk il-persuni li krew mina milli hemm f'Xatt ir-Risq sabiex jagħmluha garage? Hemm xi perikli li titwaqqaf il-kirja tagħhom mil-Lands Dept?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-kirja in kwestjoni mhix milquta mill-proġett tal-Kottonera.
Leg 9 PQ #5900 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Xatt ir-Risq — Kumpannija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpannija li qed tagħmel użu minn imħażen kbar f'Xatt ir-Risq hijiex ikollha l-kirja f'periklu? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jiggarantixxi post alternattiv sabiex din il-kumpannija, li toffri mpjiegi lil numru ta' ħaddiema, tibqa' topera?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-kumpannija li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant għandha t-titolu ta' lokazzjoni tagħha jiskadi aktar tard din is-sena. Jekk il-kumpannija tħoss iżda li għandha tavviċina lill-Gvern fuq il-bżonnijiet tagħha, dan tista' tagħmlu.
Leg 9 PQ #5790 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Pjazza St. Margerita

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif ġiet aċċettata il-pjanta proposta dwar l-iżvilupp ta' Pjazza Sta. Margerta, Bormla meta din se tagħlaq l-aċċess ta' parking area u xi toroq li jiżbukkaw fiha, minn kantuniera ma' Triq San Ġorġ bil-konsegwenza li: (a) flok se tiftaħ triq tmiss eżatt mal-post ta' rikreazzjoni ta' l-iskola primarja, kif ukoll ta'dħul u ħruġ ta' l-istess skola; (b) li t-triq proposta se tkun triq li taqsam minn post ta' rikreazzjoni u ġnien pubbliku, b'periklu għal min ikun fl-inħawi msemmija; u (ċ) se jitnaqqas l-ispazju tal-parkeġġ b'aktar minn nofs,meta l-ftuħ tad-dar għall-anzjani se żżid il-ħtieġa ta' parking?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-triq li sejra tinfetaħ ma' ġenb l-iskola hija ntenzjonata: a) biss għall-aċċess tal-parking tar-residenti tal-viċin. Aċċess minn quddiem id-dar ta' l-anzjani mhux possibli minħabba diżlivelli konsiderevoli. b) Mit-triq proposta mhux ser ikun hemm 'through traffic' iżda l-vetturi li sejrin jużawha huma biss biex jagħtu servizz lil dak il-bini li jagħti fuq dan il-parkeġġ. ċ) Quddiem il-kunsill lokali nħoloq parkeġġ ġdid għal aktar minn għoxrin karozza, li għandu jakkomoda fost l-oħrajn, il-bżonnijiet tad-dar ta' l-anzjani. Ta' min josserva illi l-pjanti saru wkoll bil-kollaborazzjoni sħiħa tal-Kunsill Lokali ta' Bormla filwaqt illi l-Gvern jibqa' dispost jikkonsidra suġġerimenti kostruttivi.
Leg 9 PQ #5791 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Pjazza Sta. Margerita

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiet studjata il-possibbilta' li fil-proġett ta' Sta. Margerita, Bormla, flok it-triq proposta isir passaġġ biss għal pubbliku flok għat-traffiku, peress li minn hemm jgħaddu ħafna ġenituri bit-tfal għall-iskola, kif ukoll nies oħra lejn il-knejjes u l-venda tal-karozzi tal-linja? Jaħseb l-Ministru li jekk isir passaġġ flok triq jiġu ffrankati bosta spejjeż: (a) fuq il-kostruzzjoni ta' triq ġdida; u (b) fuq it-tkissir ta' l-istands tal-ground?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-aċċess għat-traffiku minn quddiem id-dar ta' l-anzjani jkun ta' nkonvenjenza u ta' periklu għall-istess anzjani. Ukoll, il-ftuħ ta' dan l-aċċess ġdid sejjer jippermetti li l-livelli ta' dawn l-inħawi jitbaxxew konsiderevolment u jnaqqsu l-problemi ta' l-ilma tax-xita fl-inħawi.
Leg 9 PQ #5792 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Pjazza Sta. Margerita

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pjanta għall-proġett ta' Sta. Margerita, Bormla li qanqlet bosta kontroversja meta kienet ippreżentata lill-pubbliku xi snin ilu, ma sarulhiex it-tibdiliet mitluba mil-laqgħa pubblika biex fosthom ikun evitat il-periklu tat-triq il-ġdida proposta u tat-tnaqqis tal-parking? Jista' l-Ministru jgħid fejn u kif tissarraf il-konsultazzjoni u d-djalogu mal-pubbliku tal-lokal konċernat? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk hux se jkun hemm l-istess tip ta' konsultazzjoni u trattament man-nies tal-Kottonera fil-każ tal-proġett tal-Kottonera?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Rigward il-pjanta tal-Pjazza Santa Margerita, hemm il-qbil totali tal-Kunsill Lokali ta' Bormla, filwaqt illi l-Gvern jibqa' propens jikkonsidra suġġerimenti kostruttivi. Il-proġett tax-Xatt tal-Kottonera se jkun suġġett għal proċess ta' konsultazzjoni pubblika li se jkun ikkordinat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #5793 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Pjazza Sta. Margerita

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir mill-bandli li llum jinsabu fi Pjazza St. Margerita, Bormla u li fil-pjanti proposti għall-iżvilupp ma jidhru imkien?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ser jitpoġġa 'play equipment' ġdid fil-lok fejn jinsabu l-bandli llum.
Leg 9 PQ #5794 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Taraġ storiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnha ċ-ċanġatura ta' l-aħrax li kienet tifforma parti mit-taraġ storiku (ċirca 1680) li kien jeżisti sa ftit żmien ilu bejn il-kantuniera tad-Dar ta' l-Anzjani u jiġbed lejn in-naħa tal-kunsill? Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għamlitx xi ħaġa sabiex dan il-wirt storiku jkun salvat? Min se jħallas ta'dan it-telfin? Hemm xi possibbilta' li jerġa' jsir?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ċ-ċangatura tal-qawwi ta' parti mit-taraġ imsemmi ġiet merfugħa fl-'store yard' tal-Cottonera Rehabilitation Project. Għad mhux magħruf jekk hux possibli li dan jerġa' jitqiegħed peress li dan ġie affetwat bil-proġett tad-Dar ta' l-Anzjani.
Leg 9 PQ #5795 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Pjazza Sta. Margerita

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi se tieħu l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u l-ministeru kkonċernat, sabiex meta jibda l-proġett ta' Pjazza Sta. Margerita, Bormla jkunu mħarsa ċ-ċanġatura taż-żonqor u l-wirt arkeoloġiku li jeżisti fl-inħawi tal-proġett? X'pieni qed jiġu mposti fuq min jagħmel xi ħsarat lil dan il-wirt?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tlabt lid-Dipartiment konċernat biex jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi assigurat li ċ-ċangatura taż-żonqor li hemm fuq is-sit tiġi priservata.

Bormla — Santa Liena - Toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li t-toroq li hemm madwar il-blocks il-ġodda ta' Santa Liena, f'Bormla jingħataw kisja peress li jinstabu fi stat diżastruż u qed ikunu ta' inkonvenjent għar-residenti l-ġodda?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari Nru. 3880 u ninfurmaħ illi d-Dipartiment tat-Toroq għamel stima tax-xogħol li jeħtieġ sabiex ikunu jistgħu jittieħdu passi biex l-inkonvenjent imsemmi jispiċċa.

Djar — Bormla - Triq l-Oratorju

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir inspection f'numru 78, Triq l-Oratorju, Bormla peress li din id-dar tinsab abbandunata, li minbarra li qed tkun ta' periklu għan-nies ta' l-akwati hemm ukoll ilmenti dwar ġrieden li jistgħu qed jiġu minn din id-dar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-fond indikat mhux f'idejn id-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali. 16.3.99

Assistenza soċjali

Question

Jista' l-Ministru jara jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għandhiex bolol tas-sigurta' soċjali neqsin għall-perjodu bejn l-1975 u l-1987? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kemm hemm neqsin u għal liema żmien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onor. Interpellant li risposta għal din id-domanda ġa inqagħtat fid-domanda numru W20. 16.3.99

Assistena soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li waslet sabiex tispiċċa mix-xogħol bl-eta', għandhiex bolol tas-sigurta' soċjali neqsin? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid ta' liema perjodu? Jista' l-Ministru jinforma lil persuna konċernata x'pensjoni se jkollha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onor. Interpellant li risposta għal din id-domanda ġa inqagħtat fid-domanda numru W21. 16.3.99
Leg 9 PQ #5531 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Investigazzjonijiet mill-MITTS

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-konklużjonijiet ta' l-investigazzjoni li saret mill-MSU (illum MITTS) dwar is-sistema tal-billing tal-Water Services Corporation, liema investigazzjoni ġiet ordnata miż-żewġ ministri preċedenti, dak tal-Kummerċ u dak tax-Xogħlijiet Pubbliċi? Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tar-rapport li sar u li kien ġie ppreżentat lill-ex-ministri tal-Kummerċ u tax-Xogħlijiet Pubbliċi fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ttieħdu fuq dak ir-report u jekk is-sitwazzjoni llum hijiex aġġornata skond dak ir-rapport?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.