Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol fix-xhur ta' Lulju u Awissu 1999, fil-lokalitajiet tat-Tieni Distrett, lokal b'lokal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fl-aħħar ta' Lulju 1999 in-numru ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol fit-tieni Distrett kien kif ġej:
LOKALITAJIET LULJU 1999
Birgu 85
Isla 136
Bormla 279
Żabbar 393
Fgura 224
Kalkara 95
Xgħajra 22
4.10.99
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn wara sentejn mill-kors tal-kindergarten assistants, dawn l-istess nies għadhom mhumiex meqjusa bħala fulltimers iżda għadhom jissejħu temporary kindergarten assistants, meta dan il-kors sar appożitament biex dawn it-temporary kindergarten assistants isiru permanenti fil-pożizzjoni ta' xogħolhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li l-Mistoqsija waslet fil-Ministeru nhar il-Ħamis li għadda ma kienx hemm iż-żmien meħtieġ biex jinġabar it-tagħrif. Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet fl-iskola Lorenzo Gafa, Birgu? Meta hu pprogrammat li jkun lest kull xogħol?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li l-Mistoqsija waslet fil-Ministeru nhar il-Ħamis li għadda ma kienx hemm iż-żmien meħtieġ biex jinġabar it-tagħrif. Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tqassim tal-computers fil-klassijiet ta' l-iskejjel primarji, isirx fuq formola ta' computer għal kull seba' studenti? Jista' l-Ministru jikkonferma li fl-iskola primarja ta' Bormla tpoġġew żewġ computers f'kull klassi? Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, jista' jagħti r-raġuni għal sar dan?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress i l-Mistoqsija waslet fil-Ministeru nhar il-Ħamis li għadda ma kienx hemm iż-żmien meħtieġ biex jinġabar it-tagħrif. Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk xi xogħol rikjest (bħal resurfacing, bdil ta' floodlights) minn dawk l-għaqdiet sportivi li lilhom ġew mgħoddija xi faċilita' sportiva, isirx mill-gvern jew inkella a spejjeż ta' l-għaqda involuta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-klawsola Numru 5 tal-kuntratti bejn il-Gvern u l-entitajiet sportivi rispettivi tgħid illi "il-manutenzjoni kollha tal-proprjeta` ttrasferita jkunu a kariku tal-klabb mingħajr ebda dritt ta' kumpens".
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegat nies lokal b'lokal, mit-8 ta' Settembru 1998 sat-8 ta' Settembru, 1999 fl-MIA?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi ġew impjegati 23 persuna ġdida fl-M.I.A. li ġejjin minn dawn il-lokalitajiet
Attard 1 Birkirkara 2
Fgura 1 Ħamrun 1
Kirkop 1 Pembroke 1
Qormi 2 Qrendi 1
San Ġwann 1 Santa Venera 1
Ta' Xbiex 1 Tarxien 2
Valletta 2 Żabbar 1
Żebbuġ 1 Żejtun 4
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'tip ta' xogħlijiet jonqos sabiex id-dar għall-anzjani ta' Bormla tkun lesta? Jista' l-Ministru jgħid meta jaħseb li se tkun tista' tilqa' fiha l-ewwel anzjani?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Sabiex id-dar ta' l-Anzjani f'Bormla tkun lesta, fadal jitkomplew dawn ix-xogħolijiet: xi tikħil u tibjid, soffitti, madum u twaħħil ta' kmamar tal-banju, għamara, bibien, purtieri, il-"canopy" li se tgħatti il-bitħa ċentrali, apparat tal-Laundry u tal-kċina u tas-sistema ta' ventilazzjoni, "handrails", "lifts" u xogħol finali ta' mekkanika u elettriku. Ħafna minn dawn ix-xogħolijiet huma fi stadju avvanzat.
Din id-dar tkun tista tilqa fiha l-ewwel anzjani fi ftit xhur oħra.
28.09.99
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista, lokal b'lokal, tal-persuni li applikaw biex jidħlu fid-dar għall-anzjani ta' Bormla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi lokal b'lokal tal-persuni li applikaw biex jidħlu fid-Dar għall-Anzjani ta' Bormla. Ma dawn hemm ħames persuni oħra li jgħixu fid-djar ta' l-Anzjani u jixtiequ jiġu trasferiti fid-dar għall-Anzjani ta' Bormla.
28.09.99
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, informazzjoni (bħal sit fejn se jkun, x'tip ta' courts se jkun hemm, x'kobor ta' area se tintuża) dwar iż-żewġ ċentri sportivi li hemm il-ħsieb li jinbnew?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s-sit identifikat għall-kumplsess tal-Kottonera huwa parti mill-art li tinsab quddiem il-Kulleġġ ta' De La Salle. Rigward is-sit għall-kumpless ta' Safi/Kirkop għadhom għaddejin xi taħditiet ma' sidien attwali ta' l-art u għalhekk mhux opportun li tingħata aktar informazzjoni f'dan l-istadju.
F'dawn l-aħħar xhur tlesta design brief għall-kumpless tal-Kottonera li kien mgħoddi lill-Periti tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet sabiex jibdew jitfasslu l-pjanti. Huwa għalhekk kmieni li wieħed jgħid x'kobor ta' art ser tintuża, jew il-faċilitajiet kollha li ser jinkorpora dan il-kumpless.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies, lokal b'lokal, mit-8 ta' Settembru, 1998 sat-8 ta' Settembru, 1999 fil-Freeport Corporation?
Response (BONNICI, JOSEF)
Matul il-perjodu msemmi, 13-il persuna daħlu jaħdmu mal-Korporazzjoni tal-
Port Ħieles li ġejjin minn dawn il-lokalitajiet
Dingli persuna
Gżira persuna
Wied il-Għajn persuna
Paola 3 persuni
Qormi persuna
Qrendi persuna
Sliema persuna
Valletta 3 persuni
Żebbuġ persuna
Jista' l-Ministru jgħid meta l-postijiet b'ċens tal-Knisja (Joint Officer) se jinbiegħu, u dan speċifikament għal dawk li għandhom postijiet li ma joqogħdux fihom?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li nħatar kumitat sabiex jagħtini pariri dwar skemi ġodda li jinkludu dawk il-każijiet li saret referenza għalihom fil-Mistoqsija.
27.09.99
Jista' l-Ministru responsabbli mil-Lands Department jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separtament, u li għandha file bin-numru 392/95/16 tingħata l-kumpens taħt il-Land Reg. Ord. wara li twaqqa' l-post 93, Triq San Gwann, Bormla?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li r-riċerki li qegħdin isiru mid-Dipartiment ta' l-Artijiet biex jiġi stabbilit definittivament min huma l-propretarji tal-fond in kwestjoni, waslu biex jiġu finalizzati. Eventwalment, il-prorjetarji jiġu notifikati bl-avviż ta' ftehim (Notice to Treat) li jinfurmahom bil-kumpens offrut għall-esproprijazzjoni tal-fond.
27.09.99
Jista' l-Ministru jara li d-dawra ta' l-iskola primarja ta' Bormla titnaddaf mill-ħafna trabijiet li hemm? Fid-dawl tal-fatt li xogħlijiet bħat-tip li qed isiru fi Pjazza Sta. Margerita, Bormla, jinvolvu ħafna trabijiet, jidhirlu l-Ministru li x-xogħol qed isir bil-mod wisq? Meta r-residenti f'dawn l-akwati se jeħilsu minn dan l-inkonvenjent?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Bħalissa għaddejin xogħlijiet fuq Pjazza Santa Margherita u t-toroq tal-madwar, u hu maħsub li x-xogħol ta' tindif jitlesta qabel ma tibda l-iskola. It-tenders għal Pjazza Santa Margherita nħarġu, u x-xogħol għandu jitkompla hekk kif is-servizzi nfrastrutturali li hemm jiġu devjati mill-Korporazzjonijiet konċernati. Dawn ix-xogħlijiet bħalissa għaddejin b'rittmu mgħaġġel.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiftaħ il-poliklinika ta' Bormla? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li din suppost kellha tiftaħ fil-bidu tas-sajf, iżda sal-lum għadha magħluqa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ir-raġuni li għadu ma nfetaħx iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Bormla huwa nuqqas ta' riżorsi umani. Minħabba dan in-nuqqas ma kienx possibli li jiġi provdut servizz sostanzjali u sostenibbli minn dan iċ-Ċentru tas-Saħħa. Iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Bormla jinfetaħ hekk kif ikun hemm ir-riżorsi umani li huma neċessarji għal dan il-għan.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol fuq id-daħla ewlenija għall-Kottonera, ċioe' il-mini ta' Għajn Dwieli?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħol se jitkompla mill-aktar fis possibbli wara li jsiru l-istudji neċessarji. Taħt il-Gvern ta' qabel kienu ħarġu sejħa għal offerti għall-bankina meta l-ħajt ta' aċċess huwa kollu mkisser u hemm problemi bil-livelli tat-triq. Għalhekk issa qed isir l-istudju neċessarju biex ix-xogħol isir darba u sewwa.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tingħata kisja diċenti, issa li reġa' wasal l-istaġun tax-xitwa, Triq Louis Schikluna fil-Fgura?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol imsemmi jkun jista jitlesta wara li jiġu stabiliti l-prijoritajiet tad-Dipartiment tat-Toroq, u wara li jiġi assigurat li s-servizzi kollha huma fil-post.
B'riferenza għar-risposta li ta l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 8636, jista' jgħid, issa li l-bieb tat-Tarzna No. 1 ġie wweldjat, kif sejjer wieħed jilqa' għall-ilmijiet li jkun hemm fi Pjazza G. Gulia kull meta jkun hemm xi maltempata? Peress li dan il-bieb kien jinfetaħ kull meta jkun hemm maltempata, anke bil-lejl, jaħseb il-Ministru li l-flaps li saru taħt il-bieb m'humiex biżżejjed biex Pjazza G. Gulia u Triq ix-Xatt f'Bormla, ma jegħrqux wara kull maltempata?
Jista' l-Ministru jara li jitnaddaf is-subway li hemm jagħti għal Dock 1 peress li hu mimli b'materjal bħal fliexken tal-plastic, kaxxi tat-take away, etc? Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa sabiex ma jibqax jinġabar materjal f'dan is-subway u b'hekk meta jkollna xi maltempata ir-residenti fi Triq ix-Xatt u d-dawra ta' Pjazza G. Gulia, Bormla ma jegħrqux?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lit-Tarzna sabiex tieħu l-passi meħtieġa.