Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu liċenzji sa l-aħħar ta' Marzu, 1999 għal: a) ġarr ta' armi għall-kaċċa; b) insib; u c) arma biex tinżamm id-dar biss?
Response (BORG, TONIO)
Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
24.05.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir xi ħaġa sabiex dawk il-persuni li għandhom post tal-gvern mibni fuq art possession and use ikunu jistgħu jixtruha?
Response (BORG, TONIO)
Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
24.05.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun hemm retail outlets ġodda fl-areas li ngħataw mill-gvern liż-żewġ consortia għall-proġett tal-Kottonera? X'tip ta' negozju se jkunu qed jagħmlu dawn ir-retail outlets?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 5625.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed nibgħathom separatament, hijiex intitolata sabiex il-pensjoni tagħha tkun aġġustata minħabba l-emenda fil-liġi dwar pensjonanti tas-Servizzi Ingliżi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ser tiġi nfurmata dwar il-pensjoni tagħha wara li jsiru l-investigazzjonijiet meħtieġa.
17.5.99
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba sabiex it-tifel, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, ikun jista' jkollu facilitator, għaliex mill-case summary taċ-Child Development Assessment Unit jidher li dan it-tifel għandu bżonn ta' ħafna għajnuna?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Dipartiment ma tirriżultalux it-talba dwar dan it-tifel.
Tajjeb li l-ġenituri jivverifikaw x'qed jiġri fil-każ tat-tifel konċernat u jinformawni bl-iżviluppi jekk iħossu l-ħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba ta' l-anzjan, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, sabiex post vojt, proprjeta' tiegħu, li hu terran tkun tista' titneħħa r-requisition minn fuqu sabiex ikun jista' jmur jgħix fih peress li l-post fejn qed jgħix bħalissa fih ħafna taraġ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-każ imsemmi qiegħed jiġi proċessat mid-Dipartiment. L-anzjan ġie mitlub japplika biex meta il-post jitbattal u ċ-ċwievet ikunu fid-Dipartiment, ikun jista' jiġi allokat lilu skond il-liġi. Ir-rekwiżizzjoni titneħħa iżjed tard meta jiġi aċċertat li hu joqgħod fil-post.
17.5.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'hemm ippjanat li jsir minn erba' garaxxijiet u żewġ maisonettes li hemm fi Plot 9, Għajn Dwieli, Paola?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Maisonette 9B li hi fi stat ta' ġebel u saqaf inħarġet għall-allokazzjoni b'bejgħ taħt l-Avviż Numru. 63.
Maisonette 9A li llum hi fi stat ta' ġebel u saqaf ser titkompla mill-Awtorita' tad-Djar. Fil-fatt inħarġet sejħa pubblika għal dan il-għan.
Żewġ garages ser jiġu allokati ma' dawn iż-żewġ maisonettes. It-tnejn l-oħra ser jinħarġu għall-bejgħ bl-offerti.
17.5.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-health centre ta' Bormla se tkun miftuħa 12-il siegħa kuljum biss? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni wara din id-deċiżjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Waqt li d-Dipartiment qiegħed jagħmel l-isforzi kollha biex il-Health Centre jiftaħ 24 siegħa,nikkonferma li l-possibilta illi ċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Bormla jista jkun miftuħ 12 il-siegħa kuljum u mhux 24 siegħa sa issa mhix eskluża. Deċiżjoni finali għad trid tittieħed primarjament fuq in-numru ta'tobba li se jiffurmaw il-complement ġewwa
il-Health Centre fil-ġejjieni.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk Plot 13, Triq il-Kapuċċini, Żabbar hijiex se tinħareġ f'xi ħarġa ta' l-Awtorita' tad-Djar sabiex tinbena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fit-22 ta' Jannar 1999, l-Awtorita' tad-Djar għamlet talba lid-Direttur tal-"Joint Office" biex din il-plot flimkien ma' plots oħra, jiġu trasferiti lill-Awtorita' tad-Djar biex jiġu żviluppati għal skop ta' "Housing" Soċjali.
10.5.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Ministeru, id-dipartiment u/jew l-Awtorita' tad-Djar għandhomx informazzjoni dwar postijiet vojta mxerrda f'Malta u Għawdex, informazzjoni bħal jekk fihomx ħsarat u min huma s-sidien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
La l-Awtorita' tad-Djar u lanqas id-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali m'għandhom din l-informazzjoni. Pero' dawk l-applikanti għall-post alternattiv mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali li għandhom periklu fir-residenza tagħhom qed jiġu mistiedna mill-Awtorita' tad-Djar biex japplikaw taħt l-Iskema tagħha. L-Awtorita' tad-Djar diġa għamlet spjegazzjoni fuq dawn ir-residenzi fil-lokalitajiet tal-Cottonera, Kalkara, il-Furjana w il-Belt Valletta.
10.5.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati mpjegati ġodda ma' l-Air Malta mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Minn liema lokalita' ġejjin? Kif ġew ingaġġati? Jekk ġew magħżula minn dawk li kienu qegħdin fuq l-ewwel parti tar-reġistru ta' l-ETC, kemm kienet ilha tirreġistra kull persuna?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallas il-gvern ta' kull share meta ġiet akkwistata l-Gozo Channel? Xi profitti kienet għamlet din il-kumpannija qabel xtraha l-gvern?
Jista' l-Ministru jara li l-persuna anzjana, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tkun ikkonsidrata għal xi post żgħir li hemm vakant f'Hubbard Flats, f'Bormla jew ieħor x'imkien ieħor?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-persuna indikata m'għandiex applikazzjoni mad-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Hi kellha waħda iżda ġiet allokata post li xtaqet, fil-Blokka indikata fit-2 ta' Settembru 1998, iżda rriturnat iċ-ċwievet f'Diċembru.
10.5.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati mpjegati ġodda mal-Korporazzjoni Enemalta mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Minn liema lokalita' ġejjin? Kif ġew ingaġġati? Jekk ġew magħżula fuq Part 1 tar-Reġistru ta' l-ETC kemm kienet ilha tirreġistra kull persuna?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn prodotti li għadha titħallas levy fuqhom meta jiġu mportati? Liema huma dawk il-prodotti li huma fuq quddiem nett li titneħħilhom il-levy?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun jista' jibda x-xogħol fuq il-proġett tal-Kottonera? Jista' l-Ministru jgħid ukoll meta hu pprogrammat li jorbtu l-ewwel yachts?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ix-xogħol ikun jista' jibda wara li l-Parlament japprova l-proġett in kwistjoni u wara illi l-Awtorita' ta' l-Ippjanar toħroġ il-permessi meħtieġa. Skond l-abbozz tal-kuntratt li hemm quddiem il-Parlament, il-Konsorzju intrabat li ilesti x-xogħol fuq il-Marina fi żmien sentejn mill-kuntratt finali.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista, lokal b'lokal, tal-persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol f'Novembru u Diċembru, 1998 u Jannar u Frar, 1999?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
4.5.99