Legislature:
Category:
Reset
Active:

WSC — impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013? Jista' jgħid f'liema gradi ġew impjegati? Jista' jgħid ukoll kif saret is-sejħa għall-impjiegi u kemm applikaw f'kull każ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013 il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma impjegat sitta u erbgħin (46) persuna skont l-informazzjoni hekk kif ippreżentat fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #163 Sitting 13 2013-04-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Gozo Channel bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013? Jista' jgħid f'liema gradi ġew impjegati? Jista' jgħid ukoll kif saret is-sejħa għall-impjiegi u kemm applikaw f'kull każ?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-Gozo Channel impjegat żewġ uffiċjali ġodda bejn Ġunju tal-2012 u Marzu tal-2013. Persuna minnhom ġiet impjegata bħala Electrical/Electronics Officer Ashore u persuna oħra bħala Chief Executive Officer. Fil-każ ta' Electrical/Electronics Officer Ashore is-sejħa kien hemm tliet applikazzjonijiet. Fil-każ tal-pożizzjoni ta' Chief Executive officer nġabet approvazzjoni Ministerjali u tal-Korporazzjoni għax-Xoghol u Taħriġ biex is-sejħa toħroġ b'mod pubbliku. Għal din l-pożzizjoni intefgħu 49 applikazzjoni.

Awtorità tad-Djar — impjegati ġodda

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Awtorità tad-Djar bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013? Jista' jgħid f'liema gradi ġew impjegati? Jista' jgħid ukoll kif saret is-sejħa għall-impjiegi u kemm applikaw f'kull każ?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

Kunsill Malti għall-Isports — impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Kunsill Malti għall-Isport bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013? Jista' jgħid f'liema gradi ġew impjegati? Jista' jgħid ukoll kif saret is-sejħa għall-impjiegi u kemm applikaw f'kull każ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li bejn il-perjodu Ġunju 2012 u Marzu 2013 ġew impjegati 16-il persuna full-time u 284-il persuna part-time mal-Kunsill Malti ghall-iSport. Dawn ġew impjegati wara sejħa interna fis-settur pubbliku u/jew sejha pubblika. Aktar informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

AFM — impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Forzi Armati ta' Malta (AFM) bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013? Jista' jgħid f'liema gradi ġew impjegati? Jista' jgħid ukoll kif saret is-sejħa għall-impjiegi u kemm applikaw f'kull każ?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li n-numru ta’ impjegati, ħaddiema jew suldati ġodda li gew ingaġġati mal-Forzi Armati ta' Malta bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013 huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt. Data ghas-sejha ta l- impjieg Kif saret is-sejha ghal kull impjieg Kategorija Applikanti Numru Ingaggati Data ta l-ingagg Mhux applikabbli Talba mill-individwu Ri-Ingagg ta' Suldat Regolari* 1 1 18 ta' Gunju 2012 27 ta' April 2012 Gazzetta tal-Gvern Numru 18,906 Ufficjal Legali 4 1 19 ta' Lulju 2012 Mhux applikabbli Talba mill-individwu Ri-Ingagg ta' Suldat Regolari* 1 1 3 ta' Settembru 2012 5 ta' Ottubru 2012 Talba mill ETC lill FAM** Tahrig ta' Apprentistat 2 2 8 ta' Ottubru 2012 5 ta' Ottubru 2012 Talba mill ETC lill FAM** Tahrig ta' Apprentistat 1 1 9 ta' Ottubru 2012 24 ta' Awwissu 2012 Gazzetta tal-Gvern Numru 18,958 (pagna 10,421) Suldati Regolari 184 91 14 ta' Jannar 2013 24 ta' Awwissu 2012 Gazzetta tal-Gvern Numru 18,958 (pagna 10,436) Suldati Bandisti 10 2 14 ta' Jannar 2013

BICC — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Bord tad-Diretturi tal-Kunsill Konsultattiv tal-Industrija tal-Bini (BICC) bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013? Jista' jgħid f'liema gradi ġew impjegati? Jista' jgħid ukoll kif saret is-sejħa għall-impjiegi u kemm applikaw f'kull każ?

Response (MIZZI, JOE)

Ma kien hemm l-ebda impjegati ġodda mal-Building Industry Consulting Council bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013.
Leg 12 PQ #156 Sitting 12 2013-04-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi

Bank Ċentrali — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Bank Ċentrali bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013? Jista' jgħid f'liema gradi ġew impjegati? Jista' jgħid ukoll kif saret is-sejħa għall-impjiegi u kemm applikaw f'kull każ?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013 il-Bank Ċentrali ta’ Malta impjega: · disa’ impjegati fil-grad ta’ Officer II. Dan il-proċess ta’ reklutaġġ kien approvat mill-Bord tal-Bank f’Jannar 2012. L-ingaġġ ta’ tmien impjegati sar f’Lulju 2012 filwaqt li l-ingaġġ ta’ persuna oħra ta’ nazzjonalità Pollakka mill-istess lista sar f’Jannar 2013 wara li temmet l-istudji tagħha fil-livell ta’ dottorat fl-ekonomija. · erba’ impjegati fil-grad ta’ Officer I f’Novembru. Dan il-proċess ta’ reklutaġġ kien approvat mill-Bord tal-Bank f’Settembru 2012. · tnejn u għoxrin impjegat fil-grad ta’ Officer I fuq bazi part-time. Dan il-proċess ta’ reklutaġġ kien approvat mill-Bord tal-Bank f’Lulju 2012. Tmintax-il persuna ġew ingaġġati f’Novembru 2012. Minn dan il-grupp, tlieta rrizenjaw bejn Diċembru 2012 u Jannar 2013 u għalhekk, biex prinċiparjament jimtlew dawn il-postijiet, erbgħa oħra mill-istess lista ġew impjegati f’Jannar 2013. Fil-kaz tal-ingaġġ ta’ Officer II u Officer I fuq bazi part-time, is-sejħa saret b’avviz fil-media u fuq is-sit tal-Bank wara li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħrig tat il-kunsens. Fil-kaz tal-impjegati Officer I fuq bazi full-time, l-erba’ kandidati magħzula kienu ġew riferuti lill-Bank mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ. L-ebda sejħa ma kienet saret fuq il-media jew fuq is-sit tal-Bank. Fil-kaz tal-Officer II kienu applikaw għall-pozizzjoni 28 applikant eliġibbli, fejn wieħed minn dawn kien ġie riferut mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ. Fil-kaz tal-Officer I fuq bazi full-time l-għaxar kandidati eliġibbli kienu ġew riferuti mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ. Fil-kaz tal-Officer I fuq bazi part-time kienu applikaw għall-pozizzjoni 174 applikant eliġibbli, fejn 22 minnhom kienu ġew riferuti mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ; 82 kandidat irtiraw l-applikazzjoni u 92 ġew mistiedna joqogħdu għall-ezami bil-miktub. Minn dawn tal-aħħar, 40 applikant ma qagħdux għall-ezami.

Protezzjoni Ċivili — impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Protezzjoni Ċivili bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013? Jista' jgħid f'liema gradi ġew impjegati? Jista' jgħid ukoll kif saret is-sejħa għall-impjiegi u kemm applikaw f'kull każ?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Korp tal-Pulizija — impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Korp tal-Pulizija bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013? Jista' jgħid f'liema gradi ġew impjegati? Jista' jgħid ukoll kif saret is-sejħa għall-impjiegi u kemm applikaw f'kull każ?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Re-Instated New entrants (recruits) 08.08.2012 Nil 69 Constables (6 females + 63 males) out of 150 applicants following call for applications published in Govt. Gaz. No. 18,732 dated 08.04.2011 01.10.2012 1 Sergeant (female) 1 Constable (male) Nil 25.06.2012 1 Constable (male) Nil 01.06.2012 1 Sergeant (female) 2 Constable (male) Nil 04.01.2013 Nil 95 Constables (3 females + 92 males) out of 219 applicants following call for applications published in Govt. Gaz. No. 18,912 dated 08.05.2012 22.03.2013 1 Sergeant (male) Nil Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant, ġew ingaġġati 164 Kuntistabbli ġdid fil-Korp tal-Pulizija. Dan wara li kienet saru żewġ sejħiet għall-applikazzjonijiet fil-gazzetti tal-Gvern nru: 18,732 tat-8 ta' April, 2011 u nru: 18,912 tat-8 ta' Mejju 2012 rispettivament. Għall-ewwel sejħa ta' applikazzjonijiet kienu applikaw 150 applikant filwaqt li għat-tieni sejħa kienu applikaw 219 il-persuna.
Leg 12 PQ #147 Sitting 11 2013-04-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

L-informazzjoni mitluba se tingħata f xi seduta oħra

MITA — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Malta Information and Technology Agency (MITA) fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Awtorità Marittima ta' Malta — bord tad-diretturi u chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità Marittima ta' Malta fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li permezz tal-Att XV tal-2009 u b’effett mill-1 ta’ Jannar 2010, l-Awt Ninforma lill-Onor. Interpellant li permezz tal-Att XV tal-2009 u b’effett mill-1 ta’ Jannar 2010, l-Awtorita` għat-Trasport f’Malta (Transport Malta) bdiet teżerċita l-funzjonijiet ta’ dawk li qabel kienu l-Awtorità Marittima ta’ Malta (MMA), l-Awtorità dwar it-Trasport (ADT) u d-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili

Awtorità Maltija dwar l-Istandards — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità Maltija dwar l-Istandards fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ir-Risposta mitluba qiegħda tiġi ppreżentata fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta Enterprise — impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Enterprise bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013? Jista' jgħid f'liema gradi ġew impjegati? Jista' jgħid ukoll kif saret is-sejħa għall-impjiegi u kemm applikaw f'kull każ?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

MCA — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (CARDONA, CHRIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba. Ir-renumerazzjoni tad-diretturi tal-Malta Communications Authority huma ffinanzjati minn fondi li jinġabru mill-operaturi fil-qasam u mhux minn fondi pubbliċi
Leg 12 PQ #142 Sitting 10 2013-04-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Finanzi

MCCAA — Diretturi Ġenerali u Diretturi oħra - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu d-Diretturi Ġenerali u d-direttur oħra tal-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAAA) fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

L-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel d-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #143 Sitting 10 2013-04-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

MCCA — bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Kunsill Malti għall-Kultura u Arti fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta Enterprise — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Malta Enterprise fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #145 Sitting 10 2013-04-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.