Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #8920 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Rinella — Boatyard

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tlestiex xi studju dwar l-effett ta' boatyard fuq il-bajja ta' Rinella? Jista' jgħid jekk jaħsibx li wasal iż-żmien li lin-nies tal-Kottonera inħallulhom din il-bajja għat-tgawdija tagħhom mingħajr ma tiġi mittiefsa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Gvern jibqa' determinat illi ma jsir assolutament xejn li jista' jkollu impatt ambjentali negattiv fuq il-bajja tar-Rinella.
Leg 9 PQ #8921 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Birgu — Triq il-Cottonera - Siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li nqalgħu s-siġar fi Triq il-Cottonera, Birgu?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Djar — Bormla

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol li kellu jsir fuq il-gallarija tal-ħadid tal-post Blk 1, Flat 6, Fuq San Pawl, Bormla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa. Jien infurmat li l-każ ser jingħata l-attenzjoni meħtieġa. 19.7.99
Leg 9 PQ #8915 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Flus dovuti minn għaqdiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm dovut lill-Korporazzjoni Enemalta minn għaqdiet sportivi? X'inhu n-numru ta' għaqdiet involuti u taħt liema dixxiplina sportiva jaqgħu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija numru 8670 fis-Seduta numru 134.

Persuni b'diżabilita' — Sussidju

Question

Ma jidhirlux il-Viċi Prim Ministru li wasal iż-żmien li jiżdied ftit is-sussidju li jingħata lill-familji li jkollhom xi ħadd b'diżabilita' sabiex isir xogħol fir-residenza tagħhom u dan b'mod speċjali fejn ikun irid isir lift? Peress li minn tagħrif li ġbart l-orħos lift iwassal għal spiża ta' xi Lm5,000, jidhirlu li għajnuna sa massimu ta' Lm1,000 hija ftit wisq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-iskema eżistenti tal-Awtorita' tad-Djar li tapplika għall-persuni b'diżabilita' ser tiskadi fit-2 ta' Awissu 1999 u qegħda tiġi riveduta. 19.7.99
Leg 9 PQ #8917 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Valletta — Dar il-Mediterran

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif kienet spiċċat l-inkjesta wara l-ħruq li kien hemm f'Dar il-Mediterran?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-inkjesta ġudizzjarja dwar il-ħruq f'Dar il-Mediterran għadha mhix mgħaluqa għaliex erba' esperti tal-Qorti għadhom ma espletawx l-inkarigu tagħhom.
Leg 9 PQ #8918 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Xogħol ta' manutenzjoni

Question

Issa li spiċċat is-sena skolastika, jista' l-Ministru jagħti lista ta' skejjel, kemm primarji kif ukoll sekondarji, li fihom se jsir xogħol ta' maintenance fil-livell li kienu saru fis-sajf ta' l-1997 u l-1998? Se jiġu nvoluti l-kunsilli lokali kif kien sar ukoll dak iż-żmien?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' xogħlijiet ta' manutenzjoni li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed tipproponi li jitwettqu matul is-sajf tal-1999. Dawk ix-xogħlijiet li huma mmarkati bl-ittra 'Y' jindikaw li se jsiru flimkien mal-Kunsilli Lokali. Informat li xogħol ta' manutenzjoni inbeda wkoll fil-kumpless ta' Bighi, fejn se jitwaqqaf l-Istitut tar-Restawr. Informat ukoll li L-'iSteering Committee for Schools Refurbishment' iddeċieda li jipposponi x-xogħol fl-Iskejjel Primarji tar-Raħal il-Ġdid għas-sena d-dieħla minħabba raġunijiet tekniċi.
Leg 9 PQ #8919 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Eżamijiet tal-Junior Lyceum

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista, lokal b'lokal, maqsumin skond is-sess, ta' dawk it-tfal li għaddew għall-Junior Lyceum Form I? Jista' jagħti lista wkoll ta' kemm għaddew tfal għall-istess eżami, lokal b'lokal, għal kull suġġett?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-informazzjoni mitluba se tkun fl-istatistika tar-Rapport li se jkun ippubblikat ma jdumx.
Leg 9 PQ #8625 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Kottonera — Proġett tal-marina

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ma saritx xi tip ta' konsultazzjoni man-nies tal-Kottonera dwar l-effetti tal-proġett tal-marina approvat mill-Parlament? Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa f'dan ir-rigward peress li mhux sewwa li għan-nies tal-Kottonera hemm ħafna dettalji dwar dak li se jsir li għadhom m'humiex magħrufa jew mhux ċari?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Għar-rigward tal-Proġett tal-Kottonera saret diġa' konsultazzjoni wiesgħa permezz tal-kunsilli lokali. Naturalment issa tkompli l-konsultazzjoni li hi parti ntegrali mill-proċess ta' l-ippjanar.
Leg 9 PQ #8655 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Sptarijiet - security guards

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy dwar is-security guards fl-isptarijiet u ċentri tas-saħħa? Dawn se jibqgħu jduru? Jekk fl-affermattiv, kull meta se jintalbu li jibdlu l-post?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Hija l-'policy' tat-Taqsima tas-Sigurta' u tad-Diviżjoni tas-Saħħa, illi s-Security Guards fl-isptarijiet u fiċ-Ċentri tas-Saħħa darba kull sena fix-xahar t'Ottubru jduru b'rotazzjoni.
Leg 9 PQ #8656 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Tajpisti każwali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-persuni mpjegati bħala fulltime casual typists humiex uffiċjali tal-gvern? Jista' jgħid ukoll taħt liema kategorija jaqgħu? Jista' jgħid jekk iħossx li qed issir diskriminazzjoni ma' dawn il-ħaddiema, li ħafna minnhom ilhom aktar minn erba' snin f'dan ix-xogħol u minkejja l-fatt li jagħmlu l-istess xogħol bħal ħaddiema fl-istess grad tagħhom, iżda issa li bdew in-nofs ta' nhari qed jitħallsu pro-rata? Jidhirlu l-Prim Ministru li wasal iż-żmien li din l-inġustizzja tissewwa?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi dawk il-ħaddiema tal-Gvern li jkunu mpjegati fuq bażi każwali, u li allura m'għandhomx ħatra li tkun għaddiet mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, mhumiex kunsidrati bħala uffiċjali pubbliċi (public officers) skond id-definizzjoni tal-Kostituzzjoni. Il-kategorija li taħtha jaqgħu dawn il-ħaddiema hija dik ta' mpjegati każwali u l-kundizzjonijiet ikunu dawk speċifikati fis-sejħa rispettiva għall-applikazzjonijiet. Kif imwiegħed fil-Programm Elettorali l-Gvern bi ħsiebu li l-ħaddiema li ilhom snin twal jaħdmu bħala casuals isiru tal-fiss. Il-każ tat-tajpisti każwali tal-Gvern, ser jiġi kkunsidrat f'dan il-qafas.
Leg 9 PQ #8657 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Tiswijiet ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li l-bankina ta' quddiem l-għassa ta' Bormla tingħata wiċċ diċenti għax qed tkun ta' periklu għan-nies? Peress li suppost il-bankini huma respnsabbilta' tal-kunsilli, jistax jivverifika dwar din il-bankina msemmija?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7285 (Seduta 110)

Djar — Skema 3

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk persuni li japplikaw għall-iskema 3, imbagħad din l-għajnuna tkunx riflessa f'żieda fil-ħlas tal-kera, kemm għal dawk li għandhom kera stabbilita kif ukoll għal dawk li l-kera tkun riveduta kull numru ta' snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Skema 3 tapplika għal postijiet tal-Gvern. Din l-għotja ma hiex riflessa f'xi żieda tal-kera mħallsa tal-inkwilini. 12.7.99

Bormla — San Ġwann T'Għuxa

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol fuq it-tromba fi Blokk 4B, San Ġwann T'Għuxa, Bormla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li x-xogħol tat-tromba fi Block 4B, San Gwann t'Għuxa, Bormla huwa approvat iżda billi mhuwiex ta' natura urġenti, dan ser isir skond il-lista ta' prijoritajiet li għandu d-dipartiment konċernat. 5.7.99
Leg 9 PQ #8310 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mid-Med Bank — Impjegati

Question

Issa li l-Mid-Med Bank ma għadux taħt il-kontroll tal-gvern, jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm ingaġġ fil-futur ta' ħaddiema żgħażagħ Maltin? Se jibqa' jsir l-eżami kompetittiv jew sabiex tidħol bħala impjegat trid ikollok xi kwalifiki oħra barra dawk akkademiċi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma naħsibx li l-fatt li azjenda li tkun taħt il-kontroll tal-Gvern u tiġi privatizzata jkun ifisser li din mhux ser tibqa' fil-bżonn li timpjega aktar ħaddiema żgħażagħ Maltin hekk kif jinħass il-bżonn, hekk kif sar fil-passat. Naturalment il-mod preċiż ta' kif isir dan l-ingaġġ jiddependi mis-sistema partikulari implimentata mill-management ta' din l-azjenda, liema materja ma tappartjenix aktar lill-Gvern.
Leg 9 PQ #8311 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel Co. Ltd.

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7468, jista' l-Ministru jgħid kif għalqet is-sena finanzjarja 1996 tal-Gozo Channel, jiġifieri dik is-sena saru profitti jew sar telf mill-kumpannija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul is-sena finanzjarja 1996, li għalqet f'Settembru, il-Kumpanija Gozo Channel irreġistrat telf.
Leg 9 PQ #8312 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Pjazza Santa Margerita

Question

Peress li x-xogħol fuq Pjazza Santa Margerita issa beda pero' miexi bil-mod wisq, jista' l-Ministru jgħid x'time-frames iridu jinżammu sabiex dan il-proġett ikun jista' jitlesta? Jiġifieri meta suppost ikun lest il-proġett kollu? Meta se titlesta xi fażi minnu u fiex se tkun tikkonsisti? Meta jaħseb il-Ministru li jkun lest il-ground? Meta jaħseb li se jkun lest il-pitch u l-club tal-boċċi? Jikkonsidra l-Ministru li x-xogħol jitħaffef sabiex anke d-dar ta' l-anzjani li suppost tiftah din is-sena tkun f'ambjent nadif u mhux dawk il-ħafna trabijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li dan il-proġett ġie maqsum f'fażijiet u hu mistenni li jitlesta sa l-aħħar tas-sena d-dieħla. L-ewwel fażi tinkludi l-pavimentar ta' quddiem id-dar ta' l-anzjani u l-parkeġġ, u x-xogħol hu maħsub li jkun lest mad-dar ta' l-anzjani. It-tieni fażi tinkludi x-xogħol konness mal-ground u l-klabb tal-boċċi.
Leg 9 PQ #8313 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sport complexes

Question

Peress li ftit ilu ntqal li kellhom jinbnew tliet sport complexes u kien ġie kkummissjonat studju dwar l-aħjar area għal dawn il-complexes, jista' l-Ministru jgħid jekk itteħditx deċiżjoni fejn se jinbnew? Jekk fl-affermattiv, liema huma dawn is-siti magħżula?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat lil-istudju dwar il-bini tat-tliet ċentri sportivi mwiegħda mill-Gvern fil-Programm Elettorali ġie ffinalizzat minn kumitat maħtur apposta. Dan l-istudju jinkludi analiżi tal-faċilitajiet sportivi eżistenti li dan il-kumitat ħejja wara li eżamina talbiet minn diversi Kunsilli Lokali, żar diversi siti fin-Nofs in-Nhar, Tramuntana u Ċentru ta' Malta u kellu diversi laqgħat mal-Awtorita` ta' l-Ippjanar. Qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar is-siti fejn se jinbnew dawn iċ-ċentri sportivi hemm diversi fatturi oħrajn li joħorġu minn dan ir-rapport li għad iridu jiġu kkunsidrati.

Għajnuna soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il familja bbenefikat mill-miżura tal-budget dwar familji li jaqilgħu aktar minn Lm10,000 fis-sena u għandhom ħamest itfal jew aktar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu ma tistax tinġabar qabel ma jiġu finaliżżati t-talbiet tal-Allowance tat-Tfal li qegħdin jiġu reveduti fuq id-dħul għas-sena 1998. 5.7.99+
Leg 9 PQ #8303 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Kottonera

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Planning Authority rigward bdil ta' aperturi fil-Kottonera? Jistgħu aperturi ta' l-injam jinbidlu f'ta' l-aluminium? Jikkonsidra l-Ministru sabiex il-Planning Authority terġa' toħroġ l-iskema dwar bdil ta' gallarijiet ta' l-injam fil-Kottonera?

Response (BORG, TONIO)

Il-bdil ta' aperturi, gallarijiet u strutturi oħra simili fil-Kottonera huma regolati mill-policies dwar iż-Żoni ta' Konservazzjoni Urbana, u dan peress li t-tliet ibliet huma kollha kemm huma f'din iż-żona minħabba l-fizjonomija u l-karattru tagħhom. Normalment il-bdil ta' aperturi ta' l-injam għal aperturi ta' l-aluminium ma jkunx permess. Rigward l-iskema ta' għotjiet għal restawr ta' gallarijiet ta' l-injam li l-Awtorita` ta' l-Ippjanar kienet nediet għal sentejn, fi żmien qasir ser terġa` tiġi estiża b'ammont ta' Lm15,000 għall-Kottonera.