Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #8056 Sitting 126 1999-06-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni li mietu b'overdose

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu persuni kaġun ta' overdose ta' droga mill-1980 sal-lum? X'eta' kellha kull persuna u minn fejn kienet? Jista' jgħid ukoll, f'kull każ, jekk l-investigazzjonijiet wasslux sabiex xi ħadd tressaq il-qorti b'involviment f'dawn l-imwiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #7836 Sitting 125 1999-06-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet — Nissan huts

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nissan huts fl-area magħrufa bħala l-foss ta' Notre Dame Bormla, limiti ta' Verdala? Min qed jokkupa dawn il-huts? Jista' l-Ministru jara li jkun hemm kontrolli fuq id-dħul bejn l-area fejn hemm dawn il-huts?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li fil-foss magħruf bħala ta' San Klement u li jiġi taħt is-sur ta' Notre Dame, hemm għaxar huts. Rigward il-kumplament tal-Mistoqsija t-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #7837 Sitting 125 1999-06-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Suldati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk is-suldati li ħadmu fl-off tagħhom sabiex jinġabar l-iskart waqt l-istrike humiex se jieħdu xi ħlas ta' dan ix-xogħol?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Peress li l-istrajk tal-Ko-operativa ta' l-Indafa Pubblika ħoloq sitwazzjoni ta' emergenza, membri ta' l-Armata ssejħu biex jiġbru l-iskart. Minħabba f'hekk, suldati li kienu fil-ġurnata off tagħhom issejħu skond in-neċessita li kien hemm. Ninsab infurmat li għalkemm f'każi ta' emergenza bħal ma hu dan, is-suldati huma mistennija li bħal dejjem jagħtu sehemhom mingħajr ma jitħallsu żejjed, dawk is-suldati li ħadmu iżjed siegħat minn normal ta' 47 siegħa fil-ġimgħa se jingħataw time-off-in-lieu bħala rikompens. Irrid ngħid ukoll li s-suldati kollha li daħlu għal dan ix-xogħol il-Hadd 6 ta' Ġunju 1999, se jitħallsu paga doppja skond ir-Regolamenti tas-Servizz.
Leg 9 PQ #7838 Sitting 125 1999-06-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Gunner

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk gunner fil-Forzi Armati jistax ikun eliġibbli għal penz fuq bażi ta' seniority biss?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ir-Regolamenti tal-1970 dwar il-Forzi Armati ta' Malta (Nomini u Kundizzjonijiet tas-Servizz) (Forza Regulari) jistipulaw li l-promozzjonijiet tal-Gunners fl-Armata għandhom isiru fuq bażi ta' effiċjenza, anzjanita (seniority), kwalifiki u selezzjoni biex timtela vakanza.
Leg 9 PQ #7839 Sitting 125 1999-06-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Garden structures - Tindif

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir xogħol ta' tindif u embellishing fuq in-numru ta' garden structures li hemm fil-Housing Esate ta' San Ġwann t'Għuxa, f'Bormla?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7723 (Seduta 121).

Zabbar — Triq Papa Alessandru

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-possibbilta' li Triq Papa Alessandru, f'Ħaż Żabbar tingħata kisja tarmak peress li minkejja li ilha mimlija bid-djar numru ta' snin għadha qatt ma rat kisja tarmak?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol fi Triq Papa Alessandru jinsab imniżżel fil-lista ta` xogħolijiet li jridu jsiru f`zoni urbani li prijoritajiet tagħhom qed jiġu kkunsidrati flimkien mall-Kunsill Lokali biex ix-xogħol ikun jista` jiġi mwettaq.

Zabbar — Triq il-Baħrija

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq il-Baħrija, f'Ħaż Żabbar tingħata kisja tarmac? Meta hemm il-ħsieb li x-xogħol fuq din it-triq isir?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ż-żewġt partijiet ta` Triq il-Baħrija huma diġa asfaltati u għalhekk il-kisi tagħhom bil-`hot` asfalt irid isir mill-Kunsill.
Leg 9 PQ #7736 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Birgu - Ilmenti ta' storbju

Question

Jista' l-Ministru jara li l-pulizija tkun tista' tikkontrolla dwar ilmenti ta' storbju li qed ikun hemm fuq Tal-Ħawli H/E, Birgu viċin il-ġibjun u ħdejn stage tal-karozzi tal-linja? Jista' l-Ministru jara wkoll li numru ta' ilmenti, li qed jintbagħtu separatament, li saru minn numru ta' residenti jispiċċaw u r-residenti jkunu jistgħu jkomplu jgħixu fil-kwiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ilmenti li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant diġa` kienu qegħdin jiġu segwiti mill-Pulizija tad-Distrett. Ninsab infurmat ukoll li minn barra li ħadet il-passi meħtieġa meta kellha xi ilment, il-Pulizija qed tiffrekwenta din il-lokalita` biex tiżgura li ma jkunx hemm xi ksur tal-liġi.
Leg 9 PQ #7737 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk intbagħtitx memo fid-dipartimenti tal-WSC sabiex tkun ippreżentata lista bl-ismijiet ta' dawk il-persuni (ħaddiema tal-WSC) li attendew għall-protesta li saret dwar l-arretrati li għandhom jieħdu l-istess ħaddiema?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-memorandum li għalih qed issir riferenza inħareġ sabiex tinġabar informazzjoni dwar l-impjegati li jaqgħu taħt il-Head Technical Operations. Dwar il-ħaddiema l-oħra li ħadu sehem fil-protesta ma kienx hemm ħtieġa li tinħareġ memorandum peress li l-Korporazzjoni kellha l-informazzjoni meħtieġa. L-informazzjoni inġabret għal skopijiet amministrattivi sabiex tkun tista' tiġi aġġustata l-paga in konnessjoni mal-protesta.

Djar — San Ġwann t'Għuxa

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jitneħħa l-periklu kif ukoll jitnaddaf u possibbilment jitneħħa l-garden structure li hemm bejn blokk 9 u blokk 10 fil-Housing Estate ta' San Ġwann t'Għuxa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-"landscaped area " li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant u li tinsab bejn il-Blokki 9 u 10 ma tidhirx li hija ta' xi periklu għal pubbliku. Madankollu il-fili ta' bejn il-knaten tal-ġebel għandhom bżonn ta' tberfila. Din it-tip ta' manutenzjoni taqa' taħt ir-responsabilta' tal-Kunsill Lokali ta' Bormla. 14.6.99

Sigurta' Soċjali — Pensjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tkun tista' tirċievi lura l-ammont ta' pensjoni li bagħtet lura meta ġie nieqes żewġha u li fil-fatt dawn suppost kienu dovuti lilha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt lid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jinvestiga l-ilment imressaq dwar il-persuna kkonċernata. Id-Dipartiment għandu jinforma il-pensjonanta dwar il-każ tagħha. 14.6.99

Sigurta' Soċjali — Assistenza soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta l-persuna, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, se jibda jirċievi d-differenza dovuta lilu f'assistenza soċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ser tiġi nfurmata dwar it-talba tagħha li għamlet għall-Benefiċċju tad-Diżimpjieg. 14.6.99
Leg 9 PQ #7466 Sitting 118 1999-06-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7190?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7190 ingħatat f'Seduta 114.
Leg 9 PQ #7468 Sitting 118 1999-06-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel Co. Ltd.

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6733?

Response (BONNICI, JOSEF)

Meta ġiet akkwistata l-Gozo Channel, il-Gvern kien ħallas Lm2.10c għal kull share. Ir-riservi (retained earnings) tal-Kumpanija sat-30 ta` Settembru 1996 kienu Lm 228,763.
Leg 9 PQ #7469 Sitting 118 1999-06-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6735?

Response (BONNICI, JOSEF)

Matul il-perijodu msemmi ġew impjegati 10 ħaddiema ġodda mal-Korporazzjoni Enemalta. Ħamsa minnhom ġejjin minn Għawdex cioe` tnejn mix-Xagħra, u wieħed minn kull wieħed minn-Nadur, Ta` Sannat u Għajnsielem. L-erbgħa l-oħra huma mill-Qrendi, Ħal-Safi, il-Qawra u tnejn miż-Żurrieq. Disgħa minn dawn il-ħaddiema ġew ingaġġati permezz tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ u waħda permezz ta` avviż pubbliku.
Leg 9 PQ #7470 Sitting 118 1999-06-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Prodotti — Importazzjoni

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6736 li kienet saret lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' jekk jogħġbok tgħid kemm hawn prodotti li għandha titħallas levy fuqhom meta jiġu mportati? Liema huma dawk il-prodotti li huma fuq quddiem nett li titneħħilhom il-levy?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fl-ewwel parti tat-Tieni Skeda ta` l-Att XXXI ta` l-1989, hemm 342 rata ta` imposta u dawn l-istess rati jirrapreżentaw 1196 numru jew "sub-divisions" ta` H.S. Codes. Kull numru ta` H.S. Code jirrapreżenta prodott jew grupp ta` prodotti li fuqu/fuqhom titħallas l-imposta. Rigward il-prodotti li tista` titneħħilhom l-imposta minn fuqhom, il-materja għadha qed tiġi kkunsidrata.
Leg 9 PQ #7471 Sitting 118 1999-06-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tal-Mużewijiet — Restoratur

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta u kemm ħarġu sejħiet sabiex ikun ingaġġat restoratur għall-pittura mad-Dipartiment tal-Mużewijiet mis-snin 1960 sal-lum? Jista' jgħid, f'kull każ, kemm applikaw, meta applikaw u minn liema lokalita' kien ġej kull applikant?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-reconds dwar l-ammissjoni ta' restawraturi tal-pittura li għandu d-Dipartiment tal-Mużewijiet imorru lura sal-1977. Jidher pero` li kien diġa` sar ammissjoni qabel, li dehret fil-gazzetta tal-gvern tal-18 ta' April 1967. B'kollox saru 5 ammissjonijiet mill-1977, jiġifieri dawk li l-avviżi tagħhom deheru fil-Gazzetti tal-Gvern ta' l-10 ta' Ġunju 1977, ta' 14 ta' Novembru 1978, tas-6 ta' Settembru 1983, tat-2 ta' Mejju 1989 u tat-28 ta' Jannar 1991. Fl-1977 applikaw 3 kandidati li kienu mil-Mosta, Ħal-Qormi u Birkirkara Fl-1978 applikaw 3 kandidati li kienu minn Birkirkara, Mqabba u Żejtun Fl-1983 applikaw 3 kandidati li tnejn kienu minn Birkirkara u wieħed mill-Mellieħa Fl-1989 applikaw 10 kandidati li 2 kienu mill-Belt, u wieħed minn Birkirkara, Sliema, Tarxien, Attard, Marsaxlokk, Lija, Mosta u mis-Swieqi Fl-1991 applikaw 8 kandidati li kienu miż-Żejtun, il-Fgura, Lija, Żabbar, Mosta, Gudja, Wardija u minn Victoria (Għawdex).

Bormla — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ix-xogħol tal-catering tad-dar ta' l-anzjani f'Bormla huwiex se jsir minn kuntrattur privat jew le?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Hemm il-ħsieb li x-xogħol tal-catering tad-Dar ta' l-Anzjani f'Bormla jingħata b'kuntratt (tender) lill-privat bħala parti mill-kuntratt tat-tmexxija ta' din id-dar.

Bormla — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm se jkun hemm persuni mpjegati fid-dar ta' l-anzjani f'Bormla? Xi gradi se jkunu? Kif se jiġu ngaġġati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Hemm il-ħsieb li t-tmexxija tad-dar ta' l-Anzjani f'Bormla tingħata b'kuntratt (tender) lill-privat. Għalhekk il-Gvern mhux qed jippjana li jkollu mpjegati tiegħu f'din id-dar. 8.6.99