Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #8304 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Sorijiet tal-Karmnu

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li s-sorijiet tal-Karmnu li għandhom proprjeta' fuq ix-xatt ta' Sant Anġlu, qed iġorru? X'inhi r-raġuni? X'se jsir mit-tfal li suppost se jattendu din l-iskola s-sena d-dieħla?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien m'hinix infurmat jekk is-sorijiet humiex qegħdin iġorru u jekk qegħdin iġorru għal liema raġuni. Bħalma jaf l-Onorevoli Interpellant il-propjeta' tas-sorijiet m'hijiex inkluża fil-kuntratt tal-Cottonera.
Leg 9 PQ #8305 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Birgu — Klabb tar-Regatta

Question

Peress li fuq l-area fejn hemm il-klabb tar-Regatta tal-Birgu qed jingħad li se jittieħed ukoll mal-proġett, jista' l-Ministru jikkonferma li dan mhux minnu u jagħti garanzija li dan il-club se jibqa' fuq l-istess sit?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8067.
Leg 9 PQ #8306 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Cottonera Rehabilitation Project

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta reġa' twaqqaf il-Cottonera Rehabilitation Project? Min huma l-membri li jiffurmawh? Hemm xi membri li jirċievu xi onorarja, min huma u x'jirċievu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jiena nkarigajt lis-Sur Ray Bondin bħala Kordinatur Eżekuttiv tal-Cottonera Rehabilitation Project, kif ukoll ta' l-Imdina Rehabilitation Project, b'żieda mar-responsabbiltajiet li diġa' kellu fuq il-Valletta Rehabilitation Project. L-idea hi li jkun hemm kordinatur wieħed fuq proġetti ta' riabilitazzjoni, iżda kumitati differenti li jitwaqqfu sa nofs Lulju.

Birgu — Marina

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'irid isir minn persuna li għandha boat u tixtieq berth fil-marina tal-Birgu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika x`tip ta` `boat` qiegħed jirreferi għaliha.
Leg 9 PQ #8308 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li inspection box tad-drenaġġ isirilha l-wiċċ għax ilha mgħottija b'biċċa injama minn Diċembru u qed tkun ta' periklu għat-tfal u r-residenti fl-area tal-madwar id-dar ta' l-anzjani ta' Bormla? Jista' l-Ministru jgħid għaliex din l-inspection li tinsab fin-niżla ta' Pjazza Santa Margerita, Bormla, ilha daqshekk żmien miftuha?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-main imsemmi sar mill-kuntrattur imqabbad mill-Housing Construction and Maintenance Department u għalhekk il-manhole kellha tiġi rranġata mill-kuntrattur stess. Madankollu, l-ħaddiema tad-Dipartiment tad-Drenaġġ xorta għandhom jirranġaw il-manhole din il-ġimgħa stess.
Leg 9 PQ #8063 Sitting 128 1999-06-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Road blocks

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru road blocks, xahar b'xahar, fis-sena 1998? Jista' jgħid f'liema lokalita' saru, u x'riżultat kellu kull wieħed?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-1998 il-Pulizija għamlet dawn ir-roadblocks, f'diversi lokalitajiet madwar Malta kif jidher hawn taħt : - Jannar 260 Lulju 258 Frar 266 Awissu 217 Marzu 315 Settembru 188 April 278 Ottubru 241 Mejju 251 Novembru 233 Ġunju 265 Diċembru 201 Ninsab infurmat ukoll li waqt dawn ir-roadblocks numru ta' persuni nstabu qed jiksru r-regolamenti tat-traffiku, filwaqt li f'żewġ roadblocks instabet id-droga.
Leg 9 PQ #8064 Sitting 128 1999-06-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Prodotti

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar liema prodotti u servizzi relatati ma' l-isports se jkunu affettwati bid-dħul tal-VAT?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kif kellu diġa l-okkażjoni inwieġeb għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7870, il-provvista minn organizzazzjonijiet li ma jagħmlux profitt ta` dawk is-servizzi li għandhom x`jaqsmu ma rikreazzjoni sportiva jew fiżika huma eżenti bla kreditu. Iżda jekk l-istess organizzazzjonijiet jipprovdu servizz taxxabbli jew prodott taxxabbli bi ħlas, huma jkunu obbligati li jiġbru f`isem il-Gvern it-taxxa dovuta skond il-liġi. Dan jgħodd kemm taħt l-Att tal-1994 u l-Att tal-1998 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud u kemm taħt tal-1997 dwar it-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa. Mhux neċessarjament li dawn is-servizzi jew prodotti huma marbuta ma` l-isports.
Leg 9 PQ #8065 Sitting 128 1999-06-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi dovuta l-Korporazzjoni Enemalta bħala ħlasijiet għal kontijiet tas-servizzi tad-dawl u l-ilma minn: (a) dipartimenti tal-gvern; (b) korporazzjonijiet; (ċ) kumpanniji privati; (d) ċittadini komuni; u (e) soċjetajiet soċjali u sportivi?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #8066 Sitting 128 1999-06-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Operazzjoni tal-cartilage

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-waiting list għal operazzjoni tal-cartilage?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qiegħda tinġabar. Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #8057 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Pensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'persentaġġ tal-GDP tħallas f'pensjonijiet mis-sena 1980 sal-lum?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għas-snin rispettivi kien tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra permezz tal-Financial Report` li joħroġ kull sena. Dwar kemm kien il-G.D.P. għal kull sena, l-Uffiċċju Ċentrali ta` l-Istatistika iqassam lill-Kamra tar-Rappreżentanti n-`National Accounts of the Maltese Islands` u `News Releases` oħra. Għaldaqstant, minn dan it-tagħrif l-Onorevoli Membru jista` jkollu l-persentaġġi mitluba li d-Dipartiment tat-Teżor ma jżommx.
Leg 9 PQ #8058 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Distrett Nru. 2 — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru fil-lokalitajiet tat-2 Distrett Elettorli, minn ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Ambjent, u li ma tħallsux mill-kunsilli lokali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li x-xogħlijiet li saru fit-Tieni Distrett Elettorali mill-ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent u li ma tħallsux mill-Kunsilli Lokali huma dawn: RESTORATION UNIT ---------------- - Restawr minn ġewwa fil-Kappella ta' San Ġużepp (Bormla) - Kontinwazzjoni ta' xogħol b'restawr fuq is-swar ta' Santa Liena (Bormla) - Xogħol ta' tindif fuq swar Bormla u Isla - Xogħol ta' restawr fil-Palazz ta' l-Inkwiżitur (Birgu) - Xogħol ta' restawr fuq is-sur ta' Santa Margerita - Xogħol ta' tikħil fuq is-Sur ta' San Mikiel l-Isla - tindif u tikħil ta' rampa fi Triq Polverista viċin St Helen's Gate DIPARTIMENT TAD-DRENAĠĠ ----------------------- Xogħlijiet ta' estensjoni ta' drenaġġ li saru f'dan id-Distrett Elettorali jinkludu: - Triq ix-Xatt, Kalkara (45m) - Carmel Street, Fgura (90m) - Triq il-Gardjola, Fgura (80m) - Triq id-Dukkar, Żabbar Dawn ix-xogħlijiet saru din is-sena minn kuntratturi privati. STORM WATER SYSTEMS UNIT ------------------------ - Twaħħil ta' Hand Railing Marsascala Road, Żabbar - Bdil ta' gratings ta' l-ilma tax-xita Marsascala Road, Żabbar - Bdil ta' gratings ta' l-ilma tax-xita f'Gavino Square, Cospicua COTTONERA REHABILITATION PROJECT -------------------------------- - Titjib fil-Bajja ta' Rinella, Kalkara - Proġett ta' Pjazza Santa Margerita, Bormla - Restawr fis-swar Santa Margerita u Santa Elena, Bormla - Tindif fil-Foss tal-Birgu - Tibjid ta' ħajt ħdejn it-tunnel ta' Għajn Dwieli Bormla - Irranġar madwar Żabbar Gate, Birgu XOGĦLIJIET OĦRA --------------- - Embellishment fil-Kalkara quddiem ir-Rinella Film Facilities - Xogħol ta' kostruzzjoni ta' ħajt fil-Kalkara fit-triq li tagħti għar-Rinella Park - Patching fil-Kalkara - Triq Santa Liberata - Tindif tal-Moll il-Birgu (Boat Show) - Tindif madwar id-Distrett kollu - Embellishment fi Pjazza Santa Margerita, Bormla - Embellishment f'Rinella Bay, Kalkara.
Leg 9 PQ #8059 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru traffic accidents li ħallew imwiet, sena b'sena mill-1980 sal-lum? Minn fejn kienet kull persuna li tilfet ħajjitha u x'eta' kellha? Jista' l-Ministru jgħid ukoll, f'kull każ, jekk minħabba dawn l-imwiet tressaqx xi ħadd il-qorti mixli bi qtil?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll li statisika tmur lura biss sa l-1990 filwaqt li ma tinżammx statistika dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija. 22.06.99 Seduta 127
Leg 9 PQ #8060 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Stabbilimenti — Bejgħ ta' alkoħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu sidien ta' ħwienet il-qorti, mill-1980 sal-lum, mixlija li biegħu xorb alkoħoliku lil persuni taħt l-eta'? Jista' jgħid ukoll minn fejn kienet kull persuna mressqa l-qorti, kif ukoll x'multi ngħataw?

Response (GATT, AUSTIN)

Kawzi ta` din in-natura jinstemghu bi procedura sommarja u ma tinżammx statistika taghhom. Barra minn hekk il-Prosekuzzjoni f` dawn il-kazi hija l-Pulizija u l-att ta` l-akkuża isir ukoll minnhom. Ghaldaqstant qed jigi ssuġġerit li tali nformazzjoni tintalab lill-Pulizija.
Leg 9 PQ #8061 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bir tal-Madonna taż-Żejt — Tħaffir għaż-żejt

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal it-tħaffir għaż-żejt fil-bir ta' Kerċem? Kemm jonqos xogħol sakemm ikun magħruf ir-riżultat aħħari? Xi pjanijiet għandu l-gvern għal futur fejn jidħol tħaffir għaż-żejt?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li x-xogħol fil-bir f'Kercem għadu ma ntemmx u għaldaqstant għad m'hemmx riżultati ġodda. Ix-xogħol li jonqos isir jiddependi ħafna fuq l-esigenzi tekniċi. Rigward il-pjanijiet fil-qasam tat-tiftix għaż-żejt dawn huma ndikati fl-aħħar publikazzjoni ta' l-Estimi tal-Gvern.
Leg 9 PQ #8062 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Siringi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi b'xejn, xahar b'xahar, f'dawn l-aħħar ħames snin minn kull health centre separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta` minn kull Ċentru tas-Saħħa u Spiżeriji fiċ-Ċentru tas-Saħħa mill-1996 sa April 1999 huwa skond il-listi li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Records għall-1995 ma jeżistux. L-iskema ta` bdiet fl-1996. Siringi b'xejn jitqassmu f'żewġ kategoriji: a) lid-dijabetiċi mill-ispeżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa b) lil dawk li jsofru mill-vizzju tad-droga, li jitqassam miċ-Ċentru tas-Saħħa minħabba illi r-records ta` dawn iż-żewġ kategoriji sal-1998 inżammu f'format differenti; ma hux possibli li tingħata figura globali u għalhekk qed jiġu separati. Filwaqt li ta jinżammu records xahar b'xahar f'kull Ċentru tas-Saħħa, it-tqassim ta` siringi lill-pazjenti li jsofru mid-dijabete huwa ikkontrollat bir-riċetta tat-tabib u l-informazzjoni li tinżamm hija tan-numru ta` siringi li jitqassmu mill-Medical Stores għal kull spiżerija is-sena, u mhux xahar b'xahar. Għalhekk għal dawn jista` jiġi ikkalkolat biss konsum average fix-xahar.
Leg 9 PQ #7842 Sitting 126 1999-06-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Bormla — Ċentru tas-Saħħa

Question

Peress li ftit taż-żmien ilu intqal li l-Health Centre ta' Bormla kellha tiftaħ sa l-aħħar ta' Mejju, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet u meta se tkun tista' tiftaħ għall-pubbliku?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ix-xogħol strutturali huwa lest u jonqos biss l-aħħar irtokki u tqegħid ta` xi furnishings xkaffar u apparat zgħir. Għad mhux iffissata data tal-ftuħ għall-pubbliku primarjament minħabba nuqqas ta` tobba.
Leg 9 PQ #7843 Sitting 126 1999-06-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Bormla — Ċentru tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'servizzi se jkunu disponibbli mill-Health Centre ta' Bormla?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari nru 5317 u r-risposta tagħha.

Bormla — Dar ta' l-anzjani

Question

Peress li l-kulur oranġjo skur tad-dar ta' l-anzjani f'Bormla jidher li kien approvat mill-PA kif ukoll li għandhom l-intenzjoni li jsebbħu l-ambjent, jidhirlu l-Ministru li aperturi ta' kulur kingfisher (ċelest fl-aħdar) ma jmurx ma' l-ambjent tal-Kottonera? Jidhirlu l-Ministru li hi ftit stramba kif applikazzjoni għall-aperturi ta' l-aluminium f'residenzi privati fil-Kottonera tiġi rifjutata, imbagħad l-aperturi ta' din id-dar saru ta' l-aluminium u ta' dak il-kulur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Meta intgħażel il-kulur ta' l-aluminium tad-dar ta' Bormla kien hemm l-istess intenzjoni kif spjegajt fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7445. It-tieni parti tal-Mistoqsija għandha ssir lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar. 21.06.99

Bormla — Triq Santa Tereża

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6186, jiġifieri t-traffiku fi Triq Santa Tereża, f'Bormla, jidhirlu l-Ministru li hemm bżonn isir studju serju dwar it-traffiku fl-area tal-knisja ta' Santa Tereża peress li lejn naħa waħda dik tax-Xatt tista' ddur u n-naħa l-oħra le? Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa għaliex qed ikun hemm ħabta ta' karozzi kważi kull ġimgħa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Peress li Triq Santa Teresa hija triq traffikuża ħafna, l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku qed jieħu passi biex il-`continuous double white lines` li diġa` hemm fil-maġġorparti tat-triq, isiru t-tul kollu tagħha, dan biex it-traffiku fiż-żewġ direzzjonijiet ma` jitħalliex jaqsam minn naħa għall-oħra. Ser isiru wkoll is-`signs` neċessarji biex traffiku nieżel minn naħa tal-Birgu ma` jkunx jista` jdur lejn ix-Xatt u biex ebda traffiku ma` joħroġ minn naħa tax-Xatt għal fuq Triq Santa Teresa.
Leg 9 PQ #7846 Sitting 126 1999-06-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Birgu — Sant'Anġlu

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kobor ta' art se jinbnew l-appartamenti fl-area ta' Sant'Anġlu l-Birgu? Kemm-il sular se jogħla kull blokk ta' appartamenti? Kemm-il metru bogħod se jkunu l-appartamenti mill-bini storiku ta' Sant'Anġlu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Kif jista' japprezza l-Onorevoli Membru dak kollu li staqsa hu jinkwadra ruħu fi u jagħmel parti mill-proċess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li għad irid jgħaddi minnu l-iżvilupp.