Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6189 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola Glormu Cassar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol hemm ipprogrammat mill-istudenti ta' l-Iskola Glormu Cassar għan-naħat tal-Kottonera?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-grupp ta' ħaddiema ta' restawr immexxi mis-Sur Paul Cassar li hu wkoll il-Kap ta' l-iskola Ġlormu Cassar qiegħed bħalissa jirrestawra l-palazz ta' l-Inkwiżitur fil-Kottonera.
Leg 9 PQ #6190 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Tarzna — Twaqqigħ ta' ħajt

Question

Jista' l-Ministru jagħti ħjiel meta se jkompli x-xogħol sabiex il-ħajt tat-Tarzna jkompli jitwaqqa'?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qegħdin isiru diskussjonijiet mat-Tarzna biex dan ikun jista' jseħħ. Biss dan ma jfissirx li din hi xi ħaġa ta' sempliċi twaqqiegħ tal-ħajt u kollox jieqaf hemm iżda trid tifforma parti mill-iżvilupp tax-Xatt tal-Cottonera u li fih irid ikun inkluż l-iżvilupp ta' Baċir numru 1.
Leg 9 PQ #6191 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Bormla — Poliklinika

Question

Issa li l-poliklinika ta' Bormla dalwaqt se tiftaħ, jista' l-Ministru jara li, l-faċċata ta' barra, mill-ewwel sular 'il fuq isirilha x-xogħol sabiex tkun tista' tidher aħjar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant ser jiġi ikkunsidrat.

Fgura — Triq Ġdida fi Triq tal-Karmnu

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq Ġdida fi Triq tal-Karmnu, Fgura tingħata kisja tarmac għax qed tkun ta' inkonvenjent kbir għar-residenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minn spezzjoni li għamel id-Dipartiment jidher li għad hemm ħafna żvilupp xi jsir u anke xogħol ta` twessiegħ li minħabba f`hekk it-triq ma tistax tiġi asfaltata għalissa.

Kontribuzzjnijiet soċjali — Ħlas ta' bolol

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna tirreġistra għax-xogħol, hijiex obbligata li tħallas bolol tas-sigurta' soċjali fil-perjodu li tkun bla xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Persuna li tirreġistra għax-xogħol normalment għandha dritt għal kontribuzzjoni akkreditata u għalhekk ma hemmx obbligu għal ħlas ta' bolla. Biex tikkwalifika għal din il-kontribuzzjoni akkreditata persuna trid tissodisfa dawn iż-żewġ kondizzjonijiet:- a) ikollha ħamsin kontribuzzjoni mħallsa minn mindu bdiet taħdem l-ewwel darba; u b) (i) ikollha għoxrin kontribuzzjoni mħallsa jew akkreditati fis-sentejn li jiġu immedjatament qabel id-data meta jibda jirreġistra; jew (ii) ikollha għoxrin kontribuzzjoni imħallsa fl-aħħar 26 ġimgħa ta' qabel bdiet tirreġistra. 27.4.99
Leg 9 PQ #5958 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tat-Turiżmu

Bars/restaurants — Imwejjed barra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn bars u restaurants f'Malta li għandhom permess li joħorġu mwejjed fuq barra quddiem il-ħwienet tagħhom? Kemm-il mejda jista' joħroġ kull ħanut? Kemm jitħallas ta' kull mejda?

Response (REFALO, MICHAEL)

Nistieden lill-Onor. Membru jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ta' l-Intern li hu l-Ministru responsabbli mitt-tħaddim tar-regolamenti u liċenzi li għandhom x'jaqsmu ma' din il-materja.
Leg 9 PQ #6069 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Kottonera — Monument tal-Ħelsien

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-monument li jfakkar il-Ħelsien ta' Malta huwiex se jintlaqat minħabba l-proġett tal-Kottonera?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Le, il-monument li jfakkar il-Ħelsien ta' Malta m'huwiex se jintlaqat minħabba l-proġett tal-Kottonera.
Leg 9 PQ #6070 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bormla — Pjazza Sta. Margerita

Question

Peress li għal mistoqsija parlamentari numru 5904 il-Ministru ta' l-Ambjent qal li meta l-ground li se jsir f'parti mill-proġett ta' Pjazza S. Margerita, Bormla, se jgħaddi f'idejn il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, jista' l-Ministru jikkonsidra li t-tmexxija ta' dan il-ground tgħaddi f'idejn it-team ta' St Georges Football Club?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa t-team ta' St George's Football Club qiegħed jagħmel użu mill-ground ta' l-Iskola Verdala li f'April 1998 ġie rranġat mill-Gvern għal dan l-iskop ukoll bi spiża ta' Lm7,900. Hekk kif il-ground f'Santa Margerita jsir skond kif imfassal fil-proġett sħiħ ta' Pjazza S. Margerita, dan mistenni jgħaddi f'idejn il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni kif indikat fil-Mistoqsija Parlamentari Nru. 5904. Kull talba għall-amministrazzjoni ta' dan il-ground trid issir l-ewwelnett minn St George's F.C. innifsu u din tiġi kkunsidrata fuq il-meriti tagħha mill-awtoritajiet kompetenti. Tajjeb li f'dan l-istadju l-Onor. Interpellant ikun infurmat li l-imsemmi ground jagħmel parti integrali mill-iskola primarja ta' Bormla li taħtha taqa' kull responsabbilta' ta' amministrazzjoni. Sa ftit żmien ilu, dan il-ground kien jintuża kemm mit-tfal ta' l-istess skola waqt il-ħinijiet normali ta' l-iskola, kif ukoll minn amateur football club lokali wara l-ħinijiet ta' l-iskola għab-bażi ta' konċessjoni mill-iskola. Bħalissa, fuq is-sit ta' l-imsemmi ground qiegħed isir xogħol ta' kostruzzjoni għall-bini ta' reservoir bħala parti mill-proġett tar-riabilitazzjoni ta' Pjazza S. Margerita.

Pensjonijiet — Pensjoni tat-Tarzna

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawk l-anzjani li għandhoni il-pensjoni tat-Tarzna, ikunu jistgħu jibbenefikaw minn titjib fil-pensjoni kif ġara fil-każ ta' l-ex-servicemen?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-miżuri li daħlu fis-seħħ fl-4 ta' Ottubru 1997 rigward pensjonijiet tas-servizz ma kienux ristretti biss għall-pensjonanti tas-servizz Ingliż. Dawn il-miżuri ġew applikati l-istess għal kull każ ta' pensjonanti tas-sigurta' soċjali fejn qed titħallas ukoll pensjoni tas-servizz, inkluż dawk li għandhom pensjoni tat-tarzna. Fl-aħħar diskors tal-Budget, il-Gvern wera d-determinazzjoni tiegħu biex is-sitwazzjoni tal-pensjonijiet f'pajjiżna tiġi studjata. Aħna nemmnu li wara diskussjoni miftuħa minn dawk kollha kkonċernati, u b'konsensus nazzjonali, ikunu jistgħu jittieħdu dawk il-miżuri li jiżguraw li d-drittijiet tal-pensjonanti tagħna jiġu salvagwardjati bl-aħjar mod fl-interess ta' kulħadd. 26.4.99

Bormla — Triq Santa Tereża

Question

Peress li d-dħul lejn Triq Santa Tereża, Bormla issa sar min-naħa waħda, jista' l-Ministru jara li karozzi telgħin lejn il-Birgu jkunu jistgħu jduru lejn il-Knisja ta' Santa Tereża u 'l isfel?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li għal raġunijiet ta` sigurta` karozzi tilgħin lejn il-Birgu ma jkunux jistgħu jaqsmu id-`double white lines` ħdejn il-knisja, iżda jkunu jistgħu jduru mar-`roundabout` ta` ħdejn il-`Bus Terminus` u jerġgħu jinżlu l-isfel fid-direzzjoni tal-knisja.
Leg 9 PQ #5907 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Birgu — Harry Stanger School

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern għall-post magħruf bħala Harry Stanger School fil-Birgu?

Response (GALEA, LOUIS)

Għad m'hemmx deċiżjoni kif l-aħjar jintuża l-post imsemmi.

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jara kif l-omm ta' tlett itfal bil-file numru H 13604 mad-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali, tista' tingħata post fejn tgħix? Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-possibbiltajiet li persuni bi problemi serji, kif jistgħu jixhdu rapporti ta' l-istess social workers, ikunu jistgħu jintegraw aħjar u jgħixu b'mod aħjar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-każ tal-persuna ndikata qed jiġi kkunsidrat, iżda postijiet fil-pjan terran, kif għandha bżonn hi ma tantx ikun hemm disponibbli. 29.3.99

Research Development Centre — Rapport

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport maħruġ mir-Research Development Centre ta' l-ETC f'Settembru 1997 bit-titolu "Employment and Unemployment within the Cottonera area"?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport maħruġ mir-Research Development Centre ta' l-ETC f'Settembru 1997 bit-titolu 'Employment and Unemployment within the Cottonera Area'. 29.3.99

Bormla — Pedestrian crossings

Question

Jista' l-Ministru jara x'inhi l-possibbilta' li fi Triq Santa Tereża, Bormla quddiem il-Knisja ta' Santa Tereża isir xi tip ta' pedestrian crossing bħal zebra crossing jew xi traffic lights?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jara x`jista jsir.
Leg 9 PQ #5956 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Proprjetajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy u allura x'isir meta persuna jkollha proprjeta' li tkun affettwata bi proġett ta' slum clearance?

Response (BORG, TONIO)

L-Onorevoli Membru huwa mitlub jagħti iktar dettalji, jiġifieri jgħid jekk huwiex jirreferi għas-sid jew għall-kerrej tal-proprjeta' affetwata. Jekk qiegħed jirreferi għall-kerrej huwa mitlub jgħid jekk il-fond huwiex residenza, ħanut jew x'użu ieħor qiegħed isir minnu. 29.03.99
Leg 9 PQ #5957 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Prodotti — Ħlas ta' dazji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi trattament speċjali fuq ħlas ta' dazji, VAT, u courier service fuq oġġetti essenzjali (bħal spare parts ta' xi makkinarju użatt għall-industrija) li ma jinstabux lokalment, allura tkun trid timportahom bilfors?

Response (DALLI, JOHN)

L-Malta Development Corporation toffri sistema ta` exemptions mid-dazju fil-każi msemmija, għalhekk wieħed jista` jirreferi għall-Corporation għal aktar tagħrif. L-Att ta` l-1998 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud ma jipprovdi għall-ebda trattament speċjali fuq ħlas ta` VAT fuq oġġetti bħal spare parts ta` makkinarju wżat għall-industrija. Kull ammont ta` VAT li titħallas fuq l-importazzjoni ta` dawn l-oġġetti tista` tintalab lura lid-Dipartiment fid-denunzja għall-perjodu tat-taxxa relattiv. Ma` dan kollu, intrapriżi li jesportaw il-prodotti tagħhom jistgħu jagħmlu talba lill-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp biex il-ħlas tal-VAT dovut fuq l-oġġetti importati minnhom ikun jista` jiġi diferit. Għal dan il-għan il-Korporazzjoni toħroġ ċertifikati apposta fil-każ li t-talba tiġi milqugħa.
Leg 9 PQ #5901 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Birgu — Pollution Control Division

Question

Peress li fl-area ta' taħt Sant'Anġlu hemm iċ-ċentru tal-Pollution Control Division, jista' l-Minsitru jgħid jekk dawn humiex se jkollhom jiċċaqilqu minn hemm?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Pollution Control Section fi ħdan id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent sejra tiċċaqlaq u bħalissa għaddej proċess biex jiġi identifikat post alternattiv.
Leg 9 PQ #5902 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Baċir Nru. 1 — Vapuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-Baċir Nru. 1 humiex se jidħlu aktar vapuri meta jibda x-xogħol fuq il-marina tal-Kottonera?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jidhirli li għadu kmieni biex wieħed jgħid jekk il-Baċir numru 1 huwiex ser ikollu l-istess funzjoni li għandu llum meta jibda x-xogħol fuq il-proġett, issir konsultazzjoni mal-partijiet kollha interessati.
Leg 9 PQ #5903 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Monument tal-Ħelsien ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-monument li jfakkar il-Ħelsien ta' Malta huwiex se jintlaqat minħabba l-proġett tal-Kottonera?

Response (GALEA, LOUIS)

Jidhirli li din il-Mistoqsija għandha tiġi riferita lill-Ministeru ta' l-Ambjent.