Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #10296 Sitting 155 1999-10-13 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni għaliex ħafna persuni qed jilmentaw li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma li għadhom kif irċevew ,u li huma għal xahrejn fis-sajf, huma ħafna għola minn kontijiet ta' qabel għal tliet xhur fix-xitwa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #10197 Sitting 154 1999-10-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Joint Office — Post abbandunat

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba tal-persuna li isimha jidher separatament, sabiex isir xi ħaġa u post li huwa abbandunat tal- Joint Office jitnaddaf? Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma ingħatat ebda risposta għal talba min-naħa tiegħi f'Mejju 1999 sabiex dan il-post jitnaddaf u titneħħa l-biża' li qed jgħixu fiha l-ġirien? Jaf li f'dan il-post fejn hu impossibbli li jidħlu karozzi, ftit tal-ġimgħat ilu kien hemm ħruq li għamel ħsara lill-istess persuna li isimha jidher separatament? Min se jħallas għall-ħsarat li ġarrbet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-fond li saret referenza għalih fil-Mistoqsija Parlamentari ser jinħareġ għal bejgħ bl-offerti wara li din il-proprjeta` tiġi reġistrata mar-Reġistru ta` l-Artijiet. Ninsab infurmat ukoll li nbeda proċess li permess tiegħu għandhom jitħaffu tali reġistrazzjonijiet u għalhekk ma nħossx li għandhom jintefqu flus biex il-fond jitnaddaf ġaladarba ser jinbiegħ. 12.10.99 (p.m.)

VRT

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għandu jsir meta persuna ma ssibx garage fejn tagħmel it-test tal-VRT minħabba li jkun booked? Kif se tiġġedded il-liċenzja?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tal-Liċenzji u t-Testijiet qiegħed jagħmel dak kollu possibli biex jiġu lliċenzjati kemm jista' jkun malajr stazzjonijiet oħra fejn ikunu jistgħu isiru testijiet biex jiċċertifikaw li vettura hija tajba għat-triq. Dan ma jiddependix biss mid-Dipartiment. Huwa ittamat li fi żmien raġonevoli ikun hawn biżżejjed stazzjonijiet biex ilaħħqu mad-domanda li jkun hawn għat-testijiet. Jekk għal xi raġuni dan il-għan ma jintlaħaqx id-Dipartiment jieħu dawk il-miżuri neċessarji biex ma tinħoloqx inkonvenjenza lis-sidien tal-vetturi.
Leg 9 PQ #10199 Sitting 154 1999-10-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Refunds

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema items jibbenefikaw b'refund ta' VAT koppja li tkun għadha kif iżżewġet?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li persuni li jkun għadhom kif iżżewġu u li jikkwalifikaw taħt l-Att ta` l-1998 dwar Taxxa Fuq il-Valur Miżjud, Avviż Legali 51 tal-1999, jistgħu jibbenifikaw fi ħlas lura ta` mhux aktar minn seba` mija u ħamsin lira taxxa li tkun tħallset fuq l-oġġetti jew servizzi msemmija hawn taħt: Hairdresser, beautician, libsa tat-tieġ tal-għarusa u tal-bridesmaids, kiri ta` ħwejjeġ tal-għarus, tax-xiehda u tal-bestman, karozza ta` l-għarusa u karozzi oħrajn, fjuri, ritratti tat-tieġ, video tat-tieġ\audio recordings tat-tieġ, kant\kor fil-knisja, pjanu\kant fis-sala tat-tieġ, kiri tas-sala tat-tieġ, ikel u xorb waqt ir-riċeviment, souvenirs tat-tieġ u spejjeż oħra.

Birgu — Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur

Question

B'riferenza għar-risposta li ta l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 4777, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur, il-Birgu għadha miftuħa għat-traffiku?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmnat li l-Kunsill tal-Birgu kkonferma li x-xogħol imsemmi huwa nkluż fil-programm ta' xogħolijiet tal-Kunsill, tant li t-tabelli diġa' ġew ordanti mid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi.
Leg 9 PQ #10289 Sitting 154 1999-10-12 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizja — Każi ta' snatch and grab

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' snatch and grab minn Settembru 1998 sa Settembru 1999? F'liema lokalita' sar kull każ, u kemm ġew imressqa l-qorti persuni dwar dawn il-każi?

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra. 12.10.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #10290 Sitting 154 1999-10-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ħabtiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati lill-pulizija ħabtiet ta' vetturi minn Jannar 1999 sal-lum? Kemm kien hemm li kienu fatali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn Jannar u Settembru 1999, ġew irrappurtati lill-Pulizija 8,436 il-kolliżjoni, li 10 minnhom kienu fatali. 12.10.99 (p.m.)
Leg 9 PQ #10191 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bormla — Mina ta' Sta Liena

Question

Jista' l-Ministru jara li l-mina ta' Sta Liena, Bormla tingħata dik l-attenzjoni li jixirqilha? Jidhirlu l-Ministru li monument bħal dak għandu jinżamm fi stat ħafna aħjar milli jinstab bħalissa? Jista' l-Ministru jara li ma jipparkjawx karozzi taħt din il-mina, u għalhekk tinħoloq eyesore f'monument bħal dan?

Response (GALEA, LOUIS)

Se nara x'inhi sewwasew il-qagħda attwali dwar l-istat tal-mina. Għal dak li jirrigwarda l-ipparkjar ta' karozzi, taħt il-mina, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministeru responsabbli.
Leg 9 PQ #10192 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kottonera — Bieb is-sultan

Question

Jista' l-Ministru jgħid tteħditx deċiżjoni dwar x'għandu jsir mill-bini maestuż magħruf bħala Bieb is-Sultan?

Response (GALEA, LOUIS)

Le għada ma tteħditx deċiżjoni.
Leg 9 PQ #10193 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti fil-korp tal-pulizija mis-6 ta' Settembru, 1998 sas-6 ta' Settembru, 1999?

Response (BORG, TONIO)

Dwar it-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għall-perijodu minn Settembru 1998 sas-26 ta' April, 1999, nirreferih għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 4535 u Nru. 6500. Dwar il-perijodu bejn is-27 ta' April, 1999 u s-6 ta' Settembru, 1999, ninsab infurmat li kien hemm 133 membru tal-Korp li tbiddlilhom xogħolhom, fosthom 52 membru li ħadu promozzjoni.
Leg 9 PQ #10194 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tas-Saħħa mis-6 ta' Settembru, 1998 sas-6 ta' Settembru, 1999?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mis-6 ta' Settembru 1998 sas-6 ta' Settembru 1999 saru 427 trasferimenti fid-Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tas-Saħħa. Minnhom 277 intalbu mill-impjegati stess.
Leg 9 PQ #10195 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li temmew l-impjieg tagħhom minn maċ-Ċivil mis-6 ta' Settembru, 1998 sas-6 ta' Settembru 1999? Jista' jgħid ukoll kemm kellhom eta' u f'liema dipartiment kienu jaħdmu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #10196 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kunsilli lokali — Fondi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ivvotati flus lill-Kunsilli Lokali, lokal b'lokal, mit-twaqqif tagħhom sal-lum? Jista' jaqsamhom f'dawk li huma fondi għall-bżonnijiet speċjali u dak normali?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #10162 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Persuni b'Diżabilita'

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numru 1521 u 5045, konnessi mat-talba mit-Torball Blind Association sabiex dan il-post jibda jintuża mill-għomja fejn iż-żewġ mistoqsijiet ġew riferuti biex id-Diviżjoni ta' l-Artijiet ma kellhiex tweġiba għat-talba biex tgħaddi l-post f'idejn l-Awtorita' tad-Djar, jista'l-Ministru jara li dan il-post jaqa' f'idejn l-Awtorita'tad-Djar għall-użu ta' l-għomja anke peress li dan il-post qed issirlu ħsara strutturali għax jinsab abbandunat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li r-rapport dwar il-bini li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant intbagħat mit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern lill-Awtorita` tad-Djar sabiex l-istess Awtorita` tkun tista` toħroġ l-Avviż Legali meħtieġ. 11.07.99
Leg 9 PQ #10163 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Kindergarten Assistants

Question

Jista'l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 9904?

Response (GALEA, LOUIS)

Għalkemm l-Onor. Membru ma speċifikax preċiż għal-liema kors qed jirreferi, nippreżumi li qed jirreferi għall-'Ad Hoc Course' li sar mill-Universita` ta' Malta bi ftehim mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Kien sar qbil li t-Temporary Kindergarten Assistants, bi ftehim ma' l-MUT, kellhom isiru tal-post meta jtemmu dan il-Kors b'suċċess. Informat li wara li spiċċa l-kors, id-Diviżjoni għamlet ir-rakkomandazzjoni tagħha lill-Public Service Commission biex dawk li segwew il-kors b'suċċess jieħdu l-appointment u jsiru tal-post. Informat li l-proċess issa ġie mitmum u l-ittri tan-nomina joħorġu fil-futur qrib.
Leg 9 PQ #10164 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Computers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamnetari numru 9906?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bażikament il-formola ta' tqassim tal-kompjuters hija ta' wieħed għal kull seba' studenti. Informat ukoll li rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija, ma hemm ebda klassi li għandha anqas minn tlett kompjuters. F'aktar minn klassi waħda hemm erbgħa computers.
Leg 9 PQ #10188 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Gallarijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għandhiex il-ħsieb li terġa' toħroġ l-iskema ta' rranġar ta' gallarijiet ta' l-injam fil-Kottonera?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tweġiba hija fl-affermattiv. Fil-fatt din l-iskema diġa` ġiet estiża għall-Kottonera kif imħabbar nhar il-Ġimgħa 8 t'Ottubru f'konferenza għall-istampa. 11.10.99
Leg 9 PQ #10189 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bormla — Kappella

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-possibilta' li l-kappella ta' San Gwann t'Għuxa f'Bormla, tkun tista' tibda tinfetaħ u fiha jsir il-quddies?

Response (GALEA, LOUIS)

Se nara x'inhi sewwasew is-sitwazzjoni bħalissa.
Leg 9 PQ #10190 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Kottonera — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-konsultazzjonijiet bejn iż-żewġ consortia fuq il-proġett tal-Kottonera u t-Tarzna dwar il-Baċir Nru.1?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-konsultazzjonijiet bejn iż-żewġ Consortia fuq l-iżvilupp tal-Baċir Numru 1 għadhom għaddejjin u jinsabu fi stadju avvanzat. Inkun nista' nagħti aktar informazzjoni hekk kif dawn jiġu konklużi.
Leg 9 PQ #9902 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kunsilli Lokali — Kunsilliera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw kunsilliera mit-twaqqif tal-kunsilli lokali? Jista' l-Ministru jgħid minn liema lokal kienu ġejjin?

Response (GATT, AUSTIN)

Mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali sat-30 ta` Settembru 1999 kien hemm sebgħa u tmenin (87) riżenja ta` Kunsilliera, kif ġej:- Mdina 2 Birgu 2 Isla 3 Bormla 1 Qormi 2 Żebbuġ (M) 4 Żabbar 2 Żejtun 2 Rabat (G) 2 Attard 3 Balzan 3 Birkirkara 3 Birżebbuġa 3 Fgura 4 Floriana 2 Fontana 1 Gudja 1 Gżira 1 Għarb 2 Iklin 1 Lija 2 Marsa 6 Marsaskala 2 Mosta 2 Msida 1 Naxxar 1 Paola 5 Pembroke 1 Pieta` 1 Qrendi 1 Rabat (M) 3 Safi 1 San Ġwann 1 San Pawl il- Bahar 3 Sannat 2 Santa Luċija 2 Sliema 1 Swieqi 1 Tarxien 1 Xagħra 1 Xgħajra 3 Żurrieq 2 Total 87